+Artikolu 73 4.

Artikolu 73 4.

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-data rrapportata f’konformità ma’ dan l-Artikolu u għandha tippubblika rapport bir-riżultati tar-rieżami tagħha.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tindirizza f’dak ir-rapport l-elementi li ġejjin:

(a) 

ix-xejriet fil-vjeġġi illegali u l-aħjar prattiki biex jiġu indirizzati tali vjeġġi, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart imsemmi fl-Artikolu 66;

(b) 

l-effiċjenza tal-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel stabbilita fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II, u b’mod partikolari l-iskedi ta’ żmien relatati fost l-oħrajn billi jiġu analizzati elementi bħan-numru ta’ oġġezzjonijiet u kunsensi, u ż-żmien bejn is-sottomissjoni ta’ notifika u d-deċiżjoni meħuda dwarha, abbażi ta’ data maħżuna fis-sistema msemmija fl-Artikolu 27;

(c) 

il-kontribut ta’ dan ir-Regolament għan-newtralità klimatika, il-kisba ta’ ekonomija ċirkolari u tniġġis żero, filwaqt li jitqiesu r-rapporti u d-data ppubblikati mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tappoġġa lill-Kummissjoni fil-kompitu tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, billi, fejn ikun xieraq, tfassal rapporti li jipprovdu analiżi tal-vjeġġi ta’ flussi ta’ skart speċifiċi, u l-impatti ambjentali tagħhom.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jitfassal għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2029 u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit