+408. B’mod ġenerali, hemm tliet sitwazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati minn awtorità …

408. B’mod ġenerali, hemm tliet sitwazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati minn awtorità …

B’mod ġenerali, hemm tliet sitwazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati minn awtorità kompetenti li fihom ditta tal - investiment tista’ tonqos milli tissodisfa l - P2G tagħha.

  • a. Meta l - livell ta’ fondi proprji jaqa’ taħt il - livell tal - P2G f’ċirkostanzi speċifiċi għad - ditta tal - investiment jew esterni li fihom ir - riskji li P2G kellha l - għan li tkopri jkunu ġew materjalizzati, l - awtorità kompetenti tista’ tippermetti lid - ditta tal - investiment biex temporanjament topera taħt il - livell tal - P2G dment li l - pjan ta’ kapital rivedut ikun meqjus kredibbli f’konformità mal - kriterji stabbiliti fit - Taqsima 7.7.3. L-awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra wkoll li taġġusta l - livell tal - P2G meta jkun xieraq.
  • b. Meta l - livell ta’ fondi proprji jaqa’ taħt il - livell tal - P2G f’ċirkostanzi speċifiċi għad - ditta tal - investiment jew esterni b’riżultat tal - materjalizzazzjoni tar - riskji li l -P2G ma kellhiex l - għan li tkopri, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jistennew li d - ditta tal - investiment iżżid il - livell tal - fondi proprji għal - livell tal - P2G f’perjodu ta’ żmien xieraq.
  • c. Meta d - ditta tal - investiment tinjora l - P2G, ma tinkorporahiex fil - qafas tal - ġestjoni tar - riskji jew ma tistabbilixxix fondi proprji biex tissodisfa l - P2G fil - limiti ta’ żmien stabbiliti f’konformità mal - pargarafu 294 , dan jista’ jwassal biex l - awtoritajiet kompetenti japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali kif stabbilit fit - Taqsimiet 10.3 u 10.5.

Meta l - permess biex topera taħt il - livell tal - P2G kif imsemmi fil - punt (a) ma jkunx ingħata u l- fondi proprji tad - ditta tal - investiment jkunu ripetutament taħt il - livell tal -P2G, l- awtorità kompetenti għandha timponi rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali f’konformità mat - Titolu 7.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/