+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni

Kamp ta' applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.
Dan ir-Regolament japplika għall-magni kollha li jaqgħu fil-kategoriji msemmija fl-Artikolu 4(1), li jiġu installati, jew li huma maħsuba biex jiġu installati, f'makkinarju mobbli mhux tat-triq u, sa fejn huma kkonċernati l-limiti tal-emissjonijiet għall-inkwinanti gassużi u partikolati minn dawk il-magni, għal tali makkinarju mobbli mhux tat-triq.
Artikolu 2 2.

Dan ir-Regolament ma japplikax għal magni għal:

(a) 

il-propulsjoni tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(b) 

il-propulsjoni ta' tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013;

(c) 

il-propulsjoni tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(d) 

makkinarju stazzjonarju;

(e) 

bastimenti tal-baħar li jirrikjedu navigazzjoni marittima valida jew ċertifikat tas-sigurtà validu;

(f) 

inġenju kif definit fid-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) u li ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha;

(g) 

il-propulsjoni jew l-iskopijiet awżiljarji ta' bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni b'potenza netta ta' inqas minn 19 kW;

(h) 

inġenju tal-ilma kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(i) 

inġenju tal-ajru kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 ( 5 );

(j) 

vetturi ta' rikreazzjoni, għajr motoslitti, vetturi all-terrain u vetturi side-by-side;

(k) 

vetturi u magni użati jew maħsuba biex jintużaw esklużivament fil-kompetizzjonijiet;

(l) 

pompi portabbli tat-tifi tan-nar kif definiti u koperti mill-istandard Ewropew dwar pompi portabbli tat-tifi tan-nar ( 6 );

(m) 

mudelli fuq skala mnaqqsa jew repliki fuq skala mnaqqsa ta' vetturi jew makkinarju fejn dawk il-mudelli jew repliki jkollhom potenza netta ta' inqas minn 19 kW.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit