+Artikolu 38 3.

Artikolu 38 3.

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a) 

kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandha tipprovdi lin-notifikatur konferma li rċeviet in-notifika kompluta kif suppost u kopji lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikkonċernati meta ma jkollhom l-ebda aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 27;

(b) 

l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u, kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ bid-deċiżjonijiet tagħhom li jagħtu l-kunsens tagħhom għall-vjeġġ;

(c) 

għandha tiġi pprovduta kopja tad-dokument ta’ moviment mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ bil-posta, jew, jekk xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali, jew, meta l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni u l-uffiċju doganali tal-ħruġ ikollhom aċċess għaliha, permezz tas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3);

(d) 

malli l-iskart ikun telaq mill-Unjoni, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni li l-iskart ikun telaq mill-Unjoni;

(e) 

meta, 42 jum wara li l-iskart ikun telaq mill-Unjoni, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni ma tkun irċeviet l-ebda informazzjoni mill-faċilità dwar ir-riċeviment tal-iskart, din għandha tinforma b’dan mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 27 jew f’konformità mal-Artikolu 72;

(f) 

il-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 6 għandu jkun fih it-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

meta faċilità toħroġ ċertifikat tar-rimi mhux korrett bil-konsegwenza li tiġi rilaxxata l-garanzija finanzjarja, id-destinatarju għandu jħallas l-ispejjeż li jinħolqu mid-dmir li jirritorna l-iskart lejn iż-żona ta’ ġuriżdizzjoni tal-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u mill-irkupru jew mir-rimi tiegħu b’mod alternattiv u li jħares l-ambjent;

(ii) 

il-faċilità għandha, fi żmien tlett ijiem minn meta tirċievi l-iskart għar-rimi, tibgħat kopji ffirmati tad-dokument ta’ moviment komplut, għajr għaċ-ċertifikat tar-rimi msemmi fil-punt (iii), lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

(iii) 

il-faċilità għandha, mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 30 jum wara li jiġi kkompletat ir-rimi u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn sena waħda wara li tirċievi l-iskart taħt ir-responsabbiltà tagħha, tiċċertifika li r-rimi ġie kkompletat u għandha tibgħat kopji ffirmati tad-dokument ta’ moviment li jkun fih dik iċ-ċertifikazzjoni lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

(g) 

in-notifikatur għandu, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi l-kopji msemmija fil-punt (f)(ii) u (f)(iii), jagħmel l-informazzjoni li tinsab f’dawk il-kopji disponibbli b’mod elettroniku f’konformità mal-Artikolu 27.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit