Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu, bħala kondizzjoni għal liċenza jew permess li jawtorizza bastiment li jaqbad Dissostichus spp., li dak il-bastiment jiżbarka l-qabdiet unikament fi Stati li huma Partijiet Kontraenti għall-CCAMLR jew li b'xi mod ieħor japplikaw l-iskema ta' dokumentazzjoni ta' qbid.
2. L-Istati Membri għandhom jehmżu mal-liċenzi u l-permessi li jawtorizzaw bastimenti li jaqbdu Dissostichus spp., l-ismijiet tal-Partijiet Kontraenti tal-CCAMLR u ta' l-Istati li nnotifikaw lis-Segretarjat tal-CCAMLR li huma japplikaw l-iskema ta' dokumentazzjoni ta' qbid.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li kull meta jiġi żbarkat jew trasbordat Dissostichus spp., il-bastimenti tal-bandiera tagħhom li huma awtorizzati li jaqbdu Dissostichus spp. ikunu mlew dokument ta' qbid.
▼B