Artikolu 67 2.
Il-Kummissjoni tista’ teżerċita s-setgħat mogħtija lilha minn dan ir-Regolament fir-rigward ta’ vjeġġi ta’ skart li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(1), li huma ta’ natura kumplessa u potenzjalment ikollhom effetti negattivi serji fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent u meta l-investigazzjoni meħtieġa jkollha dimensjoni transfruntiera li tinvolvi mill-inqas żewġ pajjiżi. Il-Kummissjoni tista’ tibda azzjonijiet skont dawn is-setgħat fuq l-inizjattiva tagħha stess, fuq talba tal-awtoritajiet ta’ Stat Membru wieħed jew iktar, jew fuq ilment jekk ikun hemm biżżejjed suspett li l-ġarr tas-sustanza jew tal-oġġett ikkonċernati jew il-vjeġġ ta’ skart ikkonċernat jikkostitwixxu vjeġġ illegali. Il-Kummissjoni tista’ tressaq ukoll tali lmenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma taġixxix, għandha twieġeb lill-awtorità tal-Istati Membri jew lill-persuni li bagħtu l-ilment fi żmien raġonevoli, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet għaliex temmen li ma hemmx suspett suffiċjenti, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ta’ interess pubbliku, bħall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ proċedimenti amministrattivi jew kriminali, biex dan ma jsirx. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll lill-Istati Membri b’assistenza fl-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom skont l-Artikolu 71.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|