+32. Fir- rigward tal - valutazzjoni tar - riskji ambjentali fil - livell tal - iskoperturi, il - …
|
32. Fir- rigward tal - valutazzjoni tar - riskji ambjentali fil - livell tal - iskoperturi, il - …
Fir- rigward tal - valutazzjoni tar - riskji ambjentali fil - livell tal - iskoperturi, il - proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jinkludu sett ta’ fatturi u kriterji tar - riskju li jkopru kemm il - motivaturi tar - riskji fiżiċi kif ukoll dawk ta’ tranżizzjoni. Għal istituzzjonijiet kbar, dan jinkludi, fejn applikabbli, mill - inqas dan li ġej: - a) il- grad ta’ vulnerabbiltà għal perikli ambjentali, filwaqt li titqies il - pożizzjoni ġeografika tal - assi ewlenin tal - kontropartijiet u tal - garanti, jew tal - kollateral fiżiku li jappoġġja l - iskoperturi, filwaqt li jitqiesu kemm l - iskoperturi li jidhru fuq il - karta tal - bilanċ kif ukoll dawk li ma jidhrux fuq il - karta tal - bilanċ;
- b) il- grad ta’ vulnerabbiltà għar - riskji ta’ tranżizzjoni, filwaqt li jitqiesu l - iżviluppi teknoloġiċi rilevanti, l - impatt tar - regolamenti ambjentali applikabbli jew futuri li jaffettwaw is - settur tal - attività tal - kontroparti, l - emissjonijiet attwali u jekk ikun hemm xi emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil - mira f’valur assolut u, fejn rilevanti, ta’ intensità tal - kontroparti, l - impatt tal - preferenzi li qed jevolvu tas - suq, u l - livell ta’ effiċjenza enerġetika fil - każ ta’ skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali flimkien mal - kapaċità tas - servizz tad - dejn tal - kontropartijiet;
- c) l- iskopertura tal - mudell tan - negozju tal - kontroparti u/jew tal - katina tal - provvista għal tfixkil kritiku minħabba fatturi ambjentali bħall - impatt tat - telf tal - bijodiversità, l - istress idriku jew it - tniġġis;
- d) l- iskopertura tal - kontroparti għal riskji reputazzjonali u ta’ litigazzjoni b’kont meħud ta’ każijiet ta’ litigazzjoni kompluti, pendenti jew imminenti relatati ma’ kwistjonijiet ambjentali;
- e) l- istruttura ta’ maturità jew ta’ terminu (ippjanata) tal - iskopertura jew tal - assi;
- f) fatturi ta’ mitigazzjoni tar - riskju, bħal kopertura tal - assigurazzjoni privata jew pubblika, pereżempju bbażata fuq skemi ta’ katastrofi nazzjonali applikabbli jew oqfsa simili, u l - kapaċità tal - kontroparti li tiżgura reżiljenza għat - tranżizzjoni u riskji fiżiċi inkluż permezz ta’ ppjanar ta’ tranżizzjoni li jħares ’il quddiem.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|