+ANNESS III LISTA TAT-TIPI TA’ SKART SOĠĠETTI GĦAR-REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI ĠENERALI STABBILITI FL-ARTIKOLU 18 (SKART ELENKAT FIL-LISTA “ĦADRA”) KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(4)(a)

ANNESS III LISTA TAT-TIPI TA’ SKART SOĠĠETTI GĦAR-REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI ĠENERALI STABBILITI FL-ARTIKOLU 18 (SKART ELENKAT FIL-LISTA “ĦADRA”) KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(4)(a)




ANNESS III

LISTA TAT-TIPI TA’ SKART SOĠĠETTI GĦAR-REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI ĠENERALI STABBILITI FL-ARTIKOLU 18 (SKART ELENKAT FIL-LISTA “ĦADRA”) KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(4)(a)

Irrispettivament mill-inklużjoni jew minn nuqqas ta’ inklużjoni ta’ tipi ta’ skart f’din il-lista, dawn ma jistgħux ikunu soġġetti għar-rekwiżit ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 18 jekk ikunu kkontaminati b’materjali oħrajn sal-punt li

(a) 

jiżdiedu r-riskji assoċjati mat-tipi ta’ skart b’mod suffiċjenti li jkun xieraq li jiġu sottoposti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, meta jitqiesu l-lista tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE kif ukoll il-proprjetajiet perikolużi elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva jew

(b) 

l-irkupru tal-iskart ma jkunx jista’ jsir b’mod li jħares l-ambjent.

Parti I:

Tipi ta’ skart elenkat fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basilea ( 16 ).

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) 

Kwalunkwe referenza fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basilea għal-lista A għandha tinftiehem bħala referenza għall-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

Fl-entrata B1020 ta’ Basilea, it-terminu “forma massiċċa lesta” jinkludi l-forom kollha metalliċi li ma jinxterdux ( 17 ) tar-ruttam elenkat fiha;

(c) 

L-entrata B1030 ta’ Basilea għandha taqra: “Residwi li fihom metalli rifrattorji”;

(d) 

Il-parti tal-entrata B1100 ta’ Basilea li tirreferi għall-“Gagazzi mill-ipproċessar tar-ram” eċċ., ma tapplikax u minflok tapplika l-entrata GB040 (tal-OECD) fil-Parti II;

▼M1 —————

▼B

(f) 

L-entrata B2050 ta’ Basilea ma tapplikax u minflok tapplika l-entrata GG040 (tal-OECD) fil-Parti II.

(g) 

Fil-każ tal-iskart ittrasportat fl-Unjoni, l-entrata B3011 ta’ Basilea ma tapplikax u minflok tapplika din l-entrata li ġejja:

EU3011 ( 18 )

Skart tal-plastik (ara l-entrata AC300 relatata fil-Parti II tal-Anness IV, u l-entrata EU48 relatata fil-Parti I tal-Anness IV):

L-iskart tal-plastik elenkat hawn taħt, dment li jkun kważi ħieles minn kontaminazzjoni u tipi oħrajn ta’ skart ( 19 ) u jkun iddestinat għar-riċiklaġġ:

— 
Skart tal-plastik li jikkonsisti kważi esklużivament ( 20 ) minn polimeru mhux aloġenat wieħed, inkluż il-polimeri li ġejjin iżda mhux limitat għalihom:
— 
Polietilen (PE)
— 
Polipropilen (PP)
— 
Polistiren (PS)
— 
Akrilonitril butadien stiren (ABS)
— 
Polietilentereftalat (PET)
— 
Polikarbonati (PC)
— 
Polieteri
— 
Skart tal-plastik li kważi esklużivament ( 21 ) jikkonsisti minn reżina mwebbsa waħda jew minn prodott wieħed tal-kondensazzjoni, inkluż ir-reżini li ġejjin iżda mhux limitat għalihom:
— 
Reżini tal-formaldeid tal-urea
— 
Reżini tal-formaldeid tal-fenol
— 
Reżini tal-formaldeid tal-melammina
— 
Reżini tal-epossi
— 
Reżini alkidi
— 
Skart tal-plastik li kważi esklużivament (21)  jikkonsisti minn wieħed mill-polimeri fluworurati li ġejjin ( 22 ):
— 
Perfluworoetilen/propilen (FEP)
— 
Alkani perfluworoalkossiċi:
— 
Tetrafluworoetilen/perfluworoalkil vinil etere (PFA)
— 
Tetrafluworoetilen/perfluworometil vinil etere (MFA)
— 
Polivinilfluworur (PVF)
— 
Polivinilidenefluworur (PVDF)
— 
Politetrafluworoetilen (PTFE)
— 
Klorur tal-polivinil (PVC).

