+KAPITOLU II Aktar elementi ta’ sistemi, protokolli u għodod biex jiġi mminimizzat l-impatt tar-riskju tal-ICT
---+Artikolu 33 Kontroll tal-Aċċess
---+Artikolu 34 Sigurtà tal-operazzjonijiet tal-ICT
---+Artikolu 35 Sigurtà tad-data, tas-sistema u tan-network
---+Artikolu 36 Ittestjar tas-sigurtà tal-ICT
------+Artikolu 36 1.
------+Artikolu 36 2.
------+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 37 Akkwiżizzjoni, żvilupp u manutenzjoni tas-sistemi tal-ICT
---+Artikolu 38 Ġestjoni tal-proġetti tal-ICT u tat-tibdil tagħhom
------+Artikolu 38 1.
------+Artikolu 38 2.

KAPITOLU II Aktar elementi ta’ sistemi, protokolli u għodod biex jiġi mminimizzat l-impatt tar-riskju tal-ICT

KAPITOLU II Aktar elementi ta’ sistemi, protokolli u għodod biex jiġi mminimizzat l-impatt tar-riskju tal-ICT

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 Kontroll tal-Aċċess

Artikolu 33

Kontroll tal-Aċċess

L-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw proċeduri għall-kontroll loġiku u fiżiku tal-aċċess għandhom jinfurzaw, jimmonitorjaw u jirrieżaminaw perjodikament dawk il-proċeduri. Dawk il-proċeduri għandu jkun fihom l-elementi ta’ kontroll loġiku u fiżiku tal-aċċess li ġejjin:

(a) 

id-drittijiet ta’ aċċess għal assi tal-informazzjoni, għal assi tal-ICT u għall-funzjonijiet appoġġati tagħhom, u għal postijiet kritiċi ta’ operazzjoni tal-entità finanzjarja, huma ġestiti fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif, ħtieġa ta’ użu u tal-anqas privileġġi, inkluż għal aċċess mill-bogħod u ta’ emerġenza;

(b) 

l-akkontabilità tal-utent, li tiżgura li l-utenti jkunu jistgħu jiġu identifikati għall-azzjonijiet imwettqa fis-sistemi tal-ICT;

(c) 

proċeduri ta’ ġestjoni tal-kontijiet għall-għoti, it-tibdil jew ir-revoka tad-drittijiet ta’ aċċess għall-kontijiet tal-utenti u l-kontijiet ġeneriċi, inklużi l-kontijiet ta’ amministraturi ġeneriċi;

(d) 

metodi ta’ awtentikazzjoni li huma proporzjonati għall-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(1) u għall-profil tar-riskju ġenerali tal-assi tal-ICT, u li huma bbażati fuq prattiki ewlenin;

(e) 

id-drittijiet ta’ aċċess jiġu rrieżaminati perjodikament u jiġu rtirati meta ma jibqgħux meħtieġa.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-entità finanzjarja għandha tassenja aċċess privileġġat, ta’ emerġenza u ta’ amministratur fuq bażi tal-ħtieġa tal-użu jew fuq bażi ad hoc għas-sistemi kollha tal-ICT, u għandha tiġi rreġistrata f’konformità mal-Artikolu 34, l-ewwel paragrafu, il-punt (f).

Għall-finijiet tal-punt (d), l-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw metodi ta’ awtentikazzjoni b’saħħithom li huma bbażati fuq prattiki ewlenin għall-aċċess mill-bogħod għan-network tal-entitajiet finanzjarji, għall-aċċess privileġġat, u għall-aċċess għall-assi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti li huma disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 34 Sigurtà tal-operazzjonijiet tal-ICT

Artikolu 34

Sigurtà tal-operazzjonijiet tal-ICT

L-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom, bħala parti mis-sistemi, mill-protokolli u mill-għodod tagħhom, u għall-assi kollha tal-ICT:

(a) 

jimmonitorjaw u jimmaniġġaw iċ-ċiklu tal-ħajja tal-assi kollha tal-ICT;

(b) 

jimmonitorjaw jekk l-assi tal-ICT humiex appoġġati minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT ta’ entitajiet finanzjarji, meta applikabbli;

(c) 

jidentifikaw ir-rekwiżiti tal-kapaċità tal-assi u l-miżuri tal-ICT tagħhom biex iżommu u jtejbu d-disponibbiltà u l-effiċjenza tas-sistemi tal-ICT u jipprevjenu n-nuqqas ta’ kapaċitajiet tal-ICT qabel ma jimmaterjalizzaw;

(d) 

iwettqu skennjar u valutazzjonijiet awtomatizzati għall-vulnerabbiltajiet fuq l-assi tal-ICT proporzjonati għall-klassifikazzjoni tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 30(1) u għall-profil tar-riskju ġenerali tal-assi tal-ICT, u jużaw is-software korrettiv biex jirrimedjaw il-vulnerabbiltajiet identifikati;

(e) 

jimmaniġġaw ir-riskji relatati ma’ assi tal-ICT skaduti, mhux appoġġati jew miruta;

(f) 

jirreġistraw avvenimenti relatati mal-kontroll loġiku u fiżiku tal-aċċess, mal-operazzjonijiet tal-ICT, inklużi l-attivitajiet tat-traffiku tas-sistema u tan-network, u l-ġestjoni tat-tibdil fl-ICT;

(g) 

jidentifikaw u jimplimentaw miżuri għall-monitoraġġ u l-analiżi ta’ informazzjoni dwar attivitajiet u mġiba anomali għal operazzjonijiet kritiċi jew importanti tal-ICT;

(h) 

jimplimentaw miżuri għall-monitoraġġ ta’ informazzjoni rilevanti u aġġornata dwar it-theddid ċibernetiku;

(i) 

jimplimentaw miżuri biex jidentifikaw tixrid possibbli ta’ informazzjoni, kodiċi malizzjuż u theddid ieħor għas-sigurtà, u vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament fis-software u fil-hardware, u jivverifikaw aġġornamenti korrispondenti ġodda dwar is-sigurtà.

Għall-finijiet tal-punt (f), l-entitajiet finanzjarji għandhom jallinjaw il-livell ta’ dettall tar-reġistri mal-iskop u l-użu tagħhom tal-assi tal-ICT li jipproduċi dawk ir-reġistri.

Artikolu 35 Sigurtà tad-data, tas-sistema u tan-network

Artikolu 35

Sigurtà tad-data, tas-sistema u tan-network

L-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom, bħala parti mis-sistemi, il-protokolli u l-għodod tagħhom, jiżviluppaw u jimplimentaw salvagwardji li jiżguraw is-sigurtà tan-networks kontra l-intrużjonijiet u l-użu ħażin tad-data u li jippreżervaw id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data. B’mod partikolari, l-entitajiet finanzjarji għandhom, filwaqt li jqisu l-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(1) ta’ dan ir-Regolament, jistabbilixxu dan kollu li ġej:

(a) 

l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-protezzjoni tad-data waqt l-użu, fi tranżitu u waqt li tkun wieqfa;

(b) 

l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà rigward l-użu ta’ software, mezzi għall-ħżin tad-data, sistemi u apparati ta’ punt tat-tmiem li jittrasferixxu u jaħżnu d-data tal-entità finanzjarja;

(c) 

l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġu pprevenuti u individwati konnessjonijiet mhux awtorizzati man-network tal-entità finanzjarja, u biex jiġi żgurat it-traffiku tan-network bejn in-networks interni tal-entità finanzjarja u l-Internet u konnessjonijiet esterni oħrajn;

(d) 

l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jiżguraw id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data matul it-trażmissjonijiet tan-network;

(e) 

proċess biex titħassar b’mod sigur id-data fil-bini, jew li tinħażen esternament, li l-entità finanzjarja ma għadhiex teħtieġ tiġbor jew taħżen;

(f) 

proċess biex l-apparati għall-ħżin tad-data fil-bini jew l-apparati għall-ħżin tad-data li jinħażnu esternament li jkun fihom informazzjoni kunfidenzjali jintremew b’mod sigur, jew jiġu ddekumissjonati;

(g) 

l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġi żgurat li t-telexogħol u l-użu ta’ apparati ta’ punt tat-tmiem privat ma jkollhomx impatt negattiv fuq il-kapaċità tal-entità finanzjarja li twettaq l-attivitajiet kritiċi tagħha b’mod adegwat, f’waqtu u sigur.

Artikolu 36 Ittestjar tas-sigurtà tal-ICT -
Artikolu 37 Akkwiżizzjoni, żvilupp u manutenzjoni tas-sistemi tal-ICT

Artikolu 37

Akkwiżizzjoni, żvilupp u manutenzjoni tas-sistemi tal-ICT

L-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom jiddisinjaw u jimplimentaw, meta jkun xieraq, proċedura li tirregola l-akkwiżizzjoni, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-ICT wara approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Dik il-proċedura għandha:

(a) 

tiżgura li, qabel ma sseħħ kwalunkwe akkwiżizzjoni jew żvilupp tas-sistemi tal-ICT, ir-rekwiżiti funzjonali u mhux funzjonali, inklużi r-rekwiżiti tas-sigurtà tal-informazzjoni, ikunu speċifikati u approvati b’mod ċar mill-funzjoni tan-negozju kkonċernata;

(b) 

tiżgura l-ittestjar u l-approvazzjoni tas-sistemi tal-ICT qabel l-ewwel użu tagħhom u qabel ma jiġu introdotti t-tibdiliet fl-ambjent ta’ produzzjoni;

(c) 

tidentifika miżuri biex jiġi mmitigat ir-riskju ta’ tibdil mhux intenzjonat jew ta’ manipulazzjoni intenzjonata tas-sistemi tal-ICT matul l-iżvilupp u l-implimentazzjoni fl-ambjent ta’ produzzjoni.

Artikolu 38 Ġestjoni tal-proġetti tal-ICT u tat-tibdil tagħhom -

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit