|
+Artikolu 83 Emenda tar-Regolament (UE) 2020/1056 |
Artikolu 83 Emenda tar-Regolament (UE) 2020/1056Artikolu 83 Emenda tar-Regolament (UE) 2020/1056 Ir-Regolament (UE) 2020/1056 huwa emendat kif ġej:
(1)
fl-Artikolu 2(1)(a), il-punt (iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(iv)
l-Artikoli 9(2), 16(1) u l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ); dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-kontrolli mill-uffiċċji doganali previsti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti legali tal-Unjoni;
(2)
fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“1a.
B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw informazzjoni regolatorja, inkluża informazzjoni addizzjonali, skont ir-Regolament (UE) 2024/1157 mill-21 ta’ Mejju 2026.”;
(3)
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa mħassar;
(4)
fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“4.
B’deroga mill-paragrafu 3, l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 li huma relatati mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 2(1)(a) għandhom jiġu adottati mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) 2024/1157.”;
(5)
fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“4.
B’deroga mill-paragrafu 3, l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 li huma speċifikament relatati mal-aċċess u l-ipproċessar mill-awtoritajiet ta’ informazzjoni regolatorja fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 2(1)(a), inkluża l-komunikazzjoni mal-operaturi ekonomiċi fir-rigward ta’ dik l-informazzjoni, għandhom jiġu adottati mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) 2024/1157.”;
(6)
fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“3.
B’deroga mill-paragrafu 2, l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 li huma speċifikament relatati mal-ipproċessar tal-informazzjoni regolatorja fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 2(1)(a) għandhom jiġu adottati mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) 2024/1157.”.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|