+4.2 Proporzjonalità, frekwenza u format
---+16. Sabiex tiġi żgurata l -applikazzjoni proporzjonali tal- Linji Gwida, l -awtoritajiet kompetenti …
---+17. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lill - emittenti b’valur tal - ħruġ ta’ inqas …
---+18. L- emittenti għandhom jissottomettu l -informazzjoni stabbilita fil- paragrafi 10, 11, 12 u 13 …
---+19. Għall - finijiet ta’ rapportar skont il - paragrafu 15, l - informazzjoni inkluża fil - …
---+20. L- ewwel data ta’ referenza għar -rapportar tal- informazzjoni inkluża fil - mudelli S 09.01 u …
---+21. L-ewwel data ta’ referenza għar -rapportar tal- informazzjoni inkluża fil - mudelli S 01.00, S …
---+22. Permezz ta’ deroga mill - paragrafu 18, id - data ta’ rimessa għas -sottomissjoni tal-mudelli …
---+23. L- aħħar data ta’ referenza għandha tkun dik li tikkorrispondi għat -tielet trimestru …
---+24. L- emittenti għandhom jissottomettu l - informazzjoni msemmija f’dawn il -Linji Gwida …

4.2 Proporzjonalità, frekwenza u format

4.2 Proporzjonalità, frekwenza u format

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
16. Sabiex tiġi żgurata l -applikazzjoni proporzjonali tal- Linji Gwida, l -awtoritajiet kompetenti …

Sabiex tiġi żgurata l -applikazzjoni proporzjonali tal- Linji Gwida, l -awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l -informazzjoni stabbilita fil- mudelli S 01.00, S 02.00, S 03.01, S 03.02, S 04.01, S 04.02, S 04.03 u S 04.04 tal -Anness I tar- Regolament ta’ Impl imentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2902 minn emittenti ta’ EMTs denominati f’munita li hija munita uffiċjali ta’ Stat Membru, u fil - mudelli S 03.03, S 10.01, S 10.02 u S 10.03 tal - Anness I ta’ dawn il- Linji Gwida minn emittenti ta’ ARTs u EMTs b’valur tal- ħruġ ogħla minn EUR 100 000 000.

17. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lill - emittenti b’valur tal - ħruġ ta’ inqas …

L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lill - emittenti b’valur tal - ħruġ ta’ inqas minn EUR 100 000 000 jirrapportaw id- data inkluża fil -mudelli msemmija fil- paragrafu preċedenti. F’każijiet bħal dawn, l - emittenti għandhom jużaw l -istess mudelli u struzzjonijiet kif stabbilit fl- Annessi I u II ta’ dawn il -Linji Gwida u l-Annessi I u II tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Ku mmissjoni (UE) 2024/2902.

18. L- emittenti għandhom jissottomettu l -informazzjoni stabbilita fil- paragrafi 10, 11, 12 u 13 …

L- emittenti għandhom jissottomettu l -informazzjoni stabbilita fil- paragrafi 10, 11, 12 u 13 ta’ dawn il - Linji Gwida fuq bażi trimestrali, fid - dati ta’ referenza u ta’ rimessa li ġejjin:

  • a. id- dati ta’ referenza tar - rapportar ta’ kull tliet xhur: il - 31 ta’ Marzu, it - 30 ta’ Ġunju, it - 30 ta’ Settembru u l - 31 ta’ Diċembru;
  • b. id- dati ta’ rimessa ta’ rapportar ta’ kull tliet xhur: it - 12 ta’ Mejju, il - 11 ta’ Awwissu, il - 11 ta’ Novembru u l - 11 ta’ Frar.
19. Għall - finijiet ta’ rapportar skont il - paragrafu 15, l - informazzjoni inkluża fil - …

Għall - finijiet ta’ rapportar skont il - paragrafu 15, l - informazzjoni inkluża fil - paragrafi 10, 11, 12 u 13 ta’ dawn il - Linji Gwida se tiġi sottomessa lill - EBA fuq bażi trimestrali, fl -istess dati ta’ referenza u ta’ rimessa kif stabbilit fil - paragrafu preċe denti.