Parti II:

Skart bil-metall li jiġi minn tidwib, minn smelting u minn raffinar ta’ metalli



GB040

7112

2620 30

2620 91

Gagazzi minn metalli prezzjużi pproċessati għal aktar raffinar

Skart ieħor li fih metalli



GC010

 

Assemblaġġi elettriċi li jikkonsistu biss f’metalli jew ligi ()

GC020

 

Ruttam elettroniku (eż. bords ta’ ċirkwiti stampati, komponenti elettroniċi, wajer, eċċ.) u komponenti elettroniċi miġbura mill-ġdid adatti għall-irkupru ta’ bażijiet u ta’ metalli prezzjużi ()

GC030

ex 8908 00

Bastimenti u strutturi oħrajn li jżommu f’wiċċ l-ilma għat-tkissir, li minnhom tkun tneħħiet kif suppost kwalunkwe merkanzija kif ukoll kwalunkwe materjal ieħor li ntuża fl-operazzjoni tagħhom li seta’ kien ikklassifikat bħala sustanza perikoluża jew skart perikoluż ()

GC050

 

Katalizzaturi tal-Krekkjar Katalitiku Fluwidu (FCC) Użati (eż.: ossidu tal-aluminju, żeoliti)

(1)   

It-terminu “tneħħiet kif suppost” huwa mifhum li jippreżumi konformità sħiħa mar-regoli u l-linji gwida internazzjonali dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti.

►M1  (2)   

l-entrata GC010 għandha tapplika biss għall-iskart ittrasportat fl-Unjoni u sal-31 ta’ Diċembru 2026 biss.

 ◄
►M1  (3)   

l-entrata GC020 għandha tapplika biss għall-iskart ittrasportat fl-Unjoni u sal-31 ta’ Diċembru 2026 biss.

 ◄

Skart tal-ħġieġ f’forma li ma tinxteridx



GE020

ex 7001

ex 7019 39

Skart tal-Fibri tal-Ħġieġ

Skart taċ-ċeramika f’forma li ma tinxteridx



GF010

 

Skart taċ-ċeramika li ġie mmudellat bin-nar wara l-iffurmar, inklużi reċipjenti taċ-ċeramika (qabel u/jew wara l-użu)

Skart ieħor li fil-biċċa l-kbira jkun jikkonsisti f’kostitwenti inorganiċi, li jista’ jkun fihom metalli u materjali organiċi



GG030

ex 2621

Irmied tal-qiegħ u gagazza mill-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam

GG040

ex 2621

Irmied li jtir mill-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam

Skart li jiġi minn operazzjonijiet ta’ konzar u ta’ negozju fil-ġlud tal-annimali u l-użu ta’ ġilda



GN010

ex 0502 00

Skart tal-lanżiti u x-xagħar tal-ħnieżer, tal-majjali jew taċ-ċingjal, jew xagħar tal-baġer u xagħar ieħor li minnhom isiru l-broxkijiet

GN020

ex 0503 00

Skart tax-xagħar taż-żiemel, kemm jekk jitpoġġa f’saff kemm bi jew mingħajr materjal ieħor li jirfed kif ukoll jekk le

GN030

ex 0505 90

Skart ta’ ġlud u partijiet oħrajn tal-għasafar, bi jew mingħajr ir-rix tagħhom u partijiet mir-rix (kemm jekk ikollhom it-truf maqtugħin kif ukoll jekk le) u ’l isfel, mhux aktar maħduma milli mnaddfa, diżinfettati jew ittrattati għall-preservazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit