+39. Mingħajr preġudizzju għall - approvazzjoni tal - azzjonisti, il - korpi maniġerjali tal - …

39. Mingħajr preġudizzju għall - approvazzjoni tal - azzjonisti, il - korpi maniġerjali tal - …

Mingħajr preġudizzju għall - approvazzjoni tal - azzjonisti, il - korpi maniġerjali tal - emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jadottaw politika ta’ adegwatezza. Il - politika għandha tinkludi prinċipji dwar is - selezzjoni, il - monitoraġġ u l - ippjanar tas - suċċessjoni tal - membri tagħha u għall - ħatra mill - ġdid ta’ membri eżistenti u mill - inqas għandha tistabbilixxi dan li ġej:

  • a. il - proċess għas - selezzjoni, għall - ħatra, għall - ħatra mill - ġdid u għall - ippjanar tas - suċċessjoni tal - membri tal - korp maniġerjali u l - proċedura interna applikabbli għall - valutazzjoni tal - adegwatezza tal - membri, inkluża l - funzjoni interna responsabbli għall - g ħoti ta’ appoġġ għall - valutazzjoni (eż. ir - riżorsi umani);
  • b. il - kriterji li għandhom jintużaw fil - valutazzjoni, li għandhom jinkludu l - kriterji ta’ adegwatezza stabbiliti f’dawn il - Linji Gwida;
  • c. il - kriterji dwar il - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali, inkluż kif l - aspetti tad - diversità f’termini ta’ ġeneru, età, sfond edukattiv u professjonali u l - provenjenza ġeografika tal - membri tal - korp maniġerjali għandhom jitqiesu u, fejn applikabbli, il -mod k if il -miri dwar il - bilanċ xieraq bejn il - ġeneru se jintlaħqu;
  • d. il - mezz ta’ komunikazzjoni mal - awtoritajiet kompetenti; u
  • e. kif il - valutazzjoni u r - riżultat tagħha għandhom jiġu ddokumentati, inkluż l - istabbiliment ta’ perjodu ta’ żamma xieraq.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/