|
+Artikolu 41 4. |
Artikolu 41 4.Il-Kummissjoni għandha regolarment, u mill-inqas kull sentejn wara l-istabbiliment tagħha, taġġorna l-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet, sabiex:
(a)
iżżid pajjiż li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42;
(b)
tneħħi pajjiż li ma jibqax jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42;
(c)
taġġorna l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 abbażi ta’ talba riċevuta mill-pajjiż ikkonċernat u, jekk dik it-talba tikkonċerna ż-żieda ta’ skart ġdid jew taħlitiet ta’ skart ġodda, diment li l-pajjiż ikkonċernat ikun wera konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42 fir-rigward tal-iskart il-ġdid jew it-taħlitiet ta’ skart il-ġodda inkwistjoni;
(d)
tinkludi jew tneħħi kwalunkwe element ieħor rilevanti biex tiżgura li l-lista jkun fiha informazzjoni eżatta u aġġornata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|