+ANNESS V LISTI TAL-ISKART GĦALL-FINI TAL-ARTIKOLU 39

ANNESS V LISTI TAL-ISKART GĦALL-FINI TAL-ARTIKOLU 39




ANNESS V

LISTI TAL-ISKART GĦALL-FINI TAL-ARTIKOLU 39

Noti introduttorji

1. Dan l-Anness japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/98/KE.

2. Dan l-Anness jikkonsisti minn żewġ partijiet. L-Artikolu 39 jirreferi wkoll għal-lista ta’ skart kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u biex jiġi determinat jekk skart speċifiku huwhiex kopert mill-projbizzjoni tal-esportazzjoni fl-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament, il-lista tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE tapplika biss meta l-Lista A tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness ma tkunx applikabbli. Jekk skart ma jkunx elenkat fil-Lista A tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness, u ma jkunx elenkat bħala skart perikoluż fil-lista ta’ skart kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE, jenħtieġ li jiġi kkontrollat biss jekk ikun elenkat fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness.

3. L-iskart elenkat fil-Lista B tal-Parti 1 jew li jkun fost l-iskart mhux perikoluż elenkat fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE (jiġifieri skart mhux immarkat b’asterisk) ikun jaqa’ taħt il-projbizzjoni tal-esportazzjoni jekk ikun ikkontaminat b’materjal ieħor sal-punt li

(a) 

jiżdiedu r-riskji assoċjati mal-iskart b’mod suffiċjenti li jkun xieraq li jiġi sottopost għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, meta jitqiesu l-lista tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE kif ukoll il-proprjetajiet perikolużi elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva; jew

(b) 

l-irkupru tal-iskart ma jkunx jista’ jsir b’mod li jħares l-ambjent.

Parti 1 ( 26 )

Lista A (l-Anness VIII tal-Konvenzjoni ta’ Basilea)

A1

Metall u skart li fih il-metall

A1010

Skart ta’ metall u skart li jikkonsisti f’ligi ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

— 
Antimonju
— 
Arseniku
— 
Berillju
— 
Kadmju
— 
Ċomb
— 
Merkurju
— 
Selenju
— 
Tellurju
— 
Tallju

iżda eskluż dak l-iskart speċifikament elenkat fil-Lista B.

A1020

Skart li għandu bħala kostitwenti jew kontaminanti, minbarra skart ta’ metall f’forma massiva, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

— 
Antimonju; komposti tal-antimonju
— 
Berillju; komposti tal-berillju
— 
Kadmju; komposti tal-kadmju
— 
Ċomb; komposti taċ-ċomb
— 
Selenju; komposti tas-selenju
— 
Tellurju; komposti tat-tellurju

A1030

Skart li għandu bħala kostitwenti jew kontaminanti kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

— 
Arseniku; komposti tal-arseniku
— 
Merkurju; komposti tal-merkurju
— 
Tallju; komposti tat-tallju

A1040

Skart li għandu bħala kostitwenti kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

— 
Karbonili tal-metall
— 
Komposti tal-kromu eżavalenti

A1050

Ħama galvanika

A1060

Skart ta’ sustanzi maħlula mit-tindif tal-metalli bl-aċidu

A1070

Residwi tal-lixxivjazzjoni mill-ipproċessar taż-żingu, trab u ħama bħal ġarożit, ematite, eċċ.

A1080

Skart ta’ residwi taż-żingu mhux inklużi fil-Lista B, li jkun fihom ċomb u kadmju f’konċentrazzjonijiet biżżejjed sabiex jintwerew il-karatteristiċi msemmija fl-Anness III

A1090

Irmied mill-inċinerazzjoni ta’ wajer tar-ram iżolat

A1100

Trab u residwi minn sistemi ta’ tindif tal-gass ta’ fonderiji tar-ram

A1110

Soluzzjonijiet elettrolitiċi użati minn operazzjonijiet tal-elettroraffinar tar-ram u l-estrazzjoni elettrolitika

A1120

Ħama skartata, minbarra tajn ta’ anodu, minn sistemi ta’ purifikazzjoni ta’ elettroliti f’operazzjonijiet tal-elettroraffinar tar-ram u l-estrazzjoni elettrolitika

A1130

Soluzzjonijiet ta’ inċiżjoni użati li jkun fihom ram maħlul

A1140

Katalizzaturi skart ta’ klorur kupriku u ċjanur tar-ram

A1150

Irmied ta’ metalli prezzjużi mill-inċinerazzjoni ta’ bordijiet ta’ ċirkwiti stampati mhux inklużi fil-Lista B ( 27 )

A1160

Batteriji skartati bl-aċidu u ċ-ċomb, sħaħ jew mgħaffġa

A1170

Batteriji skartati mhux magħżula minbarra taħlitiet ta’ batteriji tal-Lista B biss. Batteriji skartati mhux speċifikati fil-Lista B li jkun fihom kostitwenti tal-Anness I sal-punt li jagħmilhom perikolużi.

▼M1

A1181

Skart elettriku u elettroniku (innota l-entrata relatata Y49 fil-Lista A tal-Parti 2 fl-Anness V):

