|
+Artikolu 2 2. |
Artikolu 2 2.Dan ir-Regolament ma japplikax għal magni għal:
(a)
il-propulsjoni tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(b)
il-propulsjoni ta' tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013;
(c)
il-propulsjoni tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(d)
makkinarju stazzjonarju;
(e)
bastimenti tal-baħar li jirrikjedu navigazzjoni marittima valida jew ċertifikat tas-sigurtà validu;
(f)
inġenju kif definit fid-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) u li ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha;
(g)
il-propulsjoni jew l-iskopijiet awżiljarji ta' bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni b'potenza netta ta' inqas minn 19 kW;
(h)
inġenju tal-ilma kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
(i)
inġenju tal-ajru kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 ( 5 );
(j)
vetturi ta' rikreazzjoni, għajr motoslitti, vetturi all-terrain u vetturi side-by-side;
(k)
vetturi u magni użati jew maħsuba biex jintużaw esklużivament fil-kompetizzjonijiet;
(l)
pompi portabbli tat-tifi tan-nar kif definiti u koperti mill-istandard Ewropew dwar pompi portabbli tat-tifi tan-nar ( 6 );
(m)
mudelli fuq skala mnaqqsa jew repliki fuq skala mnaqqsa ta' vetturi jew makkinarju fejn dawk il-mudelli jew repliki jkollhom potenza netta ta' inqas minn 19 kW. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|