+80. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - fokus tal - BMA. Huma għandhom jiffokaw …

80. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - fokus tal - BMA. Huma għandhom jiffokaw …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - fokus tal - BMA. Huma għandhom jiffokaw fuq il - linji operatorji li huma l - aktar importanti f’termini ta’ vijabbiltà jew għas - sostenibbiltà futura tal - mudell tan - negozju attwali, u/jew l - aktar probabbli li jżidu l - iskopertura tad - ditta tal - investiment għal vulnerabbiltajiet eżistenti jew ġodda. L - awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw:

  • a. il- materjalità tal - attivitajiet kummerċjali – jekk ċerti attivitajiet kummerċjali humiex aktar importanti f’termini ta’ ġenerazzjoni ta’ profitti (jew telf) jew flussi tal - flus;
  • b. sejbiet superviżorji preċedenti – jekk is - sejbiet għal elementi oħrajn tal -SREP jistgħux jipprovdu indikaturi dwar linji operatorji li jeħtieġu aktar investigazzjoni, inklużi sejbiet mis - superviżuri tal - AML/CFT;
  • c. sejbiet u osservazzjonijiet minn rapporti tal - awditjar interni jew esterni – jekk il - funzjoni ta’ verifika identifikatx kwistjonijiet speċifiċi rigward is - sostenibbiltà jew il - vijabbiltà ta’ ċerti linji operatorji;
  • d. importanza għall - pjanijiet strateġiċi – jekk hemmx linji operatorji li d - ditta tal - investiment tixtieq li jikbru, jew jonqsu, b’mod sostanzjali;
  • e. bidliet osservati fil - mudell tan - negozju – jekk hemmx tibdiliet osservati de facto fil - mudell tan - negozju li seħħew mingħajr ma d - ditta ta l- investiment ddikjarat kwalunkwe bidla ppjanata jew irrilaxxat pjanijiet strateġiċi ġodda u jekk il - bidliet fil - mudell tan - negozju jistgħux jesponu lid - ditta tal - investiment għal riskji akbar tal - ML/TF; u
  • f. paraguni bejn il -pari – jekk linja tan - negozju aġixxietx b’mod atipiku (kinitx “iżolata”) meta mqabbla mal - pari tagħha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/