— 
L-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku
— 
li fihom jew li huma kkontaminati bil-kadmju, biċ-ċomb, bil-merkurju, bil-komposti organoaloġeni jew b’kostitwenti oħra tal-Anness I sal-punt li l-iskart juri karatteristika tal-Anness III, jew
— 
b’komponent li jkun fih jew li jkun ikkontaminat bil-kostitwenti tal-Anness I sal-punt li l-komponent juri karatteristika tal-Anness III, inkluż iżda mhux limitat għal xi wieħed mill-komponenti li ġejjin:
— 
ħġieġ minn tubi katodiċi inklużi fil-lista A
— 
batterija inkluża fil-lista A
— 
swiċċ, lampa, tubu fluworexxenti jew apparat tad-displej bir-retroilluminazzjoni li fih il-merkurju
— 
kapaċitatur li fih il-PCBs
— 
komponent li fih l-asbestos
— 
ċerti bordijiet ta’ ċirkwiti
— 
ċerti apparati ta’ wiri
— 
ċerti komponenti tal-plastik li fihom ritardant tal-fjammi bromurat
— 
Komponenti ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku li fihom jew li huma kkontaminati b’kostitwenti tal-Anness I sal-punt li l-komponenti tal-iskart juru karatteristika tal-Anness III, sakemm ma jkunux koperti minn entrata oħra fil-lista A
— 
Skart li jiġi mill-ipproċessar ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku jew komponenti ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, u li jkun fih jew li jkun ikkontaminat b’kostitwenti tal-Anness I sal-punt li l-iskart juri karatteristika tal-Anness III (eż. frazzjonijiet li jirriżultaw minn tqattigħ jew żarmar), sakemm ma jkunx kopert minn entrata oħra fil-lista A

▼B

A1190

Kejbils tal-metall ta’ skart, miksija jew iżolati bil-plastik, li jkun fihom jew li jkunu kkontaminati bil-qatran tal-faħam, bil-PCB ( 28 ), biċ-ċomb, bil-kadmju, b’komposti organoaloġeni oħrajn jew b’kostitwenti oħrajn tal-Anness I, sal-punt li jkunu juru karatteristiċi tal-Anness III

A2

Skart li fil-biċċa l-kbira jkun jikkonsisti f’kostitwenti inorganiċi, li jista’ jkun fihom metalli u materjali organiċi

A2010

Skart tal-ħġieġ minn tubi katodiċi u ħġieġ attivat ieħor

A2020

Skart ta’ komposti inorganiċi ta’ fluworu f’forma ta’ likwidi jew ħama iżda bl-esklużjoni tal-iskart speċifikat fil-Lista B

A2030

Katalizzaturi ta’ skart iżda bl-esklużjoni ta’ dak l-iskart speċifikat fil-Lista B

A2040

Ġibs skartat li jiġi minn proċessi kimiċi industrijali, meta jkun fih il-kostitwenti msemmija fl-Anness I sal-punt li juri l-karatteristiċi perikolużi msemmija fl-Anness III (innota l-entrata relatata fil-Lista B, B2080)

A2050

Skart tal-asbestos (trab u fibri)

A2060

Irmied li jtir mill-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam li jkun fihom is-sustanzi msemmija fl-Anness I f’konċentrazzjonijiet biżżejjed sabiex juru l-karatteristiċi msemmija fl-Anness III (innota l-entrata relatata fil-Lista B, B2050)

A3

Skart li fil-biċċa l-kbira jkun fih kostitwenti organiċi, li jista’ jkun fihom metalli u materjali inorganiċi

A3010

Skart mill-produzzjoni jew mill-ipproċessar ta’ kokk petroliferu u bitum

A3020

Żjut minerali ta’ skart mhux tajba għall-użu maħsub oriġinali tagħhom

A3030

Skart li jkun fih, jikkonsisti fi jew li jkun ikkontaminat bil-ħama mħallta bl-anti-knock biċ-ċomb

A3040

Skart ta’ fluwidi termali (trasferiment tas-sħana)

A3050

Skart mill-produzzjoni, mill-formulazzjoni u mill-użu ta’ reżini, latex, plastifikanti, kolla/sustanzi li jwaħħlu minbarra dak l-iskart speċifikat fil-Lista B (innota l-entrata relatata fil-Lista B, B4020)

A3060

Skart ta’ nitroċelluloża

A3070

Skart ta’ fenoli, komposti ta’ fenoli li jinkludu klorofenoli fil-forma ta’ likwidi jew ħama

A3080

Skart ta’ eteri li ma jinkludix dawk speċifikati fil-Lista B

A3090

Skart ta’ trab tal-ġilda, irmied, ħama u trab irqiq meta jkun fihom komposti tal-kromu eżavalenti jew bijoċidi (innota l-entrata relatata fil-Lista B, B3100)

A3100

Skart ta’ bċejjeċ maqtugħin u skart ieħor li ġej mill-ġilda jew minn ġilda rikostitwita mhux adattati għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda li jkun fihom komposti tal-kromu eżavalenti jew bijoċidi (innota l-entrata relatata fil-Lista B, B3090)

A3110

Skart tan-negozju fil-ġlud tal-annimali li jkun fih komposti ta’ kromu eżavalenti jew bijoċidi jew sustanzi infettivi (innota l-entrata relatata fil-Lista B, B3110)

A3120

Tentix – frazzjoni ħafifa mit-tħakkik

A3130

Skart ta’ komposti ta’ fosfru organiku

A3140

Skart ta’ solventi organiċi mhux aloġenati iżda bl-esklużjoni ta’ dak l-iskart speċifikat fil-Lista B

A3150

Skart ta’ solventi aloġenati organiċi

A3160

Skart ta’ residwi ta’ distillazzjoni mhux milwiema aloġenati jew mhux aloġenati li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ rkupru ta’ solventi organiċi

A3170

Skart li jirriżulta mill-produzzjoni ta’ idrokarburi alifatiċi aloġenati (bħall-klorometan, id-dikloroetan, il-klorur tal-vinil, il-klorur tal-vinilidene, il-klorur alliliku u l-epikloridrina)

A3180

Skart, sustanzi u oġġetti li jkun fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu kkontaminati bil-poliklorobifenil (PCB), terfenil poliklorinat (PCT), naftalen poliklorinat (PCN) jew bifenil polibrominat (PBB), jew kwalunkwe analogu polibrominati ieħor ta’ dawn il-komposti, b’livell ta’ konċentrazzjoni ta’ 50 mg/kg jew aktar ( 29 )

A3190

Residwi ta’ skart imċappas bil-qatran (minbarra siment tal-asfalt) li jiġu minn raffinar, distillazzjoni u kwalunkwe trattament pirolitiku ta’ materjali organiċi

