+4.2 Identifikazzjoni u kejl tar - riskji tal -ESG
---+18. Bħala parti mill - istandards minimi biex jiġu identifikati u mkejla r - riskji tal - ESG, il - …
---+19. Sabiex jiżguraw identifikazzjoni u ġestjoni xierqa tar - riskji tal - ESG, l - istituzzjonijiet …
---+20. Fir- rigward tar - riskji ambjentali, il - proċeduri u l - metodoloġiji interni għandhom …
---+21. Fir- rigward tar - riskji soċjali u ta’ governanza, fejn inizjalment ikun hemm nuqqas ta’ …
---+22. Fir- rigward tal - interazzjonijiet bejn il - kategoriji differenti ta’ riskji ambjentali …
---+23. Il- proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jipprevedu l - implimentazzjoni ta’ …
---+24. Il- proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - istituzzjonijiet jiġbru u …
---+25. Il- proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jibnu fuq data tal - ESG disponibbli kemm …
---+26. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw liema sorsi oħra ta’ data jappoġġjaw b’mod effettiv il …
---+27. Meta l - kwalità jew id- disponibbiltà tad - data inizjalment ma tkunx biżżejjed biex …
---+28. Għal kontropartijiet korporattivi kbar kif definiti mill - Artikolu 3(4) tad - Direttiva …
---+29. Għal skoperturi lejn tipi oħra ta’ kontropartijiet għajr korporazzjonijiet kbar, l - …
---+30. Il- proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu għal taħlita ta’ metodoloġiji …
---+31. F’livell ibbażat fuq l - iskoperturi, f’konformità mad - dispożizzjonijiet fil - paragrafi 126 …
---+32. Fir- rigward tal - valutazzjoni tar - riskji ambjentali fil - livell tal - iskoperturi, il - …
---+33. Meta d - data meħtieġa għall - valutazzjoni ta’ ċerti kriterji tkun għadha mhux disponibbli …
---+34. Fir- rigward tal - valutazzjoni tar - riskji soċjali u ta’ governanza fil - livell tal - …
---+35. Il- proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jipprevedu metodoloġiji bbażati fuq is - …
---+36. Fir- rigward tal - fatturi tal - ESG mhux relatati mal - klima, l - istituzzjonijiet il - kbar …
---+37. Fir- rigward tar - riskji relatati mal - klima, il - proċeduri interni tal - istituzzjonijiet …
---+38. Għall - finijiet tal - paragrafu 37, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw xenarji li huma …
---+39. Għall - finijiet tal - paragrafu 37, l - istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il - kamp ta’ …
---+40. L- istituzzjonijiet għandhom jiġġustifikaw u jiddokumentaw l - għażliet metodoloġiċi tagħhom …
---+41. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - għarfien miksub minn metodoloġiji ta’ allinjament …
---+42. Minbarra l - metodi bbażati fuq l - iskoperturi, is - setturi, il - portafolli u ta’ …

4.2 Identifikazzjoni u kejl tar - riskji tal -ESG

4.2.1. Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
18. Bħala parti mill - istandards minimi biex jiġu identifikati u mkejla r - riskji tal - ESG, il - …

Bħala parti mill - istandards minimi biex jiġu identifikati u mkejla r - riskji tal - ESG, il - proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jinkludu għodod u metodoloġiji biex jivvalutaw il - motivaturi tar - riskji tal - ESG u l - kanali ta’ trażmissjoni tagħhom fil - kategoriji tar - riskji prudenzjali u l - metriċi tar - riskji finanzjarju differenti li jaffettwaw l - iskoperturi tal - istituzzjoni, inkluż b’perspettiva li tħares ’il quddiem.

19. Sabiex jiżguraw identifikazzjoni u ġestjoni xierqa tar - riskji tal - ESG, l - istituzzjonijiet …

Sabiex jiżguraw identifikazzjoni u ġestjoni xierqa tar - riskji tal - ESG, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - impatt potenzjali ta’ dawn ir - riskji fuq terminu qasir, medju u fit - tul. Il - livell ta’ granularità u preċiżjoni tal - punti tad - data , l - għodod tal - kwantifikazzjoni, il - metodi u l - indikaturi użati mill - istituzzjonijiet għandhom iqisu l - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom, id - daqs u l - kumplessità tagħhom u ġeneralment ikunu ogħla għal terminu qasir u medju. Perjodi ta’ żmien fit - tul għandhom tal -an qas jiġu kkunsidrati minn perspettiva kwalitattiva u jappoġġjaw valutazzjonijiet strateġiċi u teħid ta’ deċiżjonijiet.

20. Fir- rigward tar - riskji ambjentali, il - proċeduri u l - metodoloġiji interni għandhom …

Fir- rigward tar - riskji ambjentali, il - proċeduri u l - metodoloġiji interni għandhom jippermettu lill- istituzzjonijiet:

  • a. jikkwantifikaw ir - riskji relatati mal - klima, pereżempju billi jagħmlu stima tal - probabbiltajiet ta’ materjalizzazzjoni u tad - daqs tal - impatti finanzjarji li jirriżultaw minn fatturi relatati mal - klima;
  • b. jifhmu kif xieraq ir - riskji finanzjarji li jistgħu jirriżultaw minn tipi oħra ta’ riskji ambjentali, bħal dawk li jirriżultaw mid - degradazzjoni tan - natura, inkluż it - telf tal - bijodiversità u t - telf tas - servizzi tal - ekosistema, jew l - allinjament ħażin tal -a ttivitajiet ma’ azzjonijiet immirati lejn il - protezzjoni, ir - restawr u/jew it - tnaqqis tal - impatti negattivi fuq in - natura;
  • c. jistabbilixxu indikaturi ewlenin tar - riskji li jkopru mill - inqas perjodi ta’ żmien fuq perjodu ta’ żmien qasir u medju u kamp ta’ applikazzjoni determinat ta’ skoperturi u portafolli f’konformità mar - riżultati tal - valutazzjoni tal - materjalità.
21. Fir- rigward tar - riskji soċjali u ta’ governanza, fejn inizjalment ikun hemm nuqqas ta’ …

Fir- rigward tar - riskji soċjali u ta’ governanza, fejn inizjalment ikun hemm nuqqas ta’ informazzjoni kwantitattiva, il - proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jipprevedu metodi li jibdew billi jivvalutaw b’mod kwalitattiv l - impatti potenzjali ta’ d awn ir- riskji fuq l - operazzjonijiet tal - istituzzjoni, u r - riskji finanzjarji li din l - istituzzjoni tiffaċċja, u għandhom jiżviluppaw progressivament miżuri kwalitattivi u kwantitattivi aktar avvanzati. L - istituzzjonijiet għandhom itejbu gradwalment l - approċċi tagħhom f’konformità mar - regolamentazzjoni, ix - xjenza, id - disponibbiltà tad - data u l - progress metodoloġiku.

22. Fir- rigward tal - interazzjonijiet bejn il - kategoriji differenti ta’ riskji ambjentali …

Fir- rigward tal - interazzjonijiet bejn il - kategoriji differenti ta’ riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza b’mod rispettiv, il - proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li kull kategorija ta’ riskju tiġi vvalutata l - ewwel filwaqt li jitqiesu l - karatteristiċi speċifiċi tagħha, qabel ma jiġu kkunsidrati l - interkonnessjonijiet u l - interdipendenzi potenzjali fil - kejl ta’ dawn ir- riskji.

