4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2027 b’lista ta’ tipi ta’ arranġamenti ġuridiċi simili għat-trusts espressi li huma regolati skont il-liġi tagħhom.
In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni ta’:
|
(a)
|
il-forma u l-karatteristiċi bażiċi ta’ dawk l-arranġamenti ġuridiċiġuridiċi
|
|
(b)
|
il-proċess li permezz tiegħu dawk l-arranġamenti ġuridiċiġuridiċi jistgħu jiġu stabbiliti;
|
|
(c)
|
il-proċess għall-aċċess għal informazzjoni bażika u dwar is-sjieda benefiċjarja dwar dawk l-arranġamenti ġuridiċiġuridiċi;
|
|
(d)
|
is-siti web li fihom ir-reġistri ċentrali li fihom tista’ tiġi kkonsultata l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji ta’ dawk l-arranġamenti ġuridiċiġuridiċi u d-dettalji ta’ kuntatt tal-entitajietinkarigati minn dawk ir-reġistri.
|
In-notifika għandha tiġi akkumpanjata wkoll b’ġustifikazzjoni li tagħti d-dettal tar-raġunijiet għalhiex Stat Membru jikkonsidra li l-arranġamenti ġuridiċi notifikati huma simili għal trusts espressi u għalhiex ikkonkluda li arranħamenti ġuridici oħrajn regolati skont il-liġi tiegħu mhumiex simili għal trusts espressi