+Artikolu 62 1

Artikolu 62 1

1.   L-entitajiet ġuridiċi u t-trustees ta’ trusts espressi jew persuni li jkollhom pożizzjonijiet ekwivalenti f’arranġamenti ġuridiċi simili għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja li jkollhom, jipprovdu lill-entitajiet marbutin b’obbligu fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu III jew jippreżentaw lir-reġistri ċentrali tkun adegwata, preċiża u aġġornata.

L-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

l-ismijiet u l-kunjomijiet kollha, il-post u d-data tat-twelid sħiħa, l-indirizz residenzjali, il-pajjiż ta’ residenza u n-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet tas-sid benefiċjarju, in-numru tad-dokument tal-identità, bħall-passaport jew id-dokument tal-identità nazzjonali, u, meta jeżisti, in-numru ta’ identifikazzjoni personali uniku assenjat lill-persuna mill-pajjiż ta’ residenza abitwali tagħha, u deskrizzjoni ġenerali tas-sors ta’ tali numru;

(b)

in-natura u l-firxa tal-interess benefiċjarju miżmum fl-entità ġuridika jew fl-arranġament ġuridiku, kemm jekk permezz ta’ interess proprjetarju jew permezz ta’ kontroll b’mezzi oħrajn, kif ukoll id-data li minnha huwa miżmum l-interess benefiċjarju;

(c)

informazzjoni dwar l-entità ġuridika li l-persuna fiżika hija s-sid benefiċjarju tagħha f’konformità mal-Artikolu 22(1), il-punt (b), jew, fil-każ ta’ arranġamenti ġuridiċi li l-persuna fiżika tkun is-sid benefiċjarju tagħhom, informazzjoni bażika dwar l-arranġament ġuridiku;

(d)

meta l-istruttura ta’ sjieda u kontroll ikun fiha aktar minn entità ġuridika jew arranġament ġuridiku wieħed, deskrizzjoni ta’ tali struttura, inkluż l-ismijiet u, fejn teżisti, in-numri ta’ identifikazzjoni tal-entitajiet ġuridiċi individwali jew l-arranġamenti ġuridiċi li huma parti minn dik l-istruttura, u deskrizzjoni tar-relazzjonijiet ta’ bejniethom, inkluż is-sehem tal-interess miżmum;

(e)

fejn klassi ta’ benefiċjarji hija identifikata taħt l-Artikolu 59, deskrizzjoni ġenerali tal-karatteristika tal-klassi ta’ benefiċjarji;

(f)

meta oġġetti ta’ setgħa u riċevituri awtomatiċi jiġu identifikati skont l-Artikolu 60:

(i)

għal persuni fiżiċi, l-ismijiet u l-kunjomijiet tagħhom;

(ii)

għal entitajiet ġuridiċi u arranġamenti ġuridiċi, l-ismijiet tagħhom;

(iii)

għal klassi ta’ oġġetti ta’ setgħa jew riċevituri awtomatiċi, id-deskrizzjoni tagħha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit