+4.3. It- trażmissjoni u r - riċevuta ta’ informazzjoni bit - trasferiment f’konformità mal - Artikoli 4 sa 8, 10 sa 12, 14 sa 17 u 19 sa 21 tar- Regolament (UE) 2023/1113
---+21. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jużaw infrastrutturi u servizzi għat - …
---+22. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiżguraw li s - sistemi tagħhom ikunu …
---+23. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiżguraw li s - sistemi li jużaw għat - …
---+24. Is- CASP u l - ICASP jistgħu, b’deroga mill - paragrafu 21 u sal -31 ta’ Lulju 2025 …
---+25. Meta jittrażmettu informazzjoni f’konformità mal - Artikolu 14 tar - Regolament (UE) 2023/1113 …
---+26. Meta jagħżlu s - sistema/i ta’ messaġġi jew ta’ pagament u ta’ saldu, is - CASP u l - ICASP …
---+27. Il- PSP u l - IPSP li jippermettu l- eżekuzzjoni ta’ trasferimenti b’żewġ IPSP jew PSP jew …
---+28. Għal trasferimenti li ma tqiegħdux f’lottijiet, il - PSP jew l - IPSP jenħtieġ li: a) …
---+29. L- IPSP huma responsabbli biss biex jgħaddu mill - messaġġ tal - pagament bl - użu tad - data …
---+30. Il- PSP u l - IPSP jenħtieġ li ma jipproċessawx trasferiment mill - pagatur lill - prenditur …
---+31. Meta l - intermedjarju ma jirċevix l - informazzjoni meħtieġa relatata ma’ trasferiment, b’mod …
|
4.3. It- trażmissjoni u r - riċevuta ta’ informazzjoni bit - trasferiment f’konformità mal - Artikoli 4 sa 8, 10 sa 12, 14 sa 17 u 19 sa 21 tar- Regolament (UE) 2023/1113
4.3.1. Sistemi ta’ messaġġi jew ta’ pagamenti u ta’ saldu Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
21. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jużaw infrastrutturi u servizzi għat - …
|
Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jużaw infrastrutturi u servizzi għat - trażmissjoni u r - riċevuta ta’ informazzjoni li teknikament ikunu kapaċi jittrażmettu u jirċievu bis - sħiħ l - informazzjoni mingħajr lakuni jew żbalji fil - preżentazzjoni tal -in formazzjoni kif speċifikat f’dawn il-Linji Gwida.
|
|
22. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiżguraw li s - sistemi tagħhom ikunu …
|
Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiżguraw li s - sistemi tagħhom ikunu jistgħu jżommu l - integrità tad - data , b’mod partikolari fejn l - informazzjoni trid tiġi kkonvertita f’format differenti qabel ma tiġi trażmessa jew wara li tiġi riċevuta. Il - PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP li ma jistgħux jiżguraw li s - sistemi tagħhom ikunu jistgħu jittrażmettu, jirċievu jew jikkonvertu l - informazzjoni mingħajr żball jew ommissjoni jenħtieġ li jinbidlu f’sistema li tkun kapaċi tagħmel dan.
|
|
23. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiżguraw li s - sistemi li jużaw għat - …
|
Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiżguraw li s - sistemi li jużaw għat - trasferiment tal - informazzjoni jkunu siguri. Is - CASP jenħtieġ li japplikaw ukoll il - gwida pprovduta lill - PSP mil -Linji Gwida tal-EBA dwar l- ICT u l - ġestjoni tar - riskju għas -s igurtà6 u l-Linji Gwida tal-EBA dwar l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni7 . Trasferiment ta’ kriptoassi
6 EBA/GL/2019/04. 7 EBA/GL/2019/02.
|
|
24. Is- CASP u l - ICASP jistgħu, b’deroga mill - paragrafu 21 u sal -31 ta’ Lulju 2025 …
|
Is- CASP u l - ICASP jistgħu, b’deroga mill - paragrafu 21 u sal -31 ta’ Lulju 2025, eċċezzjonalment jużaw infrastrutturi jew servizzi fejn il - limitazzjonijiet tekniċi fir -rigward tal- kompletezza tad - data jeħtieġ li jiġu kkumpensati minn passi tekniċi addizzjonali jew soluzzjonijiet biex jikkonformaw bis - sħiħ ma’ dawn il -Linji Gwida. Dawk il- proċeduri addizzjonali jenħtieġ li tal - anqas jinkludu mekkaniżmi alternattivi għall - ġbir, iż - żamma u t - tqegħid għad - dispożizzjoni tas - CASP jew tal - ICASP riċeventi fil -katina tat- trasferiment tal - informazzjoni li ma tistax tiġi trażmessa minħabba limitazzjonijiet tekniċi.
|
|
25. Meta jittrażmettu informazzjoni f’konformità mal - Artikolu 14 tar - Regolament (UE) 2023/1113 …
|
Meta jittrażmettu informazzjoni f’konformità mal - Artikolu 14 tar - Regolament (UE) 2023/1113, is- CASP u l - ICASP tal - oriġinatur jenħtieġ li: - a) jittrażmettu l - informazzjoni bħala parti minn, jew inkorporata fit - trasferiment fuq il-blockchain jew fuq pjattaforma oħra tat - teknoloġija ta’ reġistru distribwit (DLT), jew b’mod indipendenti permezz ta’ kanali ta’ komunikazzjoni differenti – inkluż permezz ta’ komunikazzjoni diretta bejn is - CASP, l - interfaċċi għall - ipprogrammar tal - applikazzjonijiet (API), soluzzjoni tal - kodiċi li taħdem fuq il - blockchain u soluzzjonijiet oħra ta’ partijiet terzi; u
- b) jittrażmettu l - informazzjoni meħtieġa immedjatament u b’mod sigur u mhux aktar tard mill - bidu tat - tranżazzjoni blockchain.
