+13. Sabiex jiġi applikat il - paragrafu preċedenti, l - emittenti u l - awtoritajiet kompetenti …
|
13. Sabiex jiġi applikat il - paragrafu preċedenti, l - emittenti u l - awtoritajiet kompetenti …
Sabiex jiġi applikat il - paragrafu preċedenti, l - emittenti u l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - kriterji kollha li ġejjin: - a. id - daqs, il - kumplessità, in - natura u l - mudell tan - negozju tal - emittent;
- b. il - klassifikazzjoni tat - token irreferenzjat ma’ assi jew tat - token tal - flus elettroniċi maħruġa bħala sinifikanti skont l - Artikoli 43 u 44 u l - Artikoli 56 u 57 tar - Regolament (UE) 2023/1114;
- c. għal emittenti tat - tokens irreferenzjati ma’ assi, id - daqs, il - volatilità, il - kompożizzjoni, il - konċentrazzjoni u n - natura tal - assi ta’ riżerva u tat - token irreferenzjat mal - assi nnifsu;
- d. għal emittenti ta’ tokens ta’ flus elettroniċi, id - daqs, il - volatilità, il - kompożizzjoni u l - konċentrazzjoni tal - assi li jappoġġaw il - fondi riċevuti;
- e. is - sinifikat u l - profili ta’ riskju tal - Fornituri tas - Servizzi tal - Kriptoassi użati biex jipprovdu s - servizzi relatati mat - tokens irreferenzjati ma’ assi jew mat - tokens tal - flus elettroniċi maħruġa mill - emittent rispettiv;
- f. is - sinifikat u l - profili tar - riskju tan - networks tat - teknoloġija tar - reġistru distribwit li jintużaw mill - emittent rispettiv sabiex jinħarġu tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal - flus elettroniċi permezz tagħhom;
- g. il - profil tar - riskju ta’ fornituri terzi għajr il - Fornituri tas - Servizz tal - Kriptoassi u n - networks tad - DLT li jipprovdu servizz tal - ICT sinifikanti jew kritiku lill - emittent rispettiv.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|