+16. Il- funzjoni ta’ awditjar intern
---+143. Fejn stabbilit, il - funzjuni tal - awditjar intern (IAF) għandha tkun indipendenti u jkollha …
---+144. L- IAF għandha tkun indipendenti mill - attivitajiet awditjati. Għalhekk, l - IAF ma għandhiex …
---+145. L- IAF għandha, permezz ta’ approċċ ibbażat fuq ir - riskju, tirrieżamina b’mod indipendenti u …
---+146. L- IAF ma għandhiex tkun involuta fit - tfassil, fl - għażla, fl -istabbiliment jew …
---+147. L- IAF għandha tivvaluta jekk il - qafas ta’ kontroll intern tal -emittent tal-ARTs kif …
---+148. L- IAF għandu jivverifika, b’mod partikolari, l - integrità tal - proċessi li jiżguraw l - …
---+149. L- IAF għandha tirrevedi l - adegwatezza tal - proċessi għall - iżvilupp ta’ white papers, l - …
---+150. L- IAF għandu jkollu aċċess liberu fl - emittenti kollha għar - rekords, għad - dokumenti …
---+151. L- IAF għandha taderixxi ma’ standards professjonali nazzjonali u internazzjonali. Eżempju …
---+152. Il- ħidma ta’ awditjar intern għandha ssir regolarment f’konformità ma’ pjan tal -awditjar u …
---+153. Tal- inqas darba fis - sena għandu jitfassal pjan ta’ awditjar intern abbażi tal - objettivi …
---+154. Ir- rakkomandazzjonijiet kollha tal - awditjar għandhom ikunu soġġetti għal proċedura formali …

16. Il- funzjoni ta’ awditjar intern

16. Il- funzjoni ta’ awditjar intern

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
143. Fejn stabbilit, il - funzjuni tal - awditjar intern (IAF) għandha tkun indipendenti u jkollha …

Fejn stabbilit, il - funzjuni tal - awditjar intern (IAF) għandha tkun indipendenti u jkollha biżżejjed awtorità, statura u riżorsi. B’mod partikolari, l -emittenti tal- ARTs għandhom jiżguraw li l-kwalifiki tal-membri tal- persunal tal -IAF u r- riżorsi tal - IAF, b’mod partikolari l - għodod tal - awditjar u l- metodi ta’ analiżi tar - riskju tiegħu, huma adegwati għad - daqs u għal - lokazzjonijiet tal-emittent tal- ARTs, kif ukoll għan - natura, l -iskala u l- kumplessità tar - riskji assoċjati mal - mudell kummerċjali, mal - attivitajiet, mal -kultura tar-riskju u mal- predispożizzjoni għar -riskju tal-emittent tal-ARTs.

144. L- IAF għandha tkun indipendenti mill - attivitajiet awditjati. Għalhekk, l - IAF ma għandhiex …

L- IAF għandha tkun indipendenti mill - attivitajiet awditjati. Għalhekk, l - IAF ma għandhiex tingħaqad ma’ funzjonijiet oħra.

145. L- IAF għandha, permezz ta’ approċċ ibbażat fuq ir - riskju, tirrieżamina b’mod indipendenti u …

L- IAF għandha, permezz ta’ approċċ ibbażat fuq ir - riskju, tirrieżamina b’mod indipendenti u tipprovdi assigurazzjoni oġġettiva tal - konformità tal - attivitajiet u tal - unitajiet kollha tal - emittent tal- ARTs, inkluż l - entitajiet terzi, mal - politiki u mal - proċe duri tal-emittent tal-ARTs u ma’ rekwiżiti regolatorji esterni.

146. L- IAF ma għandhiex tkun involuta fit - tfassil, fl - għażla, fl -istabbiliment jew …

L- IAF ma għandhiex tkun involuta fit - tfassil, fl - għażla, fl -istabbiliment jew fl-implimentazzjoni ta’ politiki, mekkaniżmi, proċeduri jew il - limiti ta’ riskju speċifiċi ta’ kontroll intern. Madankollu, dan ma għandux iwaqqaf lill - korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu milli jitlob kontribut mill-awditjar intern dwar kwistjonijiet relatati mar- riskju, ma’ kontrolli interni u ma’ konformità mar - regoli applikabbli.

147. L- IAF għandha tivvaluta jekk il - qafas ta’ kontroll intern tal -emittent tal-ARTs kif …

L- IAF għandha tivvaluta jekk il - qafas ta’ kontroll intern tal -emittent tal-ARTs kif stabbilit fit-Taqsima V huwiex effettiv kif ukoll effiċjenti. B’mod partikolari, l - IAF għandha tivvaluta:

  • a. l- adegwatezza tal - qafas ta’ governanza tal -emittent tal-ARTs;
  • b. jekk il- politiki u l - proċeduri eżistenti jibqgħux adegwati u konformi mar - rekwiżiti legali u regolatorji u mal - istrateġija tar -riskju u mal- predispożizzjoni għar -riskju tal-emittent tal-ARTs;
  • c. il- konformità tal - proċeduri mal - liġijiet u mar - regolamenti applikabbli u mad - deċiżjonijiet tal - korp maniġerjali;
  • d. jekk il- proċeduri humiex implimentati b’mod korrett u effettiv (eż. il - konformità tat - tranżazzjonijiet, il - livell ta’ riskju effettivament imġarrab, eċċ.); u
  • e. l- adegwatezza, il - kwalità u l - effikaċja tal - kontrolli mwettqa u tar - rapportar li sar mill - unitajiet operatorji (l -ewwel linja tad- difiża) u mill - funzjonijiet ta’ ġestjoni tar -riskju u ta’ konformità.
148. L- IAF għandu jivverifika, b’mod partikolari, l - integrità tal - proċessi li jiżguraw l - …

L- IAF għandu jivverifika, b’mod partikolari, l - integrità tal - proċessi li jiżguraw l - affidabbiltà tal-metodi u t-tekniki tal-emittent tal- ARTs għall - kwantifikazzjoni tar - riskju, inklużi l -mudelli. Għandu jivvaluta wkoll il - kwalità u l - użu ta’ għodod kwalitattivi ta’ identifikazzjoni u ta’ valutazzjoni tar -riskju u l- miżuri għall - mitigazzjoni tar - riskju meħuda.

149. L- IAF għandha tirrevedi l - adegwatezza tal - proċessi għall - iżvilupp ta’ white papers, l - …

L- IAF għandha tirrevedi l - adegwatezza tal - proċessi għall - iżvilupp ta’ white papers, l - approvazzjoni tagħhom u l - proċessi ta’ kif l - ARTs huma offruti lill - pubbliku.

150. L- IAF għandu jkollu aċċess liberu fl - emittenti kollha għar - rekords, għad - dokumenti …

L- IAF għandu jkollu aċċess liberu fl - emittenti kollha għar - rekords, għad - dokumenti, għall - bini u għall - informazzjoni kollha tal -emittent tal- ARTs. Dan għandu jinkludi aċċess għas -sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali u għall -minuti tal-kumitati u tal- korpi deċiżjonali kollha.

151. L- IAF għandha taderixxi ma’ standards professjonali nazzjonali u internazzjonali. Eżempju …

L- IAF għandha taderixxi ma’ standards professjonali nazzjonali u internazzjonali. Eżempju tal- istandards professjonali msemmija hawnhekk huwa l -istandards stabbiliti mill-Istitut tal-Awdituri Interni.

152. Il- ħidma ta’ awditjar intern għandha ssir regolarment f’konformità ma’ pjan tal -awditjar u …

Il- ħidma ta’ awditjar intern għandha ssir regolarment f’konformità ma’ pjan tal -awditjar u programm dettaljat ta’ awditjar li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir -riskju.

153. Tal- inqas darba fis - sena għandu jitfassal pjan ta’ awditjar intern abbażi tal - objettivi …

Tal- inqas darba fis - sena għandu jitfassal pjan ta’ awditjar intern abbażi tal - objettivi annwali ta’ kontroll ta’ awditjar intern. Il - pjan ta’ awditjar intern għandu jiġi approvat mill - korp maniġerjali.

154. Ir- rakkomandazzjonijiet kollha tal - awditjar għandhom ikunu soġġetti għal proċedura formali …

Ir- rakkomandazzjonijiet kollha tal - awditjar għandhom ikunu soġġetti għal proċedura formali ta’ segwitu mil - livelli xierqa tal - maniġment, ikkomunikata lill - korp maniġerjali tal - emittent ta’ ARTs u magħmula disponibbli lill - awtorità kompetenti biex tiżgura u tirrapporta dwar ir- riżoluzzjoni effettiva u f’waqtha tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/