4.2.2. Proċessi tad - data

23. Il- proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jipprevedu l - implimentazzjoni ta’ …

Il- proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jipprevedu l - implimentazzjoni ta’ sistemi sodi ta’ ġestjoni tal - informazzjoni biex jidentifikaw, jiġbru, jistrutturaw u janalizzaw id - data li hija meħtieġa biex jappoġġjaw il - valutazzjoni, il - ġestjoni u l - monitoraġġ tar - riskji tal -ESG. Tali sistemi għandhom jiġu implimentati fl - istituzzjoni kollha bħala parti mill - governanza ġenerali tad - data u mill - infrastruttura tal -IT. L- istituzzjonijiet għandhom jirrevedu regolarment il - prattiki tagħhom biex jiżguraw li jibqgħu aġġornati mal - pubbliku (eż. disponibbiltà akbar ta’ data minħabba inizjattivi regolatorji) u żviluppi tas - suq u għandu jkollhom fis - seħħ arranġamenti biex jivvalutaw u jtejbu l - kwalità tad - data .

24. Il- proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - istituzzjonijiet jiġbru u …

Il- proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - istituzzjonijiet jiġbru u jużaw l - informazzjoni meħtieġa biex jivvalutaw, jimmaniġġjaw u jimmonitorjaw ir - riskji attwali u prospettivi tal - ESG li jistgħu jkunu esposti għalihom permezz tal - kontropartijiet tagħhom, billi jimmiraw li jiġbru data mill- klijenti u mill - assi f’livell granulari xieraq.

25. Il- proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jibnu fuq data tal - ESG disponibbli kemm …

Il- proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jibnu fuq data tal - ESG disponibbli kemm internament kif ukoll esternament, inkluż billi jirrieżaminaw u jużaw regolarment l - informazzjoni dwar is - sostenibbiltà divulgata mill - kontropartijiet tagħhom, b’mod partikolari f’konformità mal - Istandards Ewropej ta’ Rapportar dwar is - Sostenibbiltà żviluppati skont id - Direttiva 2013/34/UE jew l - istandard ta’ rapportar volontarju għal Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju (SMEs) mhux elenkati skont il - Komunikazzjoni COM(2 023)535 dwar il- pakkett ta’ għajnuna għall - SMEs9 .


9 COM (2023) 535 - Il- Komunikazzjoni mill - Kummissjoni lill - Parlament Ewropew, lill - Kunsill, lill - Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill - Kumitat tar - Reġjuni - Pakkett ta’ Għajnuna għall - SMEs

26. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw liema sorsi oħra ta’ data jappoġġjaw b’mod effettiv il …

L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw liema sorsi oħra ta’ data jappoġġjaw b’mod effettiv il - valutazzjoni, il - ġestjoni u l - monitoraġġ tar - riskji tal - ESG, bħall - informazzjoni miksuba permezz ta’ involviment mal - klijenti u l - kontropartijiet bħala parti minn relazzjonijiet ta’ negozju ġodda u eżistenti, jew data ta’ partijiet terzi. Meta l - istituzzjonijiet jużaw servizzi ta’ fornituri terzi biex jiksbu aċċess għad - data tal - ESG, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkollhom fehim suffiċjenti tas - sorsi, tad - data u tal - metodoloġiji użati mill - fornituri tad - data , inklużi l - limitazzjonijiet potenzjali tagħhom.

27. Meta l - kwalità jew id- disponibbiltà tad - data inizjalment ma tkunx biżżejjed biex …

Meta l - kwalità jew id- disponibbiltà tad - data inizjalment ma tkunx biżżejjed biex tissodisfa l - ħtiġijiet tal - ġestjoni tar - riskji, l - istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw dawn id - diskrepanzi u l - impatti potenzjali tagħhom. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu u jiddokumentaw azzjonijiet ta’ rimedju, inkluż l - użu ta’ stimi jew indikaturi, eż. ibbażati fuq karatteristiċi fil - livell settorjali u/jew reġjonali u, meta fattibbli, jagħmlu aġġustamenti biex iqisu aspetti speċifiċi għall - kontropartijiet. L - istituzzjonijiet għandhom ifittxu li jnaqqsu l - użu ta’ stimi u indikaturi maż - żmien hekk kif id - disponibbiltà u l - kwalità tad - data tal - ESG jitjiebu.