|
|
26. Meta jagħżlu s - sistema/i ta’ messaġġi jew ta’ pagament u ta’ saldu, is - CASP u l - ICASP …
|
Meta jagħżlu s - sistema/i ta’ messaġġi jew ta’ pagament u ta’ saldu, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jieħdu miżuri proporzjonati u sensittivi għar - riskju biex jivvalutaw: - a) il- kapaċità tas - sistema biex tikkomunika ma’ sistemi ewlenin interni oħra u mas - sistemi ta’ messaġġi jew ta’ pagament u ta’ saldu tal - kontroparti ta’ trasferiment, u l - kompatibbiltà tagħha ma’ networks oħra tal - blockchain;
- b) l- aċċessibbiltà tal - protokoll (jiġifieri d - diversità u l - preċiżjoni tal - kontropartijiet li jistgħu jintlaħqu bl - użu tal - protokoll – soġġett għall - valutazzjoni tad - diliġenza dovuta proprja tas - CASP – u r- rata ta’ trasferimenti li jintbagħtu b’suċċess lill - benefiċjarju maħsub jew riċevuti mill - oriġinatur);
- c) kif is - sistema tippermetti lis - CASP jew l - ICASP jidentifika trasferiment b’informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta;
- d) il- kapaċitajiet tal - integrazzjoni tad - data , is- sigurtà tad - data u l- affidabbiltà tad - data tas- sistema.
4.3.2. Intermedjazzjoni multipla u trasferimenti transfruntiera Trasferiment ta’ fondi
|
|
27. Il- PSP u l - IPSP li jippermettu l- eżekuzzjoni ta’ trasferimenti b’żewġ IPSP jew PSP jew …
|
Il- PSP u l - IPSP li jippermettu l- eżekuzzjoni ta’ trasferimenti b’żewġ IPSP jew PSP jew aktar fuq bażi transfruntiera jenħtieġ li jiddeskrivu fil - politiki u l - proċeduri tagħhom kif l - informazzjoni dwar il- pagatur u l - prenditur tiġi trażmessa tul il -katina tat- trasferiment lill - PSP u lill - IPSP li jmiss fil -katina tat- trasferiment.
|
|
28. Għal trasferimenti li ma tqiegħdux f’lottijiet, il - PSP jew l - IPSP jenħtieġ li: a) …
|
Għal trasferimenti li ma tqiegħdux f’lottijiet, il - PSP jew l - IPSP jenħtieġ li: - a) jikkunsidra l-katina tat- trasferiment (minn tarf sa tarf) bħala waħda li tippreserva l - fluss ta’ informazzjoni dwar il - pagatur u l - prenditur oriġinali;
- b) meta t - trasferiment isir minn kanal transfruntier għal kanal domestiku, jagħżel is - sistema domestika li timmassimizza t - trasparenza tan - natura transfruntiera tat - trasferiment u jiżgura li l - informazzjoni dwar il - partijiet trażmessa lill - PSP li jmiss fil - katina tal- pagamenti tkun tista’ tinftiehem faċilment mill - PSP intermedjarji u/jew benefiċjarji kollha;
- c) f’każijiet ta’ dubju, jassumi li t - trasferiment huwa trasferiment transfruntier, li jirriżulta fl - użu ta’ kanali ta’ pagament xierqa li jistgħu jiffaċilitaw it - trażmissjoni meħtieġa tal - informazzjoni.
|
|
29. L- IPSP huma responsabbli biss biex jgħaddu mill - messaġġ tal - pagament bl - użu tad - data …
|
L- IPSP huma responsabbli biss biex jgħaddu mill - messaġġ tal - pagament bl - użu tad - data li jkunu ġew ipprovduti mill - PSP/IPSP preċedenti fil - katina ta’ trasferiment, soġġett għall - verifika speċifika meħtieġa mill - Artikoli 10 sa 13 tar - Regolament (UE) 2023/1113.
|
|
30. Il- PSP u l - IPSP jenħtieġ li ma jipproċessawx trasferiment mill - pagatur lill - prenditur …
|
Il- PSP u l - IPSP jenħtieġ li ma jipproċessawx trasferiment mill - pagatur lill - prenditur bħala moviment ta’ likwidità jew saldu fil - kont proprju tal - PSP u tal - IPSP. Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi
|
|
31. Meta l - intermedjarju ma jirċevix l - informazzjoni meħtieġa relatata ma’ trasferiment, b’mod …
|
Meta l - intermedjarju ma jirċevix l - informazzjoni meħtieġa relatata ma’ trasferiment, b’mod partikolari fil - każ ta’ trasferimenti f’lottijiet, jenħtieġ li l - IPSP jew l - ICASP jikseb l - informazzjoni nieqsa permezz ta’ mekkaniżmu ta’ kanali alternattivi, inklużi metodi bħal APIs u soluzzjonijiet ta’ partijiet terzi, biex jikkonforma mar - rekwiżiti stabbiliti fir - Regolament (UE) 2023/1113.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|