1. B’deroga mill-Artikolu 36, fir-rigward ta’ relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ servizzi tal-kriptoassi ma’ entità rispondenti mhux stabbilita fl-Unjoni u li tipprovdi servizzi simili, inkluż it-trasferimenti ta’ kriptoassi, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom, minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20, meta jidħlu f’relazzjoni tan-negozju, ikunu meħtieġa li:
|
(a)
|
jiddeterminaw jekk l-entità rispondenti hijiex liċenzjata jew irreġistrata;
|
|
(b)
|
jiġbru biżżejjed informazzjoni dwar l-entità rispondenti sabiex jifhmu b’mod sħiħ in-natura tan-negozju tar-rispondent u sabiex jiddeterminaw ir-reputazzjoni tal-entità u l-kwalità ta’ superviżjoni minn informazzjoni pubblikament disponibbli;
|
|
(c)
|
jivvalutaw il-kontrolli tal-AML/CFT tal-entità rispondenti;
|
|
(d)
|
jiksbu approvazzjoni mill-maniġment superjuri qabel ma jistabbilixxi r-relazzjoni korrispondenti l-ġdida
|
|
(e)
|
jiddokumentaw ir-responsabbiltajiet rispettivi ta’ kull parti għar-relazzjoni korrispondenti;
|
|
(f)
|
fir-rigward ta’ pagamenti permezz ta’ trasferimenti minn kontijiet tal-kriptoassi, ikunu sodisfatti li l-entità rispondenti tkun ivverifikat l-identità tal-klijenti u wettqet id-diliġenza dovuta kontinwata tal-klijenti li jkollhom aċċess dirett għall-kontijiet tal-entità korrispondenti, u li tkun kapaċi tipprovdi data rilevanti għall-finijiet tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti lill-entità korrispondenti, fuq talba.
|
Meta l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jiddeċiedu li jitterminaw relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera għal raġunijiet relatati mal-politikatal-AML/CFT, huma għandhom jiddokumentaw id-deċiżjoni tagħhom.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jaġġornaw l-informazzjoni dwar id-diliġenza dovuta għar-relazzjoni korrispondenti fuq bażi regolari jew meta jitfaċċaw riskji ġodda fir-rigward tal-entità rispondenti.