28. Għal kontropartijiet korporattivi kbar kif definiti mill - Artikolu 3(4) tad - Direttiva …

Għal kontropartijiet korporattivi kbar kif definiti mill - Artikolu 3(4) tad - Direttiva 2013/34/UE, l- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw li jiġbru jew jiksbu l - punti ta’ data li ġejjin, fejn applikabbli:

  • a. Għar - riskji ambjentali:
  • i. il- pożizzjoni ġeografika tal - assi ewlenin (eż. siti tal - produzzjoni) u l - esponiment għall - perikli ambjentali (eż. perikli relatati mat - temperatura, mar - riħ, mal - ilma u mal - massa solida) fil - livell ta’ granularità meħtieġ għal analiżi tar - riskju fiżiku xierqa, u d - disponibbiltà tal - assigurazzjoni;
  • ii. l- emissjonijiet attwali u, jekk disponibbli, l - ambiti 1, 2 u 3 immirati tal - emissjonijiet tal - gassijiet serra (GHG) f’valur assolut u, fejn rilevanti, f’valur ta’ intensità;
  • iii. id- dipendenza fuq il - fjuwils fossili, jew f’termini ta’ kontributi ta’ fatturi ekonomiċi jew bażi ta’ dħul;
  • iv. id- domanda u/jew il - konsum tal - enerġija u tal - ilma, f’termini ta’ kontributi ta’ fatturi ekonomiċi jew bażi ta’ dħul;
  • v. il- livell ta’ effiċjenza enerġetika għall - iskoperturi tal - proprjetà immobbli u l - kapaċità tas - servizzi tad - dejn tal - kontroparti;
  • vi. l- effetti finanzjarji attwali u antiċipati tar - riskji u l - opportunitajiet ambjentali fuq il - pożizzjoni finanzjarja, il - prestazzjoni finanzjarja u l - flussi tal - flus tal - kontroparti;
  • vii. il- pjanijiet strateġiċi relatati mat - tranżizzjoni, inkluż pjan ta’ tranżizzjoni għall - mitigazzjoni tat - tibdil fil - klima divulgat f’konformità mal - Artikolu 19a jew l - Artikolu 29a tad - Direttiva (UE) 2022/2464, meta disponibbli;
  • b. Għar - riskji soċjali u ta’ governanza:
  • i. l- allinjament mal - Linji Gwida tal - OECD għall - Intrapriżi Multinazzjonali, il - Prinċipji Gwida tan - NU dwar in - Negozju u d - Drittijiet tal - Bniedem u d - Dikjarazzjoni tal - Organizzazzjoni Internazzjonali tax - Xogħol dwar il - Prinċipji u d - Drittijiet Fundamentali fuq il- Post tax - Xogħol;
  • ii. l- impatti materjali negattivi fuq il - ħaddiema proprji, il - ħaddiema fil - katina tal - valur, il - komunitajiet affettwati u l - konsumaturi/l - utenti finali inkluża informazzjoni dwar l - isforzi jew il - proċessi ta’ diliġenza dovuta biex jiġu evitati u rimedjati tali impatti.
29. Għal skoperturi lejn tipi oħra ta’ kontropartijiet għajr korporazzjonijiet kbar, l - …

Għal skoperturi lejn tipi oħra ta’ kontropartijiet għajr korporazzjonijiet kbar, l - istituzzjonijiet għandhom:

  • a. jiddeterminaw il - punti tad - data meħtieġa biex jidentifikaw, ikejlu u jimmaniġġjaw ir- riskji tal - ESG, filwaqt li jikkunsidraw il - lista pprovduta fil - paragrafu 28 biex jappoġġjaw dik il - valutazzjoni;
  • b. fejn meħtieġ biex jiġu indirizzati lakuni fid - data , jużaw ġudizzju espert, data kwalitattiva, valutazzjonijiet fil - livell tal - portafoll u indikaturi f’konformità mal - paragrafu 27.

