|
+Artikolu 314 3. |
Artikolu 314 3.B'deroga mill-paragrafu 2, istituzzjoni prinċipali tal-UE tista', sal-31 ta' Diċembru 2027, titlob permess mis-superviżur tal-konsolidazzjoni tagħha sabiex tikkalkula il-komponent tal-imgħax, tal-kiri u tad-dividendi separati għal kwalunkwe waħda mill-istituzzjonijiet sussidjarji speċifiċi tagħha u sabiex iżżid l-eżitu ta' dak il-kalkolu mal-imgħax, il-kirjiet u l-komponent tad-dividendi kkalkulat, fuq bażi konsolidata, għall-entitajiet l-oħra tal-grupp meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-attivitajiet ta' servizzi bankarji għall-konsumatur jew kummerċjali tas-sussidjarji jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-attività tagħhom;
(b)
proporzjon sinifikanti mill-attivitajiet ta' servizzi bankarji għall-konsumatur jew kummerċjali tas-sussidjarji jinkludu self assoċjat bi probabbiltà għolja ta' inadempjenza;
(c)
l-użu tad-deroga jipprovdi bażi xierqa għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE għar-riskju operazzjonali. Ladarba jingħata, il-permess, u l-kundizzjonijiet tiegħu, għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid mis-superviżur tal-konsolidazzjoni kull sentejn. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika lill-EBA hekk kif tali permess jingħata, jiġi kkonfermat jew irtirat. Sal-31 ta' Diċembru 2031, l-EBA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-użu u l-adegwatezza tad-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu filwaqt li tqis, b'mod partikolari, il-mudelli ta' negozju speċifiċi kkonċernati u l-adegwatezza tar-rekwiżit relatat ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali. Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva sal-31 ta' Diċembru 2032. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|