+Artikolu 11 2

Artikolu 11 2

2.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandu jkollhom uffiċjal għall-konformità, li għandu jinħatar mill-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni u b’pożizzjoni ġerarkika għolja biżżejjed, li għandu jkun responsabbli għall-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli fl-operat ta’ kuljum tar-rekwiżiti AML/CFT tal-entità marbuta b’obbligu, inkluż b’rabta mal-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati, u għandu jkun punt ta’ kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti. L-uffiċjal għall-konformità għandu jkun responsabbli wkoll għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi lill-FIU f’konformità mal-Artikolu 69(6).

Fil-każ ta’ entitajiet marbutin b’obbligu soġġetti għal kontrolli fuq il-maniġment superjuri jew fuq is-sidien benefiċjarji tagħhom skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2024/1640 jew skont atti legali oħrajn tal-Unjoni, l-uffiċjali għall-konformità għandhom ikunu soġġetti għal verifika li jkunu konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Meta jkun iġġustifikat mid-daqs tal-entità marbuta b’obbligu u r-riskju baxx tal-attivitajiet tagħha, entità marbuta b’obbligu li tkun parti minn grupp tista’ taħtar bħala l-uffiċjal għall-konformità tagħha individwu li jwettaq dik il-funzjoni f’entità oħra fi ħdan dak il-grupp.

L-uffiċjal għall-konformità jista’ jitneħħa biss wara notifika minn qabel lill-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni. L-entità marbuta b’obbligu għandha tinnotifika lis-superviżur bit-tneħħija tal-uffiċjal għall-konformità, filwaqt li tispeċifika jekk id-deċiżjoni tirrigwardax it-twettiq tal-kompiti assenjati skont dan ir-Regolament. L-uffiċjal għall-konformità jista’, fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha stess jew fuq talba, jipprovdi informazzjoni lis-superviżur dwar it-tneħħija. Is-superviżur jista’ juża dik l-informazzjoni biex iwettaq il-kompiti tiegħu skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u skont l-Artikolu 37(4) tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit