+Artikolu 129 1.

Artikolu 129 1.

►M10  Biex ikunu eliġibbli għat-trattament preferenzjali stabbilit fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, il-bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 32 ) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3, 3a u 3b ta’ dan l-Artikolu u għandhom jiġu kollateralizzati permezz ta’ kwalunkwe mill-assi eliġibbli li ġejjin: ◄

(a) 

skoperturi għal jew garantiti minn gvernijiet ċentrali, minn banek ċentrali tas-SEBĊ, minn entitajiet tas-settur pubbliku, minn gvernijiet reġjonali jew minn awtoritajiet lokali fl-Unjoni;

(b) 

skoperturi għal jew garantiti minn gvernijiet ċentrali ta’ pajjiż terz, banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi, banek multilaterali tal-iżvilupp, organizzazzjonijiet internazzjonali li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu, u skoperturi għal jew garantiti minn entitajiet tas-settur pubbliku ta’pajjiżi terzi, gvernijiet reġjonali ta’ pajjiżi terzi jew awtoritajiet lokali ta’ pajjiżi terzi li ġew ippeżati għar-riskju bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet jew għall-gvernijiet ċentrali u għall-banek ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(1) jew (2), jew l-Artikolu 116(1), (2) jew (4) rispettivament u li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu, u skoperturi skont it-tifsira ta’ dan il-punt li jikkwalifikaw bħala minimu għall-iskala 2 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu, sakemm ma jaqbżux l-20 % tal-ammont nominali tal-bonds koperti pendenti tal-istituzzjonijiet emittenti;

▼M10

(c) 

skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità tal-kreditu jew l-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu, jew skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu fejn dawk l-iskoperturi huma fil-forma ta’:

(i) 

depożiti ta’ terminu qasir b’maturità oriġinali li ma taqbiżx il-100 jum, fejn jintużaw biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta’ riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura stabbilit fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2019/2162; jew

(ii) 

kuntratti tad-derivattivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 11(1) ta’ dik id-Direttiva, fejn ikunu permessi mill-awtoritajiet kompetenti;

(d) 

self iggarantit permezz ta’ proprjetà residenzjali li ma jaqbiżx l-inqas ammont tal-ammont ta’ kapital tal-ipoteki li jkunu kkombinati ma’ kwalunkwe ipoteka preċedenti u 80 % tal-valur tal-proprjetajiet mirhuna;

▼B

(e) 

self residenzjali kompletament iggarantit minn fornitur eleġibbli ta’ protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 201 li jikkwalifika għal-livell 2 tal-kwalità ta’ kreditu jew iżjed, kif imniżżel f’dan il-Kapitolu, fejn il-parti ta’ kull wieħed mis-self li tintuża biex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit stabbilit f’dan il-paragrafu għall-kollateralizzazzjoni tal-bond kopert ma tirrappreżentax aktar minn 80 % tal-valur tal-proprjetà residenzjali korrispondenti li tinsab fi Franza, u fejn il-proporzjon tas-self imqabbel mad-dħul jirrispetta mhux iktar minn 33 % meta jkun ingħata s-self. Ma għandu jkun hemm ebda garanzija ipotekarja fuq il-proprjetà residenzjali meta s-self jingħata, u għas-self mogħti mill-1 ta’ Jannar 2014 u l-mutwatarju għandu jintrabat kuntrattwalment li ma jagħtix tali garanzija mingħajr il-kunsens tal-istituzzjoni ta’ kreditu li tat is-self. Il-proporzjon tas-self imqabbel mad-dħul jirrappreżenta s-sehem tad-dħul gross tal-mutwatarju li jkopri r-rimborż tas-self, inkluż l-imgħax. Il-fornitur tal-protezzjoni għandu jkun jew istituzzjoni finanzjarja awtorizzata u sorveljata mill-awtoritajiet kompetenti u soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali komparabbli għal dawk applikati lil istituzzjonijiet f’termini ta’ robustezza jew istituzzjoni jew impriża tal-assigurazzjoni. Għandu jistabbilixxi fond ta’ garanzija reċiproka jew protezzjoni ekwivalenti għall-impriżi tal-assigurazzjoni biex jiġi assorbit it-telf mir-riskju tal-kreditu, fejn l-ikkalibrar ta’ dan għandu jiġi rivedut perjodikament mill-awtoritajiet kompetenti. Kemm l-istituzzjoni tal-kreditu kif ukoll il-fornitur tal-protezzjoni għandhom iwettqu valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju;

▼M10

(f) 

self iggarantit permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali li ma jaqbiżx l-inqas ammont tal-ammont tal-kapital tal-ipoteki li jkunu kkombinati ma’ kwalunkwe ipoteka preċedenti u 60 % tal-valur ta’ proprjetajiet mirhuna. Is-self iggarantit permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali jkun eliġibbli fejn il-proporzjon tas-self għall-valur ta’ 60 % jinqabeż sa livell massimu ta’ 70 % jekk il-valur tal-assi totali mirhuna bħala kollateral għall-bonds koperti jaqbeż l-ammont nominali pendenti fuq il-bonds koperti b’mill-inqas 10 %, u l-pretensjoni tad-detentur tal-bonds tissodisfa r-rekwiżiti ta’ ċertezza legali stabbiliti fil-Kapitolu 4. Il-pretensjoni tad-detentur tal-bonds għandha tieħu preċedenza fuq il-pretensjonijiet l-oħra kollha fuq il-kollateral;

▼B

(g) 

self iggarantit permezz ta’ self marittimu fuq vapuri sad-differenza bejn 60 % tal-valur tal-vapur mirhun u l-valur ta’ kwalunkwe rahan preċedenti.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1a, l-iskoperturi kkawżati mit-trażmissjoni u l-ġestjoni tal-pagamenti tad-debituri ta’ self iggarantit permezz ta’ proprjetajiet mirhuna ta’ titoli ta’ dejn jew ikkawżati mit-trażmissjoni u l-ġestjoni ta’ rikavati minn likwidazzjoni fir-rigward ta’ tali self ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limiti msemmija f’dak il-paragrafu.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan il-paragrafu, sal-1 ta' Lulju 2027, l-iskoperturi indiretti għall-istituzzjonijiet ta' kreditu mingħajr klassifikazzjoni esterna li jiggarantixxu self ipotekarju sar-reġistrazzjoni tagħhom għandhom jiġu ttrattati, għall-finijiet ta' dak il-punt, bħala skoperturi għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja, dment li jkunu skoperturi fuq terminu qasir assenjati għall-grad A skont l-Artikolu 121 u li s-self ipotekarju garantit, ladarba jiġi rreġistrat, ikun eliġibbli għat-trattament preferenzjali skont l-ewwel subparagrafu, il-punti (d), (e) u (f), ta' dan il-paragrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit