3. Minbarra s-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, fejn ġustifikat abbażi tar-riskji ogħla ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati ma’ ċerti tipi ta’ tranżazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ma tapplikax għal dawk it-tipi ta’ tranżazzjonijiet u, kif adatt, jimponu obbligi ta’ rapportar addizzjonali fuq l-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija f’dak il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjonijiet lill-Istati Membri l-oħra.