+29. L- emittenti għandhom jinkludu fil - pjan ta’ rkupru mill - inqas il - kategoriji li ġejjin ta’ …

29. L- emittenti għandhom jinkludu fil - pjan ta’ rkupru mill - inqas il - kategoriji li ġejjin ta’ …

L- emittenti għandhom jinkludu fil - pjan ta’ rkupru mill - inqas il - kategoriji li ġejjin ta’ indikaturi tal - pjan ta’ rkupru, kif spjegat aktar fid - dettall fl - Anness I (Taqsima A — “Kategoriji minimi għall - emittenti kollha ta’ ARTs jew EMTs”), b’mod partikolari :

1) indikaturi tar - riskju tal - likwidità, li jinformaw lill - emittent dwar deterjorament potenzjali jew attwali tal - profil tal - likwidità tar - riżerva tal - assi;

2) indikaturi tar - riskju operazzjonali, li jiddeskrivu r - riskji potenzjali li jirriżultaw minn proċessi, persuni u sistemi interni inadegwati jew li fallew jew minn avvenimenti esterni, inkluż ir - riskju legali. Meta jikkalibraw dan it - tip ta’ indikaturi, l - emittenti għandhom iqisu b’mod speċifiku t - tip ta’ teknoloġija sottostanti (eż. reġistru distribwit permess/mingħajr permess) kif ukoll il - kumplessità tagħha (eż. l - eżistenza ta’ pontijiet, il - kwalità tal - kriptografija, eċċ.). L - emittenti għandhom jikkunsidraw ukoll li d - dipendenza fuq infrastruttura unika u kumplessa aktar milli fuq waħda standard jista’ jkollha riperkussjonijiet mhux biss fuq il - kapaċità li tiġi sostitwita, iżda wkoll fuq id - disponibbiltà tan - nies li jistgħu jżommuha u jirranġawha. Fil - każ ta’ ħruġ b’aktar minn katina waħda, l - emittenti għandhom jinkludu indikaturi speċifiċi għal kull teknoloġija ta’ reġistru distribwit użata għad - distribuzzjoni tat - token b’referenza tal - assi u/jew it - token tal - flus elettroniċi;

3) indikaturi tar - riskju ta’ kreditu/tal - kwalità tal - assi, li jkejlu l - evoluzzjoni tal - kwalità tal - assi tar - riżerva tal - assi;

4) indikaturi relatati mal - assi referenzjati, li jkejlu r - riskju ta’ talbiet massivi ta’ tifdija, eż. skattati mit - telf ta’ rbit;

5) indikaturi tal - adegwatezza kapitali, li jkejlu d - deterjorament potenzjali fil - kwantità u l - kwalità tal - pożizzjoni kapitali tal - emittent, inkluż il - livell ta’ konformità mar - rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti fl - Artikolu 35 tar - Regolament (UE) 2023/1114. Il - kalibrazzjoni ta’ tali indikaturi għandha tiġi stabbilita ’l fuq mir - rekwiżit regolatorju minimu applikabbli tagħhom. L - indikaturi tal - adegwatezza kapitali jenħtieġ li jintużaw biss mill - emittenti tat- tokens irreferenzjati ma’ assi u tat - tokens tal - flus elettroniċi li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/