+Artikolu 58 Identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji għal trusts espressi u għal arranġamenti ġuridiċi simili
---+Artikolu 58 1
---+Artikolu 58 2
---+Artikolu 58 3
---+Artikolu 58 4
---+Artikolu 58 5

Artikolu 58 Identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji għal trusts espressi u għal arranġamenti ġuridiċi simili

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 58 1

1.   Is-sidien benefiċjarji ta’ trusts espress għandhom ikunu l-persuni fiżiċi kollha li ġejjin:

(a)

is-settlors;

(b)

it-trustees;

(c)

il-protetturi, jekk ikun hemm;

(d)

il-benefiċjarji, sakemm ma japplikawx l-Artikolu 59 jew 60;

(e)

kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll aħħari fuq it-trust espress permezz ta’ sjieda diretta jew indiretta jew b’mezzi oħrajn, inkluż permezz ta’ katina ta’ kontroll jew sjieda.

Artikolu 58 2

2.   Is-sidien benefiċjarji ta’ arranġamenti ġuridiċiġuridiċi oħra simili għal trusts espressi għandhom ikunu l-persuni fiżiċi li għandhom pożizzjonijiet ekwivalenti jew simili għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 58 3

3.   Fejn l-arranġamenti ġuridiċi jappartjenu għal strutturi ta’ kontroll b’diversi livelli u fejn kwalunkwe waħda mill-pożizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 tkun miżmuma minn entità ġuridika, is-sidien benefiċjarji tal-arranġamenti ġuridiċi għandhom ikunu:

(a)

il-persuni fiżiċi elenkati fil-paragrafu 1; u

(b)

is-sidien benefiċjarji tal-entitajiet ġuridiċi li jokkupaw kwalunkwe waħda mill-pożizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1.

Artikolu 58 4

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2027 b’lista ta’ tipi ta’ arranġamenti ġuridiċi simili għat-trusts espressi li huma regolati skont il-liġi tagħhom.

In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni ta’:

(a)

il-forma u l-karatteristiċi bażiċi ta’ dawk l-arranġamenti ġuridiċiġuridiċi

(b)

il-proċess li permezz tiegħu dawk l-arranġamenti ġuridiċiġuridiċi jistgħu jiġu stabbiliti;

(c)

il-proċess għall-aċċess għal informazzjoni bażika u dwar is-sjieda benefiċjarja dwar dawk l-arranġamenti ġuridiċiġuridiċi;

(d)

is-siti web li fihom ir-reġistri ċentrali li fihom tista’ tiġi kkonsultata l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji ta’ dawk l-arranġamenti ġuridiċiġuridiċi u d-dettalji ta’ kuntatt tal-entitajietinkarigati minn dawk ir-reġistri.

In-notifika għandha tiġi akkumpanjata wkoll b’ġustifikazzjoni li tagħti d-dettal tar-raġunijiet għalhiex Stat Membru jikkonsidra li l-arranġamenti ġuridiċi notifikati huma simili għal trusts espressi u għalhiex ikkonkluda li arranħamenti ġuridici oħrajn regolati skont il-liġi tiegħu mhumiex simili għal trusts espressi

Artikolu 58 5

5.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, lista ta’ tipi ta’ arranġamenti ġuridiċi rregolati skont il-liġi tal-Istati Membri li jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess rekwiżiti ta’ trasparenza dwar is-sjieda benefiċjarja bħal trusts espressi, akkumpanjati mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit