+19. L- informazzjoni dwar il - governanza msemmija fil - paragrafu preċedenti għandha tkopri mill - …

19. L- informazzjoni dwar il - governanza msemmija fil - paragrafu preċedenti għandha tkopri mill - …

L- informazzjoni dwar il - governanza msemmija fil - paragrafu preċedenti għandha tkopri mill - inqas dan li ġej:

  • a) ir - rwol(i) u l - funzjoni(jiet) tal - persuna(i) responsabbli għat - tħejjija, l - implimentazzjoni u l - aġġornament tal - pjan;
  • b) id - deskrizzjoni ta’ kif il - pjan ta’ rkupru jaqbel mal - governanza interna, l - istrateġija tan - negozju u l - qafas tal - ġestjoni tar - riskju tal - emittent (inkluża d - dikjarazzjoni tal - aptit għar - riskju);
  • c) id - deskrizzjoni tal - proċessi u l - perjodi ta’ żmien li għandhom jintużaw għall - aġġornament perjodiku tal - pjan u sabiex jiġi aġġornat sabiex iwieġeb għal kwalunkwe bidla materjali li taffettwa t - token speċifiku, l - emittent jew l - ambjent tiegħu;
  • d) il - politiki u l - proċeduri li jirregolaw l - approvazzjoni tal - pjan ta’ rkupru u r - rieżamijiet u l - aġġornamenti tiegħu;
  • e) id - deskrizzjoni tal - proċeduri ta’ eskalazzjoni, jiġifieri l - kundizzjonijiet u l - proċeduri meħtieġa biex tiġi żgurata l - implimentazzjoni f’waqtha ta’ għażliet partikolari ta’ rkupru previsti fil - pjan ta’ rkupru. Dawn jenħtieġ li jinkludu mill - inqas informazzjoni ċara dwar il - proċess tat - teħid tad - deċiżjonijiet fir - rigward tal - attivazzjoni tal - pjan ta’ rkupru abbażi ta’ proċess ta’ eskalazzjoni dettaljat b’mod ċar li japplika meta jiġi identifikat ksur ta’ livell limitu tal - indikatur tal - pjan ta’ rkupru jew li x’aktarx jimmaterjalizza fil - futur qrib, biex jiġi kkunsidrat u ddeterminat liema għażla ta’ rkupru jista’ jkollha bżonn tiġi applikata biex terġa’ tiġi stabbilita l - konformità mar - rekwiżiti regolatorji rilevanti applikabbli għar - riżerva ta’ assi jew biex ikomplu jingħataw servizzi relatati mat - token rilevanti;
  • f) il - limitu ta’ żmien għad - deċiżjoni dwar it - teħid ta’ azzjonijiet ta’ rkupru u l - punt fiż - żmien, kif ukoll il - modalitajiet, biex l - awtorità kompetenti tiġi infurmata;
  • g) id - deskrizzjoni ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jirriflettu vulnerabbiltajiet, dgħufijiet jew theddid possibbli għall - ammont, il - likwidità u l - allokazzjoni tar - riżerva tal - assi u l - fondi li l - emittenti għandhom iżommu fi kwalunkwe ħin skont ir - Regolament (UE) 2023/1114, kif speċifikat aktar fil - paragrafi 22-41.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/