|
+Artikolu 32 2. |
Artikolu 32 2.Meta, fil-valutazzjoni ta’ konformità ta’ prodott importanti b’elementi diġitali li jaqa’ taħt il-klassi I kif stabbilit fl-Anness III u l-proċessi stabbiliti mill-manifattur tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I, il-manifattur ma jkunx applika jew ikun applika biss parzjalment standards armonizzati, speċifikazzjonijiet komuni jew skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà f’livell ta’ assigurazzjoni li mill-anqas ikun “sostanzjali” kif imsemmi fl-Artikolu 27, jew meta dawn l-istandards armonizzati, speċifikazzjonijiet komuni jew skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ma jkunux jeżistu, il-prodott b’elementi diġitali kkonċernat u l-proċessi stabbiliti mill-manifattur għandhom jiġu sottomessi fir-rigward ta’ dawk ir-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà għal waħda mill-proċeduri li ġejjin:
(a)
il-proċedura ta’ eżami tat-tip tal-UE (ibbażata fuq il-modulu B) stabbilita fl-Anness VIII segwita mill-konformità mat-tip tal-UE abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni (ibbażata fuq il-modulu C) stabbilita fl-Anness VIII; jew
(b)
valutazzjoni ta’ konformità bbażata fuq assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità (ibbażata fuq il-modulu H) stabbilita fl-Anness VIII. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|