+Kamp ta' applikazzjoni
---+2. Dawn il - Linji Gwida japplikaw mal - awtorizzazzjoni u fuq bażi kontinwa għall - awtoritajiet …
---+3. Il - valutazzjoni tal - adegwatezza hija bbażata fuq ir - rekwiżit li l - membri tal - korp …

Kamp ta' applikazzjoni

Kamp ta' applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
2. Dawn il - Linji Gwida japplikaw mal - awtorizzazzjoni u fuq bażi kontinwa għall - awtoritajiet …

Dawn il - Linji Gwida japplikaw mal - awtorizzazzjoni u fuq bażi kontinwa għall - awtoritajiet kompetenti, kif definit fil - punt (35) (a) tal - Artikolu 3(1) tal - MiCA, għall - emittenti tal - ART u tas - CASP3 , f’konformità mal - Artikoli 34(2) u 68(1) tal - MiCA fir - rigward tal - valutazzjoni tal - adegwatezza tal - membri tal - korp maniġerjali ta’

  • a. emittent applikant tal - ART li qed ifittex awtorizzazzjoni skont l - Artikolu 18 tal -MiCA jew awtorizzat f’konformità mal - Artikolu 21 ta’ dak ir - Regolament (“emittent tal - ART” għall - fini ta’ dawn il - Linji Gwida),
  • b. applikant tas - CASP li jfittex awtorizzazzjoni skont l - Artikolu 62 tal - MiCA, jew CASP awtorizzat f’konformità mal - Artikolu 63 ta’ dak ir - Regolament (“CASP” għall - fini ta’ dawn il - Linji Gwida), jew, b’referenza għall - Artikolu 68(1) tal - MiCA, li jipprovdi servizzi tal - kriptoassi bħala parti mill - awtorizzazzjoni tiegħu f’konformità mal - paragrafi (2), (4), (5) u (6) tal - Artikolu 60 tal -MiCA.
3. Il - valutazzjoni tal - adegwatezza hija bbażata fuq ir - rekwiżit li l - membri tal - korp …

Il - valutazzjoni tal - adegwatezza hija bbażata fuq ir - rekwiżit li l - membri tal - korp maniġerjali ta’ emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jissodisfaw il - kriterji stabbiliti fl - Artikoli 34(2) u 68(1) rispettivament, li jipprevedu li l - membri tal - korp maniġerjali għandhom ikunu ta’ reputazzjoni suffiċjentement tajba u kapaċi jimpenjaw żmien suffiċjenti biex iwettqu dmirijiethom b’mod effettiv kif ukoll il - valutazzjoni ta’ jekk il - membri tal - korp maniġerjali għandhomx l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza xierqa individwalment u kollettivament biex iwettqu dmirijiethom. Membri tal - korp maniġerjali ta’ emittenti tal - ART u tas - CASP m’għandhomx ikunu nstabu ħatja ta’ reati relatati mal - ħasil tal - flus jew il - finanzjament tat - terroriżmu jew ta’ kwalunkwe reat ieħor li jista’ jaffettwa r - reputazzjoni tajba tagħhom. Il - membri tal - korp maniġerjali li għandhom jiġu vvalutati jinkludu persuni li se jsiru membri tal - korp maniġerjali ta’ emittent tal - ART jew tas - CASP u membri li diġà ħadu l - pożizzjoni tagħhom. Meta l -korp mani ġerjali jikkonsisti minn

3 Skont l - Artikolu 60(10) tar - Regolament (UE) 2023/1114 l - entitajiet elenkati fl - Artikolu 60, il - paragrafi (1) sa (6) mhumiex soġġetti, fost l - oħrajn, għall - Artikolu 63 tar - Regolament (UE) 2023/1114. funzjoni maniġerjali u superviżorja, dawn il - Linji Gwida japplikaw kemm għall - funzjonijiet kif ukoll għall - membri taż - żewġ funzjonijiet4 .)


4 Artikolu 3(1), il - punt 27 tar - Regolament (UE) 2023/1114 jiddefinixxi l - korp maniġerjali bħala “il - korp jew il - korpi ta’ emittent, offerent jew persuna li tkun qed tfittex l - ammissjoni għan - negozjar, jew ta’ fornitur ta’ servizzi tal - kriptoassi, li jkunu nħatru f’konformità mal - liġi nazzjonali, li jingħataw is - setgħa jistabbilixxu l - istrateġija, l - objettivi u d - direzzjoni ġenerali tal - entità, u li jissorveljaw u jimmonitorjaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali fl - entità u tinkludi l - persuni li jmexxu b’mod effettiv in - negozju tal - entità”.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/