4. Meta l-AMLA tidentifika li pajjiż terz, għajr dawk identifikati skont l-Artikoli 29 u 30, jippreżenta theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, hija tista’ tindirizza opinjoni lill-Kummissjoni li tiddeskrivi t-theddida li tkun identifikat u għaliex temmen li jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika l-pajjiż terz skont il-paragrafu 1.
Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tidentifikax il-pajjiż terz imsemmi fl-ewwel subparagrafu, hija għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għal dan lill-AMLA.