+21. Il- grad ta’ sofistikazzjoni, il - kamp ta’ applikazzjoni u l - frekwenza tal - analiżi tax - …

21. Il- grad ta’ sofistikazzjoni, il - kamp ta’ applikazzjoni u l - frekwenza tal - analiżi tax - …

Il- grad ta’ sofistikazzjoni, il - kamp ta’ applikazzjoni u l - frekwenza tal - analiżi tax - xenarju għandhom ikunu proporzjonati mal - materjalità tar - riskji ambjentali, l - istat attwali tal - iżvilupp u l- maturità tal - metodoloġiji u l - prattiki disponibbli, il - kapaċit ajiet interni tal- istituzzjoni (filwaqt li jitqiesu d - daqs tagħha, il -mudell tan- negozju u l - kumplessità tal - attivitajiet tagħha), kif ukoll il - benefiċċji mistennija tal - eżerċizzju. Fejn approċċ kwantitattiv dettaljat ikun sproporzjonat għall - kapaċitajiet jew il- benefiċċji mistennija tal - istituzzjoni, l - istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw approċċ simplifikat. F’dan ir- rigward, u fejn iġġustifikat b’rabta mal - materjalità tar - riskji:

  • d. L- SNCIs jistgħu jiddependu fuq approċċ fil - biċċa l - kbira kwalitattiv kemm għall - analiżi tax - xenarji fuq terminu qasir kif ukoll għal dak aktar fit -tul.
  • e. Istituzzjonijiet oħrajn għajr dawk kbar u għajr l - SNCIs jistgħu jużaw analiżi tas - sensittività biex jittestjaw ir - reżiljenza finanzjarja tagħhom fuq terminu qasir għal fatturi ambjentali negattivi. Għall - analiżi tar - reżiljenza fit - tul, dawn jistgħu jiddependu minn approċċ li fil - biċċa l - kbira tiegħu huwa kwalitattiv.
  • f. Għal istituzzjonijiet kbar, jista’ jiġi previst approċċ simplifikat fil - kuntest ta’ analiżi tar - reżiljenza fuq terminu medju sa twil u ta’ riskji ambjentali mhux klimatiċi, fejn l - analiżi tas - sensittività tista’ sservi bħala pass inizjali. Hekk kif il -fehim u l- kapaċitajiet tagħhom fil - ġestjoni tar - riskji ambjentali javvanzaw, huma mistennija jintegraw progressivament approċċi kwantitattivi aktar sofistikati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/