A3200

Materjal bituminuż (skart tal-asfalt) mill-kostruzzjoni u mill-manutenzjoni tat-toroq, li fih il-qatran (innota l-entrata relatata fil-Lista B, B2130)

A3210

Skart tal-plastik, inkluż taħlitiet ta’ skart bħal dan, li fih kostitwenti tal-Anness I jew li jkun ikkontaminat bihom, sal-punt li juri karatteristika tal-Anness III (innota l-entrata relatata B3011, fil-Lista B ta’ din il-Parti, u l-entrata Y48 fil-Lista A tal-Parti 2)

A4

Skart li jista’ jkun fih kostitwenti organiċi jew inorganiċi

A4010

Skart mill-produzzjoni, mill-preparazzjoni u mill-użu ta’ prodotti farmaċewtiċi iżda bl-esklużjoni ta’ dak l-iskart speċifikat fil-Lista B

A4020

Skart kliniku u skart relatat; jiġifieri skart li jiġi minn prattiki mediċi, tal-infermerija, dentali, veterinarji, jew prattiki simili, u skart iġġenerat fi sptarijiet jew f’faċilitajiet oħrajn waqt l-investigazzjoni jew waqt it-trattament tal-pazjenti, jew proġetti ta’ riċerka

A4030

Skart mill-produzzjoni, mill-formulazzjoni u mill-użu ta’ bijoċidi u fitofarmaċewtiċi, li jinkludu skart ta’ pestiċidi u erbiċidi mhux skont l-ispeċifikazzjoni, skaduti ( 30 ), jew mhux adattati għall-użu maħsub oriġinali tagħhom

A4040

Skart mill-manifattura, mill-formulazzjoni u mill-użu ta’ sustanzi kimiċi li jippreservaw l-injam ( 31 )

A4050

Skart li jkun fih, jikkonsisti fi jew li jkun ikkontaminat bi kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

— 
Ċjanuri inorganiċi, minbarra residwi f’forma solida li jkun fihom metall prezzjuż u li jkun fihom traċċi ta’ ċjanuri inorganiċi
— 
Ċjanuri organiċi

A4060

Skart minn żjut/ilma, idrokarburi/taħlitiet tal-ilma, emulsjonijiet

A4070

Skart mill-produzzjoni, mill-formulazzjoni u mill-użu tal-linka, kuluri, pigmenti, żebgħat, lakers, verniċ minbarra kwalunkwe skart speċifikat fil-Lista B (innota l-entrata relatata fil-Lista B, B4010)

A4080

Skart ta’ natura splussiva (iżda bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe skart ieħor speċifikat fil-Lista B)

A4090

Skart ta’ soluzzjonijiet aċidużi jew bażiċi, minbarra dawk speċifikati fl-entrata korrispondenti fil-Lista B (innota l-entrata relatata fil-Lista B, B2120)

A4100

Skart minn apparat industrijali ta’ kontroll tat-tniġġis għat-tindif ta’ gassijiet industrijali li joħorġu iżda bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe skart ieħor speċifikat fil-Lista B

A4110

Skart li jkun fih, jikkonsisti fi jew li jkun ikkontaminat bi kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

— 
kwalunkwe konġeneru ta’ poliklorodibenżofuran
— 
kwalunkwe konġeneru ta’ poliklorodibenżo-p-diossina

A4120

Skart li jkun fih, li jikkonsisti fi jew li jkun ikkontaminat bil-perossidi

A4130

Skart ta’ imballaġġ u kontenituri li fihom is-sustanzi tal-Anness I f’konċentrazzjonijiet biżżejjed biex juru l-karatteristiċi ta’ periklu tal-Anness III

A4140

Skart li jikkonsisti fi jew li jkun fih sustanzi kimiċi mhux skont l-ispeċifikazzjoni jew skaduti ( 32 ) li jikkorrispondu għal kategoriji tal-Anness I u li juru l-karatteristiċi ta’ periklu tal-Anness III

A4150

Skart ta’ sustanzi kimiċi li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp jew tagħlim li mhumiex identifikati u/jew li huma ġodda u li l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent mhumiex magħrufa

A4160

Il-karbonju attivat użat mhuwiex inkluż fil-Lista B (innota l-entrata relatata fil-Lista B, B2060)

Lista B (l-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basilea)

B1

Metall u skart li fih il-metall

B1010

Skart ta’ metalli u ta’ ligi tal-metall f’forma metallika li ma tinxteridx:

— 
Metalli prezzjużi (deheb, fidda, il-grupp tal-platinu, minbarra l-merkurju)
— 
Ruttam tal-ħadid u tal-azzar
— 
Ruttam tar-ram
— 
Ruttam tan-nikil
— 
Ruttam tal-aluminju
— 
Ruttam taż-żingu
— 
Ruttam tal-landa
— 
Ruttam tat-tungstenu
— 
Ruttam tal-molibdenu
— 
Ruttam tat-tantalju
— 
Ruttam tal-manjeżju
— 
Ruttam tal-kobalt
— 
Ruttam tal-bismut
— 
Ruttam tat-titanju
— 
Ruttam taż-żirkonju
— 
Ruttam tal-manganiż
— 
Ruttam tal-ġermanju
— 
Ruttam tal-vanadju
— 
Ruttam tal-afnju, tal-indju, tan-nijobju, tar-renju u tal-gallju
— 
Ruttam tat-torju
— 
Ruttam tal-materjali tal-art rari
— 
Ruttam tal-kromu

B1020

Ruttam tal-metall nadif u mhux ikkontaminat, li jinkludi ligi, f’forma lesta ta’ massa (folja, plakka, twavel, lasti, eċċ.):

— 
Ruttam tal-antimonju
— 
Ruttam tal-berillju
— 
Ruttam tal-kadmju
— 
Ruttam taċ-ċomb (iżda bl-esklużjoni tal-batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu)
— 
Ruttam tas-selenju
— 
Ruttam tal-tellurju

B1030

Metalli rifrattarji li fihom residwi

B1031

Skart ta’ metalli u ta’ ligi tal-metall tal-molibdenu, tat-tungstenu, tat-titanju, tat-tantalju, tan-nijobju u tar-renju u f’forma metallika li tinxtered (trab tal-metall), bl-esklużjoni ta’ dak l-iskart speċifikat fil-Lista A taħt l-entrata A1050, Ħama galvanika.

