|
+Artikolu 36 5. |
Artikolu 36 5.Għall-iskop uniku tal-kalkolu tal-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti għal skoperturi improduttivif'konformità mal-paragrafu 1, il-punt (m), ta' dan l-Artikolu, b'deroga mill-Artikolu 47c wara li l-awtorità kompetenti tiġi nnotifikata, l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti għal skoperturi improduttivi mixtrija minn ristrutturatur tad-dejn speċjalizzat għandu jkun żero. Id-deroga stabbilita f'dan is-subparagrafu għandha tapplika fuq bażi individwali u, fil-każ ta' gruppi li fihom l-istituzzjonijiet kollha jikkwalifikaw bħala ristrutturaturi speċjalizzati tad-dejn, fuq bażi konsolidata. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “ristrutturar speċjalizzat tad-dejn” tfisser istituzzjoni li, matul is-sena finanzjarja preċedenti, ikkonformat mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata:
(a)
l-attività ewlenija tal-istituzzjoni hija x-xiri, il-ġestjoni u r-ristrutturar ta' skoperturi improduttivi f'konformità mal-proċess ta' deċiżjoni intern ċar u effettiv implimentat mill-korp maniġerjali tagħha;
(b)
il-valur kontabilistiku mkejjel mingħajr ma jitqies kwalunkwe aġġustament għar-riskju ta' kreditu tas-self oriġinat tagħha stess ma jaqbiżx 15 % tal-assi totali tagħha;
(c)
mill-inqas 5 % tal-valur kontabilistiku mkejjel mingħajr ma jitqies kwalunkwe aġġustament għar-riskju ta' kreditu tas-self oriġinat tiegħu stess jikkostitwixxi rifinanzjament totali jew parzjali, jew l-aġġustament tat-termini rilevanti, tal-iskoperturi improduttivi mixtrija li jikkwalifikaw bħala miżura ta' trażżin f'konformità mal-Artikolu 47b;
(d)
il-valur totali tal-assi tal-istituzzjoni ma jaqbiżx l-EUR 20 biljun;
(e)
l-istituzzjoni żżomm, fuq bażi kontinwa, proporzjon ta' finanzjament stabbli nett ta' mill-inqas 130 %;
(f)
id-depożiti ta' domanda tal-istituzzjoni ma jaqbżux il-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni. Ir-ristrutturatur tad-dejn speċjalizzat għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien, jekk waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ma jibqgħux issodisfatti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA tal-inqas kull sena dwar l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu mill-istituzzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħhom. L-EBA għandha tistabbilixxi, iżżomm, u tippubblika lista ta' ristrutturaturi speċjalizzati tad-dejn. L-EBA għandha timmonitorja l-attività tar-ristrutturaturi speċjalizzati tad-dejn u għandha tirrapporta sal-31 ta' Diċembru 2028, lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' tali monitoraġġ u, fejn xieraq, għandha tagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw bħala “ristrutturatur tad-dejn speċjalizzat” humiex ibbażati biżżejjed fuq ir-riskju u xierqa bil-ħsieb li jiffavorixxu s-suq sekondarju għal self improduttiv, u tivvaluta jekk humiex meħtieġa kundizzjonijiet addizzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|