+C.3. Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - membri tal -korp maniġerjali mill - Emittenti tal - ART u tas -CASP
---+37. L- emittent tal - ART u tas - CASP għandu jkollu r - responsabbiltà primarja li jiżgura …
---+38. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jiżguraw li l - membri kollha tal - korp …
---+39. Mingħajr preġudizzju għall - approvazzjoni tal - azzjonisti, il - korpi maniġerjali tal - …
---+40. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom iwettqu l - valutazzjoni jew ir - rivalutazzjoni …
---+41. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jivvalutaw mill - ġdid l - impenn ta’ żmien …
---+42. Meta jitwettqu rivalutazzjonijiet tal - adegwatezza kollettiva, l - emittenti tal - ART u tas …
---+43. Meta jivvaluta l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza xierqa ta’ membru, l - emittent tal - …
---+44. Il - valutazzjonijiet tal - għarfien, tal - ħiliet u tal - esperjenza ta’ membri individwali …
---+45. B’deroga mill - paragrafu 44, il - valutazzjonijiet tal - adegwatezza jistgħu, mingħajr …
---+46. Il - valutazzjoni tal - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza xierqa għandhom iqisu il - …
---+47. L- emittent tal - ART jew tas - CASP għandu jiddokumenta r - riżultati tal - valutazzjoni …
---+48. Sabiex tiġi żgurata superviżjoni kontinwa xierqa, l - emittent tal - ART u tas - CASP għandhom …
---+49. Meta l - valutazzjoni titwettaq ukoll mill - awtoritajiet kompetenti għal finijiet …
---+emittenti tal -ART
------+50. Bħala parti mill - valutazzjoni tal - adegwatezza tal - korp maniġerjali, l - emittent tal - …
------+51. L- emittent tal - ART jew tas - CASP għandu jiddokumenta deskrizzjoni tal - pożizzjoni tal - …
---+emittenti tal -ART
------+52. Fejn applikabbli, fil - valutazzjoni tal - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza kollettivi …
------+53. Il - valutazzjoni tal - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza kollettivi xierqa għandha …
------+54. Meta jivvaluta l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza kollettivi xierqa tal - korp …
------+55. Il - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali għandha tiżgura li l - proċessi kollettivi tat - …
------+56. L- emittent tal - ART jew tas - CASP għandu jwettaq valutazzjoni tal - adegwatezza kollettiva …
|
C.3. Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - membri tal -korp maniġerjali mill - Emittenti tal - ART u tas -CASP
C.3. Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - membri tal -korp maniġerjali mill - Emittenti tal - ART u tas -CASP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
37. L- emittent tal - ART u tas - CASP għandu jkollu r - responsabbiltà primarja li jiżgura …
|
L- emittent tal - ART u tas - CASP għandu jkollu r - responsabbiltà primarja li jiżgura, f’konformità mal - Artikoli 34(2) u 68(1) tal - MiCA, li l - korp maniġerjali b’mod kollettiv u l - membri tiegħu individwalment ikunu adatti f’kull ħin. Huma għandhom jiżguraw li l - membri tal -korp maniġerjali jkollhom għarfien, ħiliet u esperjenza adatti kollettivament u individwalment biex jiżguraw immaniġġjar effettiv, tajjeb u prudenti u l - kontinwità tan - negozju tad - ditta u l - kunsiderazzjoni adegwata tal - interess tal - klijenti tagħhom u l - integrità tas - suq.
|
|
38. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jiżguraw li l - membri kollha tal - korp …
|
L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jiżguraw li l - membri kollha tal - korp maniġerjali jkunu ta’ reputazzjoni suffiċjentement tajba, filwaqt li jqisu l - kriterji msemmija fit - Taqsima C.2.1, u jkunu jistgħu jiddedikaw żmien suffiċjenti biex iwettqu dmirijiethom b’mod effettiv f’kull ħin filwaqt li jqisu l - kriterji fit - Taqsima C.2.4.
|
|
39. Mingħajr preġudizzju għall - approvazzjoni tal - azzjonisti, il - korpi maniġerjali tal - …
|
Mingħajr preġudizzju għall - approvazzjoni tal - azzjonisti, il - korpi maniġerjali tal - emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jadottaw politika ta’ adegwatezza. Il - politika għandha tinkludi prinċipji dwar is - selezzjoni, il - monitoraġġ u l - ippjanar tas - suċċessjoni tal - membri tagħha u għall - ħatra mill - ġdid ta’ membri eżistenti u mill - inqas għandha tistabbilixxi dan li ġej: - a. il - proċess għas - selezzjoni, għall - ħatra, għall - ħatra mill - ġdid u għall - ippjanar tas - suċċessjoni tal - membri tal - korp maniġerjali u l - proċedura interna applikabbli għall - valutazzjoni tal - adegwatezza tal - membri, inkluża l - funzjoni interna responsabbli għall - g ħoti ta’ appoġġ għall - valutazzjoni (eż. ir - riżorsi umani);
- b. il - kriterji li għandhom jintużaw fil - valutazzjoni, li għandhom jinkludu l - kriterji ta’ adegwatezza stabbiliti f’dawn il - Linji Gwida;
- c. il - kriterji dwar il - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali, inkluż kif l - aspetti tad - diversità f’termini ta’ ġeneru, età, sfond edukattiv u professjonali u l - provenjenza ġeografika tal - membri tal - korp maniġerjali għandhom jitqiesu u, fejn applikabbli, il -mod k if il -miri dwar il - bilanċ xieraq bejn il - ġeneru se jintlaħqu;
- d. il - mezz ta’ komunikazzjoni mal - awtoritajiet kompetenti; u
- e. kif il - valutazzjoni u r - riżultat tagħha għandhom jiġu ddokumentati, inkluż l - istabbiliment ta’ perjodu ta’ żamma xieraq.
|
|
40. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom iwettqu l - valutazzjoni jew ir - rivalutazzjoni …
|
L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom iwettqu l - valutazzjoni jew ir - rivalutazzjoni tal - adegwatezza tal - korp maniġerjali, u tal - membri tiegħu: - a. meta japplikaw għal awtorizzazzjoni qabel ma jibdew l - attivitajiet li jirrikjedu awtorizzazzjoni;
- b. meta jseħħu bidliet materjali fil - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali, inklużi:
- i. meta jinħatru membri ġodda tal - korp maniġerjali, inkluż fil - kuntest ta’ akkwiżizzjoni diretta jew indiretta jew żieda ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti fl - emittent tal - ART jew tas - CASP. Din il - valutazzjoni għandha tkun limitata għal membri li jkunu għadhom kif inħatru u l - adegwatezza kollettiva tal -korp maniġerjali;
- ii. meta jinħatru mill - ġdid membri tal - korp maniġerjali, jekk ir- rekwiżiti tal - pożizzjoni jkunu nbidlu jew jekk il - membru jinħatar għal pożizzjoni differenti fil - korp maniġerjali. Din il - valutazzjoni għandha tkun limitata għall - membri li l - pożizzjoni tagħhom tkun inbidlet u għall - analiżi tal - aspetti rilevanti, filwaqt li jitqies kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għall - pożizzjoni u l - adegwatezza kollettiva tal - korp maniġerjali;
- c. meta seħħew bidliet materjali fil - mudell ta’ negozju u l - attivitajiet , id - dispożizzjonijiet ġuridiċi sottostanti jew it - teknoloġiji użati;
- d. fuq bażi kontinwa, fid - dawl ta’ kwalunkwe fatt jew sitwazzjoni ġdida rilevanti. B’mod partikolari, għandha titwettaq rivalutazzjoni fil - każijiet li ġejjin:
- i. meta jkun hemm tħassib dwar l - adegwatezza individwali jew kollettiva tal - membri tal -korp maniġerjali;
- ii. fil - każ ta’ impatt materjali possibbli fuq ir - reputazzjoni ta’ membru tal -korp maniġerjali, jew l - emittent tal - ART jew tas - CASP, inklużi każijiet meta l -membri ma jikkonformawx mal - politika tad - ditta dwar il - kunflitt ta’ interess;
- e. meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li sar jew qed isir jew hemm attentat ta’ ħasil tal - flus jew finanzjament tat - terroriżmu b’rabta ma’ dak l - emittent tal - ART jew tas - CASP, jew fejn jinstab li qed jikser l - obbligi tal - AML/CFT tiegħu fl - Istat Membru tad - domiċilju jew ospitanti jew f’pajjiż terz fi kwalunkwe każ li jista’ b’mod ieħor jaffettwa materjalment l - adegwatezza tal - membru tal - korp maniġerjali.
|
|
41. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jivvalutaw mill - ġdid l - impenn ta’ żmien …
|
L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jivvalutaw mill - ġdid l - impenn ta’ żmien suffiċjenti ta’ membru tal - korp maniġerjali jekk dak il - membru jassumi direttorat addizzjonali jew jibda jwettaq attivitajiet rilevanti ġodda.
|
|
42. Meta jitwettqu rivalutazzjonijiet tal - adegwatezza kollettiva, l - emittenti tal - ART u tas …
|
Meta jitwettqu rivalutazzjonijiet tal - adegwatezza kollettiva, l - emittenti tal - ART u tas -CASP għandhom jiffukaw il - valutazzjoni tagħhom fuq il - bidliet rilevanti fil - mudell ta’ negozju u l - attivitajiet tagħhom, l - istrateġiji, l - infrastrutturi tekniċi, u l -pr ofil tar - riskju u fid - distribuzzjoni tad - dmirijiet fi ħdan il - korp maniġerjali u l - effett tagħhom fuq l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza kollettivi meħtieġa tal - korp maniġerjali.