B1040

Ruttam ta’ assemblaġġi mill-ġenerazzjoni tal-elettriku mhux ikkontaminati b’żejt ta’ lubrikazzjoni, PCB jew PCT sal-punt li jagħmilhom perikolużi

B1050

Taħlitiet ta’ metall mhux ferruż, ruttam frazzjonali tqil, li ma jkunx fihom materjali li jinsabu fl-Anness I f’konċentrazzjonijiet biżżejjed biex juru l-karatteristiċi tal-Anness III ( 33 )

B1060

Skart tas-selenju u tat-tellurju f’forma elementari metallika li jinkludi trab

B1070

Skart tar-ram u ta’ ligi tar-ram f’forma li tinxtered, sakemm ma jkunx fihom kostitwenti tal-Anness I sal-punt li juru l-karatteristiċi msemmija fl-Anness III

B1080

Irmied u residwi taż-żingu li jinkludu fdalijiet ta’ ligi taż-żingu f’forma li tinxtered sakemm ma jkunx fihom kostitwenti tal-Anness I f’konċentrazzjoni li juru karatteristiċi tal-Anness III jew li juru l-karatteristika ta’ periklu H4.3 ( 34 )

B1090

Skart ta’ batteriji li jikkonformaw ma’ speċifikazzjoni, minbarra dawk magħmula miċ-ċomb, mill-kadmju jew mill-merkurju

B1100

Skart bil-metall li jiġi mit-tidwib, minn smelting u mir-raffinar ta’ metalli:

— 
Żingu iebes mhux pur
— 
Ħmieġ tal-metalli li fih iż-żingu:
— 
Ħmieġ tal-metall ta’ fuq ta’ biċċiet taż-żingu tal-iggalvanizzar (> 90 % Zn)
— 
Ħmieġ tal-metall ta’ isfel ta’ biċċiet taż-żingu tal-iggalvanizzar (> 92 % Zn)
— 
Ħmieġ tal-metall taż-żingu użat fil-funditura bi pressjoni (> 85 % Zn)
— 
Ħmieġ tal-metall ta’ biċċiet taż-żingu li ġejjin minn magna li tiggalvanizza b’għadsa taħraq (lott) (> 92 % Zn)
— 
Xkuma taż-żingu
— 
Xkuma tal-aluminju minbarra l-gagazza tal-melħ
— 
Gagazzi mill-ipproċessar tar-ram għal aktar ipproċessar jew raffinar mingħajr arseniku, ċomb jew kadmju sal-punt li juru l-karatteristiċi ta’ periklu tal-Anness III
— 
Skart ta’ kisi ta’ rifrattarji, li jinkludi griġjoli, li joriġina minn smelting tar-ram
— 
Gagazzi minn metalli prezzjużi pproċessati għal aktar raffinar
— 
Gagazzi tal-landa li fihom it-tantalju li fihom inqas minn 0,5  % landa

▼M1 —————

▼B

B1115

Skart ta’ kejbils tal-metall miksija jew iżolati bil-plastik, mhux inklużi fl-entrata A1190, minbarra dawk destinati għal operazzjonijiet tal-Anness IVA jew għal kwalunkwe operazzjoni ta’ rimi oħra li tinvolvi, fi kwalunkwe stadju, proċessi termali mhux ikkontrollati, bħal ħruq fil-miftuħ

B1120

Katalizzaturi użati minbarra likwidi użati bħala katalizzaturi, li fihom kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:



—

Metalli ta’ Tranżizzjoni, minbarra l-katalizzaturi tal-iskart (katalizzaturi użati, katalizzaturi użati likwidi jew katalizzaturi oħrajn) fil-Lista A

Skandju

Vanadju

Manganiż

Kobalt

Ram

Ittriju

Nijobju

Afnju

Tungstenu

Titanju

Kromu

Ħadid

Nikil

Żingu

Żirkonju

Molibdenu

Tantalju

Renju

—

Lantanidi (metalli tal-materjali tal-art rari):

Lantanju

Praseodimju

Samarju

Gadolinju

Disprożju

Erbju

Itterbju

Ċerju

Neodimju

Ewropju

Terbju

Olmju

Tulju

Lutezju

B1130

Katalizzaturi użati mnaddfa li jkun fihom metall prezzjuż

B1140

Residwi f’forma solida li jkun fihom metall prezzjuż u li jkun fihom traċċi ta’ ċjanuri inorganiċi

B1150

Skart ta’ metalli prezzjużi u ligi (deheb, fidda, il-grupp ta’ platinu, iżda mhux il-merkurju) f’forma mhux likwida li tinxtered bl-imballaġġ u bit-tikkettar xierqa

B1160

Irmied minn metall prezzjuż mill-inċinerazzjoni ta’ bordijiet ta’ ċirkwiti stampati (innota l-entrata relatata fil-Lista A, A1150)

B1170

Irmied minn metall prezzjuż mill-inċinerazzjoni ta’ film fotografiku

B1180

Skart ta’ film fotografiku li jkun fih alidi tal-fidda u fidda metallika

B1190

Skart ta’ karta fotografika li jkun fiha alidi tal-fidda u fidda metallika

B1200

Gagazza granulata li tirriżulta mill-manifattura tal-ħadid u tal-azzar

B1210

Gagazza li tirriżulta mill-manifattura tal-ħadid u tal-azzar li tinkludi gagazza bħala sors ta’ TiO2 u vanadju