4.2.3. Karatteristiċi ewlenin tal - metodoloġiji ta’ referenza għall - identifikazzjoni u l - kejl tar - riskji tal -ESG

30. Il- proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu għal taħlita ta’ metodoloġiji …

Il- proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu għal taħlita ta’ metodoloġiji għall - valutazzjoni tar - riskji, inklużi metodoloġiji bbażati fuq l - iskoperturi, is - setturi, il - portafolli u x - xenarji, kif stabbilit fil - paragrafi 31 sa 42. Il - kombinazzjoni ta’ metodoloġiji għandha tinġabar flimkien b’mod li tippermetti lill - istituzzjonijiet jivvalutaw b’mod komprensiv ir - riskji tal -ESG matul il - perjodi ta’ żmien rilevanti kollha. B’mod partikolari, l - istituzzjonijiet għandhom tal - anqas jużaw metodi bbażati fuq l - iskopertura sabiex jiksbu perspettiva fuq terminu ta’ żmien qasir dwar kif ir - riskji tal - ESG qed ikollhom impatt fuq il - profil tar - riskju u l - profittabbiltà tal - kontropartijiet tagħhom, jużaw metodi bbażati fuq is - setturi, il - portafolli u x - xenarjii biex jappoġġjaw il - proċess ta’ ppjanar fuq terminu medju u d - definizzjoni tal - limiti tar - riskji u tal - aptit għar - riskju biex jidderieġu lill - istituzzjoni lejn l - objettivi strateġiċi tagħha, u jivvalutaw permezz ta’ metodi bbażati fuq ix - xenarji s - sensittivitajiet tagħhom għar - riskji tal -ESG f’perjodi ta’ żmien differenti inklużi dawk fuq terminu twil.

  • a. Metodi bbażati fuq l - iskoperturi
31. F’livell ibbażat fuq l - iskoperturi, f’konformità mad - dispożizzjonijiet fil - paragrafi 126 …

F’livell ibbażat fuq l - iskoperturi, f’konformità mad - dispożizzjonijiet fil - paragrafi 126 u 146 tal - Linji Gwida tal -EBA dwar l- oriġinazzjoni u l - monitoraġġ tas - self, l - istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri interni fis - seħħ ħalli jivvalutaw l - iskopertura tal - attivitajiet u tal - assi ewlenin tal - kontropartijiet tagħhom għall - fatturi tal -E SG, b’mod partikolari l - fatturi ambjentali u l - impatt tat - tibdil fil - klima, u l - adegwatezza tal - azzjonijiet ta’ mitigazzjoni. Għal dan il- għan, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - fatturi tal - ESG, b’mod partikolari l - fatturi ambjentali, ikunu riflessi kif xieraq fil - proċeduri ta’ klassifikazzjoni tar - riskju intern tagħhom, jitqiesu fil - valutazzjoni ġenerali tar - riskju ta’ kreditu ta’ mutwatarju u, fejn iġġustifikat mi ll-materjalità tagħhom, ikunu inkorporati fl - indikaturi tar - riskju, fis - sistema interna ta’ evalwazzjoni ta’ kreditu jew fil - mudelli ta’ klassifikazzjoni, kif ukoll fil - valutazzjoni tal - kollateral.

32. Fir- rigward tal - valutazzjoni tar - riskji ambjentali fil - livell tal - iskoperturi, il - …

Fir- rigward tal - valutazzjoni tar - riskji ambjentali fil - livell tal - iskoperturi, il - proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jinkludu sett ta’ fatturi u kriterji tar - riskju li jkopru kemm il - motivaturi tar - riskji fiżiċi kif ukoll dawk ta’ tranżizzjoni. Għal istituzzjonijiet kbar, dan jinkludi, fejn applikabbli, mill - inqas dan li ġej:

  • a) il- grad ta’ vulnerabbiltà għal perikli ambjentali, filwaqt li titqies il - pożizzjoni ġeografika tal - assi ewlenin tal - kontropartijiet u tal - garanti, jew tal - kollateral fiżiku li jappoġġja l - iskoperturi, filwaqt li jitqiesu kemm l - iskoperturi li jidhru fuq il - karta tal - bilanċ kif ukoll dawk li ma jidhrux fuq il - karta tal - bilanċ;
  • b) il- grad ta’ vulnerabbiltà għar - riskji ta’ tranżizzjoni, filwaqt li jitqiesu l - iżviluppi teknoloġiċi rilevanti, l - impatt tar - regolamenti ambjentali applikabbli jew futuri li jaffettwaw is - settur tal - attività tal - kontroparti, l - emissjonijiet attwali u jekk ikun hemm xi emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil - mira f’valur assolut u, fejn rilevanti, ta’ intensità tal - kontroparti, l - impatt tal - preferenzi li qed jevolvu tas - suq, u l - livell ta’ effiċjenza enerġetika fil - każ ta’ skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali flimkien mal - kapaċità tas - servizz tad - dejn tal - kontropartijiet;
  • c) l- iskopertura tal - mudell tan - negozju tal - kontroparti u/jew tal - katina tal - provvista għal tfixkil kritiku minħabba fatturi ambjentali bħall - impatt tat - telf tal - bijodiversità, l - istress idriku jew it - tniġġis;
  • d) l- iskopertura tal - kontroparti għal riskji reputazzjonali u ta’ litigazzjoni b’kont meħud ta’ każijiet ta’ litigazzjoni kompluti, pendenti jew imminenti relatati ma’ kwistjonijiet ambjentali;
  • e) l- istruttura ta’ maturità jew ta’ terminu (ippjanata) tal - iskopertura jew tal - assi;
  • f) fatturi ta’ mitigazzjoni tar - riskju, bħal kopertura tal - assigurazzjoni privata jew pubblika, pereżempju bbażata fuq skemi ta’ katastrofi nazzjonali applikabbli jew oqfsa simili, u l - kapaċità tal - kontroparti li tiżgura reżiljenza għat - tranżizzjoni u riskji fiżiċi inkluż permezz ta’ ppjanar ta’ tranżizzjoni li jħares ’il quddiem.
33. Meta d - data meħtieġa għall - valutazzjoni ta’ ċerti kriterji tkun għadha mhux disponibbli …

Meta d - data meħtieġa għall - valutazzjoni ta’ ċerti kriterji tkun għadha mhux disponibbli, bħal fil - każ ta’ kontropartijiet korporattivi iżgħar, l - istituzzjonijiet għandhom isegwu l - passi deskritti fil - paragrafi 26, 27 u 29.

34. Fir- rigward tal - valutazzjoni tar - riskji soċjali u ta’ governanza fil - livell tal - …

Fir- rigward tal - valutazzjoni tar - riskji soċjali u ta’ governanza fil - livell tal - iskopertura, l - istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi ta’ diliġenza dovuta bil - ħsieb li jivvalutaw l - impatti finanzjarji li jirriżultaw minn fatturi soċjali u ta’ governanza, u l - vulnerabbiltà tal - mudell kummerċjali tal - kontropartijiet għal fatturi soċjali u ta’ governanza, filwaqt li jqisu l - aderenza tal - kontropartijiet korporattivi mal - istandards soċjali u ta’ governanza bħal dawk imsemmija fil - paragrafu 28b(i), l - iskopertura tal - kontroparti għar - riskju ta’ litigazzjoni xprunat minn kwistjonijiet soċjali jew ta’ governanza, kif ukoll il - leġiżlazzjoni applikabbli fil - ġuriżdizzjoni fejn topera l - kontroparti.

  • b. Metodi bbażati fuq is - setturi u fuq il - portafolli u għall - allinjament tal - portafolli
35. Il- proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jipprevedu metodoloġiji bbażati fuq is - …

Il- proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jipprevedu metodoloġiji bbażati fuq is - setturi u fuq il - portafolli, b’mod partikolari mapep termiċi li jenfasizzaw ir - riskji tal - ESG tas - setturi (sottosetturi) ekonomiċi individwali f’ċart jew fuq sistema ta’ skalar kif imsemmi fil - paragrafi 127 u 149 tal - Linji Gwida tal -EBA dwar l- oriġinazzjoni u l - monitoraġġ tas - self. Il - metodoloġiji tal - istituzzjonijiet għandhom jippermettu l - immappjar tal - portafolli tagħhom skont il - motivaturi tar - riskji tal - ESG u jidentifikaw kwalunkwe konċentrazzjoni lejn tip wieħed jew aktar ta’ riskji tal -ESG.

36. Fir- rigward tal - fatturi tal - ESG mhux relatati mal - klima, l - istituzzjonijiet il - kbar …

Fir- rigward tal - fatturi tal - ESG mhux relatati mal - klima, l - istituzzjonijiet il - kbar għandhom jiżviluppaw:

  • a) metodi biex jidentifikaw setturi li huma dipendenti ħafna fuq, jew li għandhom impatt sinifikanti fuq, is - servizzi tal - ekosistema, u għodod biex ikejlu l - impatt finanzjarju tad - degradazzjoni tan - natura u azzjonijiet immirati biex jipproteġu, jirrestawraw u/jew inaqqsu l - impatti negattivi fuq in - natura;
  • b) approċċi biex ikejlu l - impatti pożittivi jew negattivi tal - portafolli tagħhom fuq il - kisba tal - Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan - NU u jevalwaw ir - riskji finanzjarji potenzjali relatati.
37. Fir- rigward tar - riskji relatati mal - klima, il - proċeduri interni tal - istituzzjonijiet …

Fir- rigward tar - riskji relatati mal - klima, il - proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jipprevedu l - użu ta’ mill - inqas metodoloġija waħda ta’ allinjament tal - portafoll biex jiġi vvalutat, fuq bażi settorjali, il - grad ta’ allinjament tal - portafolli t al- istituzzjoni mal - perkorsi relatati mal - klima u/jew max - xenarji ta’ referenza. L - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ukoll li jivvalutaw l - allinjament fil - livell tal - kontroparti eż. billi jqabblu l - intensità tal - emissjonijiet tal - gassijiet b’effett ta’ serra ta’ kontroparti partikolari ma’ parametru referenzjarju settorjali applikabbli.

38. Għall - finijiet tal - paragrafu 37, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw xenarji li huma …

Għall - finijiet tal - paragrafu 37, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw xenarji li huma bbażati fuq ix - xjenza, rilevanti għas - setturi tal - attività ekonomika u l- post ġeografiku tal - iskoperturi tagħhom, aġġornati u li joriġinaw minn organizzazzjonijiet nazzjonali, tal - UE jew internazzjonali bħal aġenziji ambjentali nazzjonali, Ċentru Konġunt tar - Riċerka tal - Kummissjoni tal - UE, l - Aġenzija Internazzjonali tal - Enerġija, in - Network għall - Ekoloġizzazzjoni tas - Sistema Finanzjarja, il - Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it - Tibdil fil -Klima. Il- perkorsi ta’ dekarbonizzazzjoni settorjali għandhom ikunu konsistenti mal - objettiv politiku applikabbli, bħall - objettiv tal - UE li tilħaq emissjonijiet netti żero ta’ gassijiet serra sal - 2050 u li tnaqqas l - emissjonijiet b’55% sal - 2030 meta mqabbla mal - livell tal - 1990, jew kwalunkwe objettiv nazzjonali fejn applikabbli.