20. L- ewwel data ta’ referenza għar -rapportar tal- informazzjoni inkluża fil - mudelli S 09.01 u …

L- ewwel data ta’ referenza għar -rapportar tal- informazzjoni inkluża fil - mudelli S 09.01 u S 09.02 tal- Anness I għandha tkun it - 30 ta’ Ġunju 2025.

21. L-ewwel data ta’ referenza għar -rapportar tal- informazzjoni inkluża fil - mudelli S 01.00, S …

L-ewwel data ta’ referenza għar -rapportar tal- informazzjoni inkluża fil - mudelli S 01.00, S 03.01, S 02.00, S 03.02, S 04.01, S 04.02, S 04.03 u S 04.04 tal -Anness I tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal- Kummissjoni (UE) 2024/2902 għall - emittenti ta’ EMTs denominati f ’munita li hija munita uffiċjali ta’ Stat Membru, u fil - mudelli S 03.03, S 10.01, S 10.02 u S 10.03 tal- Anness I ta’ dawn il - Linji Gwida għall - emittenti ta’ ARTs u EMTs, għandha tkun dik li tikkorrispondi għat - trimestru li fih il -valur tal- ħruġ tal -ART jew tal- EMT ikun ogħla mil -livell limitu msemmi fil- paragrafu 16 jew li fih l -awtorità kompetenti tkun talbet lill-emittenti jirrapportaw din l-informazzjoni.

22. Permezz ta’ deroga mill - paragrafu 18, id - data ta’ rimessa għas -sottomissjoni tal-mudelli …

Permezz ta’ deroga mill - paragrafu 18, id - data ta’ rimessa għas -sottomissjoni tal-mudelli bid- data ta’ referenza tat - 30 ta’ Ġunju 2025 għandha tkun l - 1 ta’ Settembru 2025.

23. L- aħħar data ta’ referenza għandha tkun dik li tikkorrispondi għat -tielet trimestru …

L- aħħar data ta’ referenza għandha tkun dik li tikkorrispondi għat -tielet trimestru konsekuttiv li fih il -valur tal- ħruġ tat - token irreferenzjat ma’ assi jkun aktar baxx mil -livell limitu msemmi fil- paragrafu 16.

24. L- emittenti għandhom jissottomettu l - informazzjoni msemmija f’dawn il -Linji Gwida …

L- emittenti għandhom jissottomettu l - informazzjoni msemmija f’dawn il -Linji Gwida fil-formati u r- rappreżentazzjonijiet tal -iskambju tad- data speċifikati mill -awtoritajiet kompetenti, u f’konformità mad -definizzjoni tal- punt ta’ data inkluża fil -mudell tal- punt ta’ data u l- formuli ta’ validazzjoni speċifikati fl - Anness V, kif ukoll l - ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

  • a. Informazzjoni li mhux meħtieġa jew mhux applikabbli ma għandhiex tiġi inkluża f’sottomissjoni ta’ data .
  • b. Il- valuri numeriċi għandhom jiġu sottomessi bħala fatti skont dan li ġej:
i.il- punti ta’ data bit- tip ta’ data “Monetarja” għandhom jiġu rrapportati bl- użu ta’ preċiżjoni minima ekwivalenti għal għaxart elef ta’ unitajiet;
ii.punti ta’ data bit- tip ta’ data “Integer” għandhom jiġu rapportati mingħajr deċimali u bi preċiżjoni ekwivalenti għal unitajiet.
  • c. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l - emittenti ta’ ARTs u EMTs jassoċjaw id - data sottomessa f’konformità ma’ dawn il -Linji Gwida mal-informazzjoni elenkata u speċifikata fil - paragrafu 8 tal -Anness II.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/