+Artikolu 40 1

Artikolu 40 1

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskju tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu assoċjat mat-trasferimenti tal-kriptoassi diretti lejn indirizz awtoospitat jew li joriġinaw minnu. Għal dak l-għan, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jkollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u kontrolli interni.

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom japplikaw miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati mar-riskji identifikati. Dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni għandhom jinkludu miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

it-teħid ta’ miżuri bbażati fuq ir-riskju biex tiġi identifikata, u vverifikata l-identità tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju ta’ trasferiment magħmul minn jew lejn indirizz awtoospitat jew sid benefiċjarju ta’ tali oriġinatur jew benefiċjarju, inkluż permezz ta’ dipendenza fuq partijiet terzi;

(b)

tintalab informazzjoni addizzjonali dwar l-oriġini u d-destinazzjoni tal-kriptoassi;

(c)

it-twettiq ta’ monitoraġġ imsaħħaħ tat-tranżazzjonijiet fuq bażi kontinwa b’indirizz awtoospitat;

(d)

kwalunkwe miżura oħra għat-taffija u l-ġestjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll ir-riskju ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit