+Artikolu 31 Identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jippreżentaw theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni
---+Artikolu 31 1
---+Artikolu 31 2
---+Artikolu 31 3
---+Artikolu 31 4
---+Artikolu 31 5
---+Artikolu 31 6
---+Artikolu 31 7
---+Artikolu 31 8
---+Artikolu 31 9

Artikolu 31 Identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jippreżentaw theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1

1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jidentifikaw pajjiżi terzi meta f’każijiet eċċezzjonali tqis li huwa indispensabbli biex ittaffi theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni u l-funzjonament xieraq tas-suq intern li tirriżulta minn dawk il-pajjiżi terzi, u li ma jistgħux jittaffew skont l-Artikoli 29 u 30.

Artikolu 31 2

2.   Il-Kummissjoni, meta tfassal l-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1, għandha tqis b’mod partikolari l-kriterji li ġejjin:

(a)

il-qafas legali u istituzzjonali AML/CFT tal-pajjiż terz, b’mod partikolari:

(i)

il-kriminalizzazzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu;

(ii)

miżuri relatati mad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti;

(iii)

rekwiżiti relatati maż-żamma ta’ rekords;

(iv)

rekwiżiti relatati mar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi;

(v)

id-disponibbiltà ta’ informazzjoni akkurata u f’waqtha dwar is-sjieda benefiċjarja tal-persuni ġuridiċi u tal-arranġamenti ġuridiċi għall-awtoritajiet kompetenti;

(b)

is-setgħat u l-proċeduri tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi b’mod xieraq, kif ukoll il-prattiki tal-pajjiż terz fir-rigward tal-kooperazzjoni u tal-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

(c)

l-effettività tas-sistema tal-AML/CFT tal-pajjiż terz fl-indirizzar tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 31 3

3.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-livell ta’ theddida msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-AMLA tadotta opinjoni mmirata sabiex tivvaluta l-impatt speċifiku fuq l-integrità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni minħabba l-livell ta’ theddid ippreżentat minn pajjiż terz.

Artikolu 31 4

4.   Meta l-AMLA tidentifika li pajjiż terz, għajr dawk identifikati skont l-Artikoli 29 u 30, jippreżenta theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, hija tista’ tindirizza opinjoni lill-Kummissjoni li tiddeskrivi t-theddida li tkun identifikat u għaliex temmen li jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika l-pajjiż terz skont il-paragrafu 1.

Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tidentifikax il-pajjiż terz imsemmi fl-ewwel subparagrafu, hija għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għal dan lill-AMLA.

Artikolu 31 5

5.   Meta tfassal l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu kont b’mod partikolari tal-evalwazzjonijiet, il-valutazzjonijiet jew ir-rapporti rilevanti mħejjijin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn dawk li jistabbilixxu l-istandards b’kompetenza fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 31 6

6.   Meta t-theddida speċifika u serja identifikata mill-pajjiż terz ikkonċernat twassal għal defiċjenza strateġika sinifikanti, għandu japplika l-Artikolu 29(4) u l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jidentifika kontromiżuri speċifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 29(5).

Artikolu 31 7

7.   Meta t-theddida speċifika u serja identifikata mill-pajjiż terz ikkonċernat twassal għal dgħufija fil-konformità, l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jidentifika miżuri speċifiċi ta’ diliġenza dovuta msaħħa fost dawk elenkati fl-Artikolu 34(4), li l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw biex itaffu r-riskji relatati ma’ relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet okkażjonali li jinvolvu persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn dak il-pajjiż terz.

Artikolu 31 8

8.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1 fuq bażi regolari sabiex tiżgura li l-kontomiżuri msemmijin fil-paragrafu 6 u l-miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa msemmija fil-paragrafu 7 iqisu l-bidliet fil-qafas AML/CFT tal-pajjiż terz u jkunu proporzjonati u adegwati għar-riskji.

Artikolu 31 9

9.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi skont dan l-Artikolu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jistabbilixxi, b’mod partikolari:

(a)

kif jiġu vvalutati l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2;

(b)

il-proċess għall-interazzjoni mal-pajjiż terz li jkun qed jiġi vvalutat;

(c)

il-proċess għall-involviment tal-Istati Membri u tal-AMLA fl-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li huma ta’ theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni.

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit