1. Fil-każ ta’ kwalunkwe arranġament ġuridiku amministrat fi Stat Membru jew li trustee jew il-persuna li għandha kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili tirrisjedi jew huja stabbilita jew fi Stat Membru, it-trustees u l-persuni li għandhom kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili għandhom jiksbu u jżommu l-informazzjoni li ġejja rigward l-arranġament ġuridiku:
|
(a)
|
informazzjoni bażika dwar l-arranġament ġuridiku;
|
|
(b)
|
informazzjoni adegwata, preċiża u aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja kif previst skont l-Artikolu 62;
|
|
(c)
|
meta l-entitajiet ġuridiċi jew l-arranġamenti ġuridiċi jkunu partijiet għall-arranġament ġuridiku, informazzjoni bażika u dwar is-sjieda benefiċjarja dwar dawk l-entitajiet ġuridiċi u l-arranġamenti ġuridiċi;
|
|
(d)
|
informazzjoni dwar kwalunkwe aġent awtorizzat li jaġixxi f’isem l-arranġament ġuridiku jew li jieħu kwalunkwe azzjoni fir-rigward tiegħu, u dwar l-entitajiet marbutin b’obbligu li magħhom it-trustee jew il-persuna li jkollha kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili tidħol f’relazzjoni tan-negozju f’isem l-arranġament ġuridiku.
|
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinżamm għal ħames snin wara li l-involviment tat-trustee jew tal-persuna li għandha kariga ekwivalenti mat-trust espress jew arranġament ġuridiku simili ma jibqax jeżisti.