39. Għall - finijiet tal - paragrafu 37, l - istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il - kamp ta’ …

Għall - finijiet tal - paragrafu 37, l - istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni xieraq tal - valutazzjonijiet tal - allinjament tal - portafoll u l - grad ta’ sofistikazzjoni tal - metodoloġiji użati abbażi tal - karatteristiċi tal - portafolli tagħhom, ir - riżultati tal - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom u d - daqs u l - kumplessità tagħhom. Istituzzjonijiet kbar b’titoli nnegozjati f’suq regolat fl - Unjoni għandhom iqisu l - lista ta’ setturi inklużi fil - Mudell 3 tal - Anness I tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2022/2453.10 L- SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar jistgħu jużaw kampjuni rappreżentattivi ta’ skoperturi fil - portafolli tagħhom biex iwettqu valutazzjonijiet ta’ allinjament tal - portafoll.


10 Ir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2022/2453 tat -30 ta’ Novembru 2022 li jemenda l - istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti fir - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637 fir - rigward tad - divulgazzjoni tar - riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ĠU L 324, 19.12.2022, p. 1.).

40. L- istituzzjonijiet għandhom jiġġustifikaw u jiddokumentaw l - għażliet metodoloġiċi tagħhom …

L- istituzzjonijiet għandhom jiġġustifikaw u jiddokumentaw l - għażliet metodoloġiċi tagħhom inkluż l - għażla ta’ xenarju(i) u s - sena bażi, l - għażla tas - setturi u, għall - SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar, l - identifikazzjoni ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ skoperturi, kif ukoll kwalunkwe bidla metodoloġika sinifikanti maż - żmien. Meta d - data meħtieġa biex jitkejjel l - allinjament tkun nieqsa, l - istituzzjonijiet għandhom isegwu l - passi stabbiliti fil - paragrafi 26, 27 u 29.

41. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - għarfien miksub minn metodoloġiji ta’ allinjament …

L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - għarfien miksub minn metodoloġiji ta’ allinjament tal - portafoll klimatiku biex:

  • a. jivvalutaw u jimmonitorjaw ir - riskji ta’ tranżizzjoni relatati mal - klima li jirriżultaw minn allinjamenti ħżiena tal - kontropartijiet u/jew tal - portafolli ma’ objettivi regolatorji tal - UE, tal - Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi u perkorsi konsistenti mal - għanijiet klimatiċi applikabbli, u r - riskji finanzjarji potenzjali relatati;
  • b. jinfurmaw il - proċess tat - teħid tad - deċiżjonijiet tagħhom dwar il - formulazzjoni u l - implimentazzjoni tal - aptit għar - riskju, l - istrateġija tan - negozju u l - ippjanar ta’ tranżizzjoni tagħhom inkluż dwar il - prijoritizzazzjoni tal - involviment ma’ ċerti kontropartijiet.
  • c. Metodi bbażati fuq ix - xenarji
42. Minbarra l - metodi bbażati fuq l - iskoperturi, is - setturi, il - portafolli u ta’ …

Minbarra l - metodi bbażati fuq l - iskoperturi, is - setturi, il - portafolli u ta’ allinjament tal - portafolli, il - proċeduri interni tal - istituzzjonijiet għandhom jipprevedu l - użu ta’ analiżijiet ibbażati fuq ix - xenarji biex tiġi ttestjata r - reżiljenza tagħhom għ ar- riskji tal - ESG, billi jibdew mir- riskji relatati mal - klima, f’diversi xenarji11 .


11 Il- punt d) tal - mandat inkluż fl - Artikolu 87a(5) tad - Direttiva 2013/36/UE se jiġi indirizzat permezz tal - iżvilupp ta’ Linji Gwida komplementari tal -EBA dwar l- analiżi tax - xenarji biex tiġi ttestjata r - reżiljenza tal - istituzzjonijiet għal fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/