+Artikolu 325 1.

Artikolu 325 1.

Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ta' kull pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar u kull pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi li ġejjin:

(a) 

l-approċċ standardizzat alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1a;

(b) 

l-approċċ tal-mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b għal dawk il-pożizzjonijiet assenjati lill-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tkun ingħatat permess mill-awtorità kompetenti tagħha biex tuża dak l-approċċ alternattiv kif stabbilit fl-Artikolu 325az(1);

(c) 

l-approċċ standardizzat simplifikat imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 325a(1).

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni ma għandhiex tikkalkula rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju għal pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u għal pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju meta dawk il-pożizzjonijiet jitnaqqsu mill-fondi proprji tal-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-użu tagħha tad-deroga stabbilita f'dan is-subparagrafu, inkluż l-impatt u l-materjalità tagħha, u tqiegħed l-informazzjoni disponibbli, fuq talba, għall-awtorità kompetenti tagħha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit