|
+Artikolu 38 (3) |
Artikolu 38 (3)fl-Artikolu 18, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “5. Sat-30 ta’ Diċembru 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar il-fatturi varjabbli ta’ riskju u l-fatturi ta’ riskju li għandhom jitqiesu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi meta jidħlu f’relazzjonijiet ta’ negozju jew iwettqu tranżazzjonijiet fi kriptoassi. 6. L-EBA għandha tiċċara, b’mod partikolari, kif il-fatturi ta’ riskju elenkati fl-Anness III għandhom jitqiesu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi inkluż meta jwettqu tranżazzjonijiet ma’ persuni u entitajiet li mhumiex koperti minn din id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-EBA għandha tagħti attenzjoni partikolari lil prodotti, tranżazzjonijiet u teknoloġiji li jkollhom il-potenzjal li jiffaċilitaw l-anonimità, bħal kartieri ta’ privatezza, mixers jew tumblers. Meta jiġu identifikati sitwazzjonijiet ta’ riskju ogħla, il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jinkludu miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa li l-entitajiet marbuta b’obbligu għandhom jikkunsidraw li japplikaw biex jimmitigaw dawn ir-riskji, inkluż l-adozzjoni ta’ proċeduri xierqa biex jiġu identifikati l-oriġini jew id-destinazzjoni tal-kriptoassi.” 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|