+Artikolu 38 Proċeduri għall-esportazzjonijiet ta’ skart destinat għar-rimi lejn pajjiżi tal-EFTA
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
---+Artikolu 38 5.
---+Artikolu 38 6.

Artikolu 38 Proċeduri għall-esportazzjonijiet ta’ skart destinat għar-rimi lejn pajjiżi tal-EFTA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 38 1.
Meta jiġi esportat skart mill-Unjoni lejn pajjiż tal-EFTA li jkun Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basilea u jkun destinat għar-rimi f’dak il-pajjiż, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis, bl-adattamenti u bid-dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 38 2.

L-adattamenti li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) 

in-notifikatur għandu jissottometti f’konformità mal-Artikolu 27 in-notifika u kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali mitluba, u fl-istess ħin, jipprovdi tali notifika u informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali bil-posta, jew jekk xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali, lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3); meta tintuża email b’firma diġitali, kwalunkwe timbru jew firma meħtieġa għandhom jiġu sostitwiti bil-firma diġitali;

(b) 

in-notifikatur għandu jipprovdi, annessa mad-dokument ta’ notifika, evidenza dokumentarja li awditu kif imsemmi fl-Artikolu 46(3) twettaq fil-faċilità li l-iskart ikun qed jiġi esportat lejha, dment li ma tkunx tapplika l-eżenzjoni fl-Artikolu 46(11);

(c) 

l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni bi kwalunkwe talba għal informazzjoni u dokumentazzjoni min-naħa tagħhom u bid-deċiżjoni u bil-kundizzjonijiet tagħhom, jekk ikun hemm, rigward il-vjeġġ ippjanat, bil-posta, jew jekk xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali, sakemm dawk l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3);

(d) 

l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni skont l-Artikoli 7, 8, 16 u 17 għandha tiġi pprovduta bil-posta, jew jekk xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3);

(e) 

in-notifikatur għandu jiżgura li l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-faċilità skont l-Artikolu 15(3) sa (5) u l-Artikolu 16(5) u (6) tiġi inkluża f’sistema msemmija fl-Artikolu 27, sakemm dawk il-faċilitajiet ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3);

(f) 

kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni għandu jkollha 60 jum mid-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta ta’ notifika kompluta kif suppost biex tipprovdi kunsens taċitu, jekk il-pajjiż ikkonċernat ikun iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u jkun informa b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Basilea f’konformità mal-Artikolu 6(4) ta’ dik il-Konvenzjoni, jew tagħti kunsens bil-miktub b’xi kundizzjonijiet jew mingħajrhom;

(g) 

l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni għandha tieħu d-deċiżjoni li tagħti kunsens għall-vjeġġ kif imsemmi fl-Artikolu 9 biss wara li tkun irċeviet kunsens bil-miktub mingħand l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u, meta jkun xieraq, il-kunsens taċitu jew bil-miktub ta’ awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni u mhux qabel 61 jum wara d-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta ta’ notifika kompluta kif suppost minn awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni, sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma jkollhiex il-kunsens bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra, u f’dak il-każ tkun tista’ tieħu d-deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9 qabel dak il-limitu ta’ żmien.

Artikolu 38 3.

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a) 

kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandha tipprovdi lin-notifikatur konferma li rċeviet in-notifika kompluta kif suppost u kopji lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikkonċernati meta ma jkollhom l-ebda aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 27;

(b) 

l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u, kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ bid-deċiżjonijiet tagħhom li jagħtu l-kunsens tagħhom għall-vjeġġ;

(c) 

għandha tiġi pprovduta kopja tad-dokument ta’ moviment mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ bil-posta, jew, jekk xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali, jew, meta l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni u l-uffiċju doganali tal-ħruġ ikollhom aċċess għaliha, permezz tas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3);

(d) 

malli l-iskart ikun telaq mill-Unjoni, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni li l-iskart ikun telaq mill-Unjoni;

(e) 

meta, 42 jum wara li l-iskart ikun telaq mill-Unjoni, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni ma tkun irċeviet l-ebda informazzjoni mill-faċilità dwar ir-riċeviment tal-iskart, din għandha tinforma b’dan mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 27 jew f’konformità mal-Artikolu 72;

(f) 

il-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 6 għandu jkun fih it-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

meta faċilità toħroġ ċertifikat tar-rimi mhux korrett bil-konsegwenza li tiġi rilaxxata l-garanzija finanzjarja, id-destinatarju għandu jħallas l-ispejjeż li jinħolqu mid-dmir li jirritorna l-iskart lejn iż-żona ta’ ġuriżdizzjoni tal-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u mill-irkupru jew mir-rimi tiegħu b’mod alternattiv u li jħares l-ambjent;

(ii) 

il-faċilità għandha, fi żmien tlett ijiem minn meta tirċievi l-iskart għar-rimi, tibgħat kopji ffirmati tad-dokument ta’ moviment komplut, għajr għaċ-ċertifikat tar-rimi msemmi fil-punt (iii), lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

(iii) 

il-faċilità għandha, mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 30 jum wara li jiġi kkompletat ir-rimi u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn sena waħda wara li tirċievi l-iskart taħt ir-responsabbiltà tagħha, tiċċertifika li r-rimi ġie kkompletat u għandha tibgħat kopji ffirmati tad-dokument ta’ moviment li jkun fih dik iċ-ċertifikazzjoni lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

(g) 

in-notifikatur għandu, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi l-kopji msemmija fil-punt (f)(ii) u (f)(iii), jagħmel l-informazzjoni li tinsab f’dawk il-kopji disponibbli b’mod elettroniku f’konformità mal-Artikolu 27.

Artikolu 38 4.

Il-vjeġġ jista’ jseħħ biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u, fejn applikabbli, tat-tranżitu barra mill-Unjoni u jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk il-kunsensi jew l-annessi tagħhom;

(b) 

tiġi żgurata ġestjoni li tħares l-ambjent tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 59.

Artikolu 38 5.
Meta l-iskart jiġi esportat, dan għandu jkun destinat għal operazzjonijiet ta’ rimi f’faċilità li, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, tkun qed topera jew hija awtorizzata biex topera fil-pajjiż tad-destinazzjoni.
Artikolu 38 6.

Meta uffiċċju doganali tal-esportazzjoni jew uffiċċju doganali tal-ħruġ jiskopri vjeġġ illegali, dan għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż tal-uffiċċju doganali tiegħu. Dik l-awtorità kompetenti għandha:

(a) 

tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni dwar il-vjeġġ illegali;

(b) 

tiżgura ż-żamma tal-iskart sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tkun iddeċidiet mod ieħor u tkun ikkomunikat dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż tal-uffiċċju doganali li fih jinżamm l-iskart; u

(c) 

mingħajr dewmien, tikkomunika d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tad-dispaċċ imsemmija fil-punt (b) lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni jew lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ li jkun skopra l-vjeġġ illegali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit