+Artikolu 38 Emendi għad-Direttiva (UE) 2015/849
---+Artikolu 38 (1)
---+Artikolu 38 (2)
---+Artikolu 38 (3)
---+Artikolu 38 (4)
---+Artikolu 38 (5)
---+Artikolu 38 (6)
---+Artikolu 38 (7)
---+Artikolu 38 (8)

Artikolu 38 Emendi għad-Direttiva (UE) 2015/849

Id-Direttiva (UE) 2015/849 hija emendata kif ġej:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 38 (1)

fl-Artikolu 2(1), fil-punt (3), il-punti (g) u (h) jitħassru;

Artikolu 38 (2)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (2), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(g)

fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi;”;

(b)

il-punt (8) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(8)

‘relazzjoni ta’ korrispondenza’ tfisser:

(a)

il-forniment ta’ servizzi bankarji minn bank wieħed bħala l-korrispondent lil bank ieħor bħala r-rispondenti, inkluż il-provvista ta’ kont kurrenti jew kont ta’ responsabbiltà ieħor u servizzi relatati, bