|
+Artikolu 46 7. |
Artikolu 46 7.Notifikatur jew persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar awditi li kkummissjonaw f’konformità mal-paragrafi 3 u 5, u li wrew il-konformità ta’ faċilità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-faċilità li kienet soġġetta għall-awditu;
(b)
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tan-notifikatur jew tal-persuna li torganizza l-vjeġġ li kkummissjonaw l-awditu;
(c)
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-parti terza li wettqet l-awditu;
(d)
id-data tal-awditu;
(e)
it-tipi ta’ skart, kif elenkati fl-Annessi III, IIIA, IIIB jew IV jew fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(f)
l-operazzjonijiet ta’ rkupru (kodiċijiet R), kif imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE. Notifikatur jew persuna li torganizza lvjeġġ jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar awditu kkummissjonat mill-faċilità awditjata nnifsha, dment li n-notifikatur jew il-persuna li torganizza vjeġġ ikunu vverifikaw li l-awditu twettaq f’konformità mal-paragrafi 3 u 4 u wera l-konformità tal-faċilità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X. Tali notifika għandu jkun fiha informazzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (c) sa (f). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|