6. Bl-eċċezzjoni tal-każijiet koperti mit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, fejn l-Istati Membri jidentifikaw każijiet ta’ riskju ogħla skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, inkluż b’riżultat ta’ valutazzjonijiet tar-riskju settorjali mwettqa mill-Istati Membri, huma jistgħu jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu japplikaw miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta u, fejn xieraq, jispeċifikaw dawk il-miżuri. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AMLA bid-deċiżjonijiet tagħhom li jimponu rekwiżiti msaħħa dwar id-diliġenza dovuta fuq l-entitajiet marbutin b’obbligu stabbiliti fit-territorju tagħhom fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom, flimkien ma’ ġustifikazzjoni tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu li fuqhom tkun ibbażata tali deċiżjoni.
Meta r-riskji identifikati minn Stati Membri skont l-ewwel subparagrafu x’aktarx jirriżultaw minn barra l-Unjoni u jistgħu jaffettwaw is-sistema finanzjarja tal-Unjoni, l-AMLA għandha, fuq talba mill-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess, tikkunsidra li taġġorna l-linji gwida adottati skont l-Artikolu 32.