B1220

Gagazza mill-produzzjoni taż-żingu, stabbilizzata b’mod kimiku, li jkollha kontenut għoli ta’ ħadid (‘il fuq minn 20 %) u li tkun ipproċessata skont speċifikazzjonijiet industrijali (eż. DIN 4301) prinċipalment għall-kostruzzjoni

B1230

Qxur mill-manifattura tal-ħadid u tal-azzar

B1240

Qxur tal-ossidu tar-ram

B1250

Skart ta’ vetturi li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja tagħhom, li la jkun fih likwidi u lanqas komponenti perikolużi oħrajn

B2

Skart li fil-biċċa l-kbira jkun jikkonsisti f’kostitwenti inorganiċi, li jista’ jkun fihom metalli u materjali organiċi

B2010

Skart minn operazzjonijiet ta’ tħaffir li jkun f’forma li ma tinxteridx:

— 
Skart tal-grafit naturali
— 
Skart tal-lavanja, kemm jekk imqatta’ b’mod irregolari kif ukoll jekk le jew sempliċement maqtugħ b’sega jew b’mod ieħor
— 
Skart tal-majka
— 
Skart tal-luċit, tan-nefelin u tas-sijenit tan-nefelin
— 
Skart tal-feldspar
— 
Skart tal-fluworit
— 
Skart tas-silika f’forma solida li jeskludi dak użat f’operazzjonijiet ta’ fonderiji

B2020

Skart tal-ħġieġ f’forma li ma tinxteridx:

— 
Bċejjeċ u skart u ruttam ieħor tal-ħġieġ ħlief ħġieġ minn tubi katodiċi u ħġieġ ieħor attivat

B2030

Skart taċ-ċeramika f’forma li ma tinxteridx:

— 
Skart u ruttam taċ-ċermit (sustanzi kompożiti tal-metall u taċ-ċeramika)
— 
Fibri bbażati fuq iċ-ċeramika li mhumiex speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor

B2040

Skart ieħor li fil-biċċa l-kbira fih kostitwenti inorganiċi:

— 
Sulfat tal-kalċju raffinat parzjalment prodott minn desulfurizzazzjoni ta’ gassijiet miċ-ċmieni tal-impjanti tal-kombustjoni (FGD)
— 
Skart tal-ġibs ta’ bordijiet tal-ħitan jew ta’ folji tal-ġibs li jiġi mit-twaqqigħ tal-bini
— 
Gagazza mill-produzzjoni tar-ram, stabbilizzata b’mod kimiku, li għandha kontenut għoli ta’ ħadid (‘il fuq minn 20 %) u pproċessata skont speċifikazzjonijiet industrijali (eż. DIN 4301 u DIN 8201) prinċipalment għall-applikazzjonijiet tal-kostruzzjoni u brix
— 
Kubrit f’forma solida
— 
Ġebla tal-ġir mill-produzzjoni taċ-ċjanamid tal-kalċju (li jkollu pH inqas minn 9)
— 
Kloruri tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju
— 
Karbur tas-siliċju
— 
Konkrit imkisser
— 
Litju-tantalju u litju-nijobju li fih ruttam tal-ħġieġ

B2050

Irmied li jtir mill-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam, mhux inklużi fil-Lista A (innota l-entrata relatata fil-Lista A, A2060)

B2060

Karbonju attivat użat li ma fih ebda kostitwent tal-Anness I sal-punt li juru karatteristiċi tal-Anness III, pereżempju, karbonju li jirriżulta mit-trattament tal-ilma tajjeb għax-xorb u mill-proċessi tal-industrija tal-ikel u mill-produzzjoni tal-vitamini (innota l-entrata relatata fil-Lista A, A4160)

B2070

Ħama ta’ fluworur tal-kalċju

B2080

Skart tal-ġipsum li jiġi mill-proċessi industrijali kimiċi li mhumiex inklużi fil-Lista A (innota l-entrata relatata fil-Lista A, A2040)

B2090

Ċipep ta’ anodi użati għar-rimi mill-produzzjoni tal-azzar jew tal-aluminju magħmula minn kokk jew bitum petroliferu u mnaddfa skont l-ispeċifikazzjonijiet industrijali normali (minbarra ċipep ta’ anodi minn elettroliżi tal-kloroalkali u mill-industrija metallurġika)

B2100

Skart ta’ idrati tal-aluminju u skart ta’ alumina u residwi mill-produzzjoni tal-alumina bl-esklużjoni ta’ materjali bħal dawk użati għall-proċessi tat-tindif tal-gass, tal-flokkulazzjoni jew tal-filtrazzjoni

B2110

Residwu tal-boksajt (“tajn aħmar”) (pH immoderat għal inqas minn 11,5 )

B2120

Skart ta’ soluzzjonijiet aċidużi jew bażiċi b’pH ta’ aktar minn 2 u inqas minn 11,5 , li mhumiex korrużivi jew b’mod ieħor perikolużi (innota l-entrata relatata fil-Lista A, A4090)

B2130

Materjal bituminuż (skart tal-asfalt) mill-kostruzzjoni u mill-manutenzjoni tat-toroq, li ma fihx qatran ( 35 ) (innota l-entrata relatata fil-Lista A, A3200)

B3

Skart li fil-biċċa l-kbira jkun fih kostitwenti organiċi, li jista’ jkun fihom metalli u materjali inorganiċi

B3011 ( 36 )

Skart tal-plastik (innota l-entrata relatata A3210, fil-Lista A ta’ din il-Parti, u l-entrata Y48, fil-Lista A tal-Parti 2)

— 
L-iskart tal-plastik elenkat hawn taħt, dment li jkun iddestinat għar-riċiklaġġ ( 37 ) b’mod li jħares l-ambjent u kważi ħieles minn kontaminazzjoni u minn tipi oħrajn ta’ skart ( 38 ):
— 
Skart tal-plastik li jikkonsisti kważi esklużivament ( 39 ) minn polimeru mhux aloġenat wieħed, inkluż il-polimeri li ġejjin iżda mhux limitat għalihom:
— 
Polietilen (PE)
— 
Polipropilen (PP)
— 
Polistiren (PS)
— 
Akrilonitril butadien stiren (ABS)
— 
Polietilentereftalat (PET)
— 
Polikarbonati (PC)
— 
Polieteri
— 
Skart tal-plastik li kważi esklużivament ( 40 ) jikkonsisti minn reżina mwebbsa waħda jew minn prodott wieħed tal-kondensazzjoni, inkluż ir-reżini li ġejjin iżda mhux limitat għalihom:
— 
Reżini tal-formaldeid tal-urea
— 
Reżini tal-formaldeid tal-fenol
— 
Reżini tal-formaldeid tal-melammina
— 
Reżini tal-epossi
— 
Reżini alkidi
— 
Skart tal-plastik li kważi esklużivament (40)  jikkonsisti minn wieħed mill-polimeri fluworurati li ġejjin ( 41 ):
— 
Perfluworoetilen/propilen (FEP)
— 
Alkani perfluworoalkossiċi:
— 
Tetrafluworoetilen/perfluworoalkil vinil etere (PFA)
— 
Tetrafluworoetilen/perfluworometil vinil etere (MFA)
— 
Polivinilfluworur (PVF)
— 
Polivinilidenefluworur (PVDF)
— 
Taħlitiet ta’ skart tal-plastik, li jikkonsistu minn polietilen (PE), polipropilen (PP) u/jew polietilentereftalat (PET), dment li jkunu destinati għal riċiklaġġ separat ( 42 ) ta’ kull materjal u b’mod li jħares l-ambjent, u kważi ħielsa minn kontaminazzjoni u tipi oħrajn ta’ skart ( 43 ).

B3020

Skart ta’ karta, kartun u prodotti tal-karti

Il-materjali li ġejjin, sakemm ma jkunux imħallta ma’ skart perikoluż:

Skart u ruttam ta’ karti jew ta’ kartun ta’:

— 
karta jew kartun mhux ibbliċjat jew minn karti jew kartun immewweġ
— 
karti jew kartun ieħor, magħmul prinċipalment minn polpa bbliċjata kimikament, fil-biċċa l-kbira mhux kulurit
— 
karti jew kartun magħmul prinċipalment minn polpa mekkanika (pereżempju, gazzetti, ġurnali u materjal stampat b’mod simili)
— 
oħrajn, li jinkludu iżda mhux limitati għal
1. 

kartun laminat;

2. 

skart mhux separat

B3026

L-iskart li ġej mill-pretrattament ta’ imballaġġ kompożitu għal-likwidi, li ma fihx materjali tal-Anness I f’konċentrazzjonijiet biżżejjed biex juru karatteristiċi tal-Anness III:

— 
Frazzjoni ta’ plastik mhux separabbli
— 
Frazzjoni ta’ plastik-aluminju mhux separabbli

B3027

Skart ta’ laminat ta’ tikketti li jeħlu waħedhom li fih materja prima użata fil-produzzjoni tal-materjal tat-tikketti

B3030

Skart tat-tessuti

Il-materjali li ġejjin, dment li mhumiex imħallta ma’ skart ieħor u huma ppreparati għal xi speċifikazzjoni:

— 
Skart tal-ħarir (inkluż fosqdiet li mhumiex adattati għat-tkebbib, skart tal-ħjut u materjal imrixtel)
— 
mhux imqardax jew mimxut
— 
oħrajn
— 
Skart tas-suf jew ta’ xagħar fin jew aħrax tal-annimali, inkluż skart tal-ħjut iżda bl-esklużjoni ta’ materjal imrixtel
— 
suf qasir jew ix-xagħar fin tal-annimali li jibqgħu mal-moxt tat-trixtil
— 
skart ieħor tas-suf jew tax-xagħar fin tal-annimali
— 
skart tax-xagħar mhux raffinat tal-annimali
— 
Skart tal-qoton (inkluż skart tal-ħajt għall-insiġ u materjal imrixtel)
— 
skart tal-ħajt għall-insiġ (inkluż skart tal-ħjut)
— 
materjal imrixtel
— 
oħrajn
— 
Truf u skart tal-kittien
— 
Truf u skart tal-qanneb (inkluż skart tal-ħajt għall-insiġ u materjal imrixtel) ta’ qanneb ta’ veru (Cannabis sativa L.)
— 
Truf u skart (inkluż skart tal-ħajt għall-insiġ u materjal imrixtel) ta’ ġuta u fibri tessuti tat-tilju oħrajn (minbarra kittien, qanneb ta’ veru u rami)
— 
Truf u skart (inkluż skart tal-ħajt għall-insiġ u materjal imrixtel) tas-sisal u fibri ta’ tessuti oħrajn tal-ġeneru Agave
— 
Truf, suf qasir u skart (inkluż skart tal-ħajt għall-insiġ u materjal imrixtel) tal-ġewż tal-Indi
— 
Truf, suf qasir u skart (inkluż skart tal-ħajt għall-insiġ u materjal imrixtel) tal-Manila (qanneb ta’ Manila jew Musa textilis Nee)
— 
Truf, suf qasir u skart (inkluż skart tal-ħajt għall-insiġ u materjal imrixtel) tar-rami u tessuti magħmula minn fibri veġetali oħrajn, mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor
— 
Skart (li jinkludi suf qasir, skart tal-ħajt għall-insiġ u materjal imrixtel) ta’ fibri magħmula mill-bniedem
— 
ta’ fibri sintetiċi
— 
ta’ fibri artifiċjali
— 
Ilbies użat u oġġetti oħrajn tat-tessuti użati
— 
Ċraret użati, ruttam ta’ ħjut tal-qanneb, ħbula, ħabel u kejbils u oġġetti ta’ ħjut tal-qanneb użati, ħbula, ħabel jew kejbils tat-tessuti
— 
issortjati
— 
oħrajn

B3035

Skart tat-tessuti li jgħattu l-art, twapet

B3040

Skart tal-lastiku

Il-materjali li ġejjin, dment li ma jkunux imħallta ma’ skart ieħor:

— 
Skart u ruttam ta’ lastiku iebes (eż. ebonit)
— 
Skart ieħor tal-lastiku (minbarra skart bħal dan speċifikat xi mkien ieħor)

B3050

Sufra mhux ittrattata u skart tal-injam:

— 
Skart u ruttam tal-injam, sew jekk agglomerat jew le fi zkuk, briquettes, pelits jew forom simili
— 
Skart tas-sufra: sufra misħuqa, imrammla jew mitħuna

B3060

Skart li jiġi minn industriji agroalimentari sakemm ma jkunx infettiv:

— 
Karfa tal-inbid
— 
Skart veġetali mnixxef u sterilizzat, residwi u prodotti sekondarji, kemm jekk fil-forma ta’ pelits kif ukoll jekk le, jew ta’ tip użat fl-għalf tal-annimali, mhux speċifikat jew inkluż mod ieħor
— 
Tneħħija ta’ grass; residwi li jirriżultaw mit-trattament ta’ sustanzi xaħmin jew xemgħat ta’ annimali jew veġetali
— 
Skart ta’ għadam u qalba tal-qrun, mhux maħduma, bix-xaħam imneħħi, ippreparati b’mod sempliċi (iżda mhux maqtugħin għall-forma), ittrattati bl-aċidu jew deġelatinizzati
— 
Skart tal-ħut
— 
Qxur tal-kawkaw, ħliefa, qxur u skart ieħor tal-kawkaw
— 
Skart ieħor mill-industrija agroalimentari bl-esklużjoni ta’ prodotti sekondarji, li jissodisfaw rekwiżiti nazzjonali u internazzjonali u standards għall-konsum mill-bnedmin jew mill-annimali

B3065

Skart ta’ xaħam li jista’ jittiekel u żjut ta’ oriġini tal-annimali jew veġetali (eż. żjut tal-qali), dment li ma jurux xi karatteristika tal-Anness III

B3070

L-iskart li ġej:

— 
Skart ta’ xagħar tal-bniedem
— 
Skart tat-tiben
— 
Fungu miċelju diżattivat mill-produzzjoni tal-peniċillina li jintuża bħala għalf għall-annimali

B3080

Skart ta’ qtugħ u ruttam tal-lastiku

B3090

Skart ta’ bċejjeċ maqtugħin u skart ieħor li ġej mill-ġilda jew minn ġilda rikostitwita mhux adattat għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda, minbarra ħama tal-ġilda, li ma jkunx fihom komposti tal-kromu eżavalenti u bijoċidi (innota l-entrata relatata fil-Lista A, A3100)

B3100

Trab tal-ġilda, irmied, ħama jew trab irqiq li ma fihx komposti ta’ kromu eżavalenti jew bijoċidi (innota l-entrata relatata fil-Lista A, A3090)

B3110

Skart tan-negozju fil-ġlud tal-annimali li ma jkunx fih komposti ta’ kromu eżavalenti jew bijoċidi jew sustanzi infettivi (innota l-entrata relatata fil-Lista A, A3110)

B3120

Skart li jikkonsisti f’kuluri tal-ikel

B3130

Skart ta’ eteri polimeri u skart mhux perikoluż ta’ eteri monomeri li mhumiex kapaċi jiffurmaw perossidi

B3140

Skart ta’ tajers pnewmatiċi, bl-esklużjoni ta’ dawk destinati għall-operazzjonijiet tal-Anness IVA

B4

Skart li jista’ jkun fih kostitwenti organiċi jew inorganiċi

B4010

Skart li jikkonsisti fil-biċċa l-kbira tiegħu f’żebgħat ibbażati fuq l-ilma jew latex, linka u verniċ imwebbes li ma fihomx solventi organiċi, metalli tqal jew bijoċidi sal-punt li jagħmilhom perikolużi (innota l-entrata relatata fil-Lista A, A4070)

B4020

Skart mill-produzzjoni, mill-formulazzjoni u mill-użu ta’ reżini, latex, plastifikanti, kolla/sustanzi li jwaħħlu, mhux imniżżla fil-Lista A, mingħajr solventi u kontaminanti sal-punt li ma jurux karatteristiċi tal-Anness III, eż. ibbażati fuq l-ilma, jew kolla bbażata fuq lamtu tal-kaseina, destrina, eteri taċ-ċelluloża, alkoħol tal-polivinil (innota l-entrata relatata fil-Lista A, A3050)

▼M1 —————

▼B

Parti 2

Lista A (l-Anness II tal-Konvenzjoni ta’ Basilea)

Y46

Skart miġbur mill-unitajiet domestiċi ( 44 )

Y47

Residwi li jirriżultaw mill-inċinerazzjoni ta’ ►C1  skart fil-livell nazzjonali ◄

Y48

Skart tal-plastik, inkluż taħlitiet ta’ skart bħal dan, bl-eċċezzjoni ta’dan li ġej:

