+4.1 Kunsiderazzjoni tal - proporzjonalità
---+12. Sabiex jiġi żgurat li l - informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fi pjan ta’ rkupru, il - …
---+13. Sabiex jiġi applikat il - paragrafu preċedenti, l - emittenti u l - awtoritajiet kompetenti …
---+14. Għall - applikazzjoni tal - prinċipju ta’ proporzjonalità, l - emittenti ta’ tokens li huma …

4.1 Kunsiderazzjoni tal - proporzjonalità

4.1 Kunsiderazzjoni tal - proporzjonalità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
12. Sabiex jiġi żgurat li l - informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fi pjan ta’ rkupru, il - …

Sabiex jiġi żgurat li l - informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fi pjan ta’ rkupru, il - format tiegħu u r - rieżami tiegħu mill - awtoritajiet kompetenti tkun konsistenti mal - profil tar - riskju individwali, in - natura u l - mudell tan - negozju tal - ARTs jew l - emittent tal - EMTs u l - iskala u l - kumplessità tal - attivitajiet tiegħu, jenħtieġ li l - emittenti u l - awtoritajiet kompetenti, meta jfasslu jew jivvalutaw il - pjanijiet ta’ rkupru, iqisu l - prinċipju tal - proporzjonalità.

13. Sabiex jiġi applikat il - paragrafu preċedenti, l - emittenti u l - awtoritajiet kompetenti …

Sabiex jiġi applikat il - paragrafu preċedenti, l - emittenti u l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - kriterji kollha li ġejjin:

  • a. id - daqs, il - kumplessità, in - natura u l - mudell tan - negozju tal - emittent;
  • b. il - klassifikazzjoni tat - token irreferenzjat ma’ assi jew tat - token tal - flus elettroniċi maħruġa bħala sinifikanti skont l - Artikoli 43 u 44 u l - Artikoli 56 u 57 tar - Regolament (UE) 2023/1114;
  • c. għal emittenti tat - tokens irreferenzjati ma’ assi, id - daqs, il - volatilità, il - kompożizzjoni, il - konċentrazzjoni u n - natura tal - assi ta’ riżerva u tat - token irreferenzjat mal - assi nnifsu;
  • d. għal emittenti ta’ tokens ta’ flus elettroniċi, id - daqs, il - volatilità, il - kompożizzjoni u l - konċentrazzjoni tal - assi li jappoġġaw il - fondi riċevuti;
  • e. is - sinifikat u l - profili ta’ riskju tal - Fornituri tas - Servizzi tal - Kriptoassi użati biex jipprovdu s - servizzi relatati mat - tokens irreferenzjati ma’ assi jew mat - tokens tal - flus elettroniċi maħruġa mill - emittent rispettiv;
  • f. is - sinifikat u l - profili tar - riskju tan - networks tat - teknoloġija tar - reġistru distribwit li jintużaw mill - emittent rispettiv sabiex jinħarġu tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal - flus elettroniċi permezz tagħhom;
  • g. il - profil tar - riskju ta’ fornituri terzi għajr il - Fornituri tas - Servizz tal - Kriptoassi u n - networks tad - DLT li jipprovdu servizz tal - ICT sinifikanti jew kritiku lill - emittent rispettiv.
14. Għall - applikazzjoni tal - prinċipju ta’ proporzjonalità, l - emittenti ta’ tokens li huma …

Għall - applikazzjoni tal - prinċipju ta’ proporzjonalità, l - emittenti ta’ tokens li huma kklassifikati bħala sinifikanti għandhom japplikaw ir - rekwiżiti stabbiliti fil - paragrafu 62 mill - inqas fuq bażi annwali u jinkludu fil - pjan ta’ rkupru tagħhom il - kategoriji kollha ta’ indikaturi tal - pjan ta’ rkupru stabbiliti fil - paragrafi 29 u 30.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/