|
|
43. Meta jivvaluta l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza xierqa ta’ membru, l - emittent tal - …
|
Meta jivvaluta l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza xierqa ta’ membru, l - emittent tal - ART jew tas - CASP għandu, fl - istess perjodu ta’ żmien, jivvaluta wkoll l - adegwatezza kollettiva tal -korp maniġerjali. B’mod partikolari, għandu jiġi vvalutat liema għarfien, ħiliet u esperjenza jġib l - individwu lill - kollettiv jew, fil - każ ta’ membru li jkun telaq mill - korp maniġerjali, l - għarfien u l - esperjenza li, wara l - bidla fil - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali, jistgħu jkunu neqsin.
|
|
44. Il - valutazzjonijiet tal - għarfien, tal - ħiliet u tal - esperjenza ta’ membri individwali …
|
Il - valutazzjonijiet tal - għarfien, tal - ħiliet u tal - esperjenza ta’ membri individwali tal -korp maniġerjali u tal - korp maniġerjali kollettiva, għandhom jitwettqu qabel ma jinħatru l -membri individwali. Fejn applikabbli, il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkun responsabbli għat - twettiq tal - valutazzjoni finali.
|
|
45. B’deroga mill - paragrafu 44, il - valutazzjonijiet tal - adegwatezza jistgħu, mingħajr …
|
B’deroga mill - paragrafu 44, il - valutazzjonijiet tal - adegwatezza jistgħu, mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali, jitwettqu malajr kemm jista’ jkun iżda fi kwalunkwe każ fi żmien xahar mill - ħatra tal - membru tal - korp maniġerjali, fi kwalunkwe wieħed mill - każijiet li ġejjin li għalihom l - emittent tal - ART jew tas - CASP ikun debitament ipprovda ġustifikazzjoni: - a. l - azzjonisti, is - sidien jew il - membri tal - emittent tal - ART jew tas - CASP jinnominaw u jaħtru membri tal - korp maniġerjali fil - laqgħa tal - azzjonist jew ekwivalenti li ma jkunux ġew proposti mill - emittent tal - ART jew tas - CASP jew mill - korp maniġerjali tagħhom;
- b. valutazzjoni sħiħa tal - adegwatezza individwali qabel il - ħatra ta’ membru individwali jew il - valutazzjoni kollettiva tal - adegwatezza wara bidla fil - kompożizzjoni tal -korp maniġerjali tfixkel il - funzjonament tajjeb tal - korp maniġerjali, inkluż bħala riżultat tas - sitwazzjonijiet li ġejjin:
- i. Meta l - ħtieġa li jiġu sostitwiti l - membri tinqala’ f’daqqa jew b’mod mhux mistenni, eż. mewt jew diżabbiltà ta’ membru; u
- ii. meta membru kellu jitneħħa peress li l - membru ma kienx għadu adatt.
|
|
46. Il - valutazzjoni tal - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza xierqa għandhom iqisu il - …
|
Il - valutazzjoni tal - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza xierqa għandhom iqisu il - kwistjonijiet kollha rilevanti għall - valutazzjonijiet u disponibbli għalihom. L - emittenti tal - ART jew tas -CASP għandhom iqisu l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza tal - membru individwali tal - korp maniġerjali meta jivvalutaw l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza kollettivi adegwati tal - korp maniġerjali u viċi versa.
|
|
47. L- emittent tal - ART jew tas - CASP għandu jiddokumenta r - riżultati tal - valutazzjoni …
|
L- emittent tal - ART jew tas - CASP għandu jiddokumenta r - riżultati tal - valutazzjoni tagħhom, u b’mod partikolari kwalunkwe dgħufija identifikata bejn l - għarfien u l - esperjenza kollettivi meħtieġa u attwali tal - membri tal - korp maniġerjali, u l - miżuri li għandhom jittieħdu biex jingħelbu dawn in - nuqqasijiet, inkluż l - induzzjoni jew it - taħriġ li għandu jiġi pprovdut.
|
|
48. Sabiex tiġi żgurata superviżjoni kontinwa xierqa, l - emittent tal - ART u tas - CASP għandhom …
|
Sabiex tiġi żgurata superviżjoni kontinwa xierqa, l - emittent tal - ART u tas - CASP għandhom jinformaw lill - awtorità kompetenti dwar il - ħatra proposta ta’ membri jew mingħajr dewmien żejjed wara l - ħatra ta’ membri.
|
|
49. Meta l - valutazzjoni titwettaq ukoll mill - awtoritajiet kompetenti għal finijiet …
|
Meta l - valutazzjoni titwettaq ukoll mill - awtoritajiet kompetenti għal finijiet superviżorji, ir - responsabbiltà li tiġi vvalutata u żgurata l - adegwatezza tal - korp maniġerjali jew superviżorju tibqa’ f’idejn l - emittent tal - ART jew tas -CASP. C.3.1 Valutazzjoni tal - adegwatezza individwali tal - membri tal - korp maniġerjali mis - CASP u l -
|
|
emittenti tal -ART
|
emittenti tal -ART
|
|
emittenti tal -ART
|
emittenti tal -ART
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|