— 
Skart tal-plastik li jkun skart perikoluż (ara l-entrata A3210 fil-lista A tal-Parti 1 fl-Anness V)
— 
L-iskart tal-plastik elenkat hawn taħt, dment li jkun iddestinat għar-riċiklaġġ ( 45 ) b’mod li jħares l-ambjent u kważi ħieles minn kontaminazzjoni u minn tipi oħrajn ta’ skart ( 46 ):
— 
Skart tal-plastik li jikkonsisti kważi esklużivament ( 47 ) minn polimeru mhux aloġenat wieħed, inkluż il-polimeri li ġejjin iżda mhux limitat għalihom:
— 
Polietilen (PE)
— 
Polipropilen (PP)
— 
Polistiren (PS)
— 
Akrilonitril butadien stiren (ABS)
— 
Polietilentereftalat (PET)
— 
Polikarbonati (PC)
— 
Polieteri
— 
Skart tal-plastik li kważi esklużivament ( 48 ) jikkonsisti minn reżina mwebbsa waħda jew minn prodott wieħed tal-kondensazzjoni, inkluż ir-reżini li ġejjin iżda mhux limitat għalihom:
— 
Reżini tal-formaldeid tal-urea
— 
Reżini tal-formaldeid tal-fenol
— 
Reżini tal-formaldeid tal-melammina
— 
Reżini tal-epossi
— 
Reżini alkidi
— 
Skart tal-plastik li kważi esklużivament (48)  jikkonsisti minn wieħed mill-polimeri fluworurati li ġejjin ( 49 ):
— 
Perfluworoetilen/propilen (FEP)
— 
Alkani perfluworoalkossiċi:
— 
Tetrafluworoetilen/perfluworoalkil vinil etere (PFA)
— 
Tetrafluworoetilen/perfluworometil vinil etere (MFA)
— 
Polivinilfluworur (PVF)
— 
Polivinilidenefluworur (PVDF)
— 
Taħlitiet ta’ skart tal-plastik, li jikkonsistu minn polietilen (PE), polipropilen (PP) u/jew polietilentereftalat (PET), dment li jkunu destinati għal riċiklaġġ separat ( 50 ) ta’ kull materjal u b’mod li jħares l-ambjent, u kważi ħielsa minn kontaminazzjoni u tipi oħrajn ta’ skart ( 51 ).

▼M1

Y49

Skart elettriku u elettroniku:

— 
L-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku
— 
ma fihx u mhux ikkontaminat bil-kostitwenti tal-Anness I sal-punt li l-iskart juri karatteristika tal-Anness III, u
— 
fejn l-ebda wieħed mill-komponenti (eż. ċerti bordijiet ta’ ċirkwiti, ċerti apparati ta’ wiri) ma fihom jew huma kkontaminati bil-kostitwenti tal-Anness I sal-punt li l-komponent juri karatteristika tal-Anness III
— 
Komponenti ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (eż. ċerti bordijiet ta’ ċirkwiti, ċerti apparati ta’ wiri) li ma fihomx u li ma humiex ikkontaminati b’kostitwenti tal-Anness I sal-punt li l-komponenti tal-iskart juru karatteristika tal-Anness III, sakemm ma jkunux koperti minn entrata oħra fl-Anness II jew entrata fl-Anness IX
— 
Skart li jiġi mill-ipproċessar ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku jew komponenti ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (eż. frazzjonijiet li jirriżultaw minn tqattigħ jew żarmar), li ma fihx u li mhux ikkontaminat b’kostitwenti tal-Anness I sal-punt li l-iskart juri karatteristika tal-Anness III, sakemm ma jkunx kopert minn entrata oħra fl-Anness II jew entrata fl-Anness IX.

▼B

Lista B (Skart mill-Appendiċi 4, il-Parti II tad-Deċiżjoni tal-OECD) ( 52 )

Skart li fih il-metall



AA010

2619 00

Ħmieġ tal-metalli, ġebla u skart ieħor mill-manifattura tal-ħadid u tal-azzar ()

AA060

2620 50

Irmied u residwi tal-vanadju

AA190

8104 20

ex 8104 30

Skart tal-manjeżju u ruttam li jaqbad, piroforiku jew li jemetti, meta jmiss mal-ilma, gassijiet li jaqbdu fi kwantitajiet perikolużi

(1)   

Dan l-elenkar jinkludi skart fil-forma ta’ rmied, residwu, gagazza, ħmieġ tal-metall, ġebla, trab, sustanzi f’forma ta’ trab, ħama u kejk, sakemm materjal ma jkunx elenkat b’mod espliċitu xi mkien ieħor.

Skart li fil-biċċa l-kbira jkun jikkonsisti f’kostitwenti inorganiċi, li jista’ jkun fihom metalli u materjali organiċi



AB030

 

Skart minn sistemi mhux ibbażati fuq iċ-ċjanur li jirriżultaw mit-trattament tal-wiċċ tal-metalli

AB070

 

Ramel użat f’operazzjonijiet ta’ fonderija

AB120

ex 2812 90

Komposti ta’ alidi mhux organiċi, mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor

 

ex 3824

 

AB150

ex 3824 90

Sulfit tal-kalċju mhux raffinat u sulfat tal-kalċju li jkun għadda minn desulfurizzazzjoni ta’ gassijiet miċ-ċmieni tal-impjanti tal-kombustjoni (FGD)

Skart li fil-biċċa l-kbira jkun fih kostitwenti organiċi, li jista’ jkun fihom metalli u materjali inorganiċi



AC060

ex 3819 00

Fluwidi idrawliċi

AC070

ex 3819 00

Fluwidi tal-brejkijiet

AC080

ex 3820 00

Fluwidi antikonġelanti

AC150

 

Klorofluworokarburi

AC160

 

Alonijiet

AC170

ex 4403 10

Skart tas-sufra u tal-injam ittrattat

Skart li jista’ jkun fih kostitwenti organiċi jew inorganiċi



AD090

ex 3824 90

Skart mill-produzzjoni, mill-formulazzjoni u mill-użu ta’ sustanzi kimiċi reprografiċi u fotografiċi u materjal mhux speċifikat jew inkluż xi mkien ieħor

AD100

 

Skart minn sistemi mhux ibbażati fuq iċ-ċjanur li jirriżultaw mit-trattament tal-wiċċ tal-plastik

AD120

ex 3914 00

Reżini ta’ skambju tal-joni

 

ex 3915

 

AD150

 

Materjal organiku li jseħħ b’mod naturali użat bħala mezz ta’ filtru (bħal bijofiltri)

Skart li fil-biċċa l-kbira jkun jikkonsisti f’kostitwenti inorganiċi, li jista’ jkun fihom metalli u materjali organiċi



RB020

ex 6815

Fibri b’bażi taċ-ċeramika b’karatteristiċi fiżikokimiċi simili għal dawk tal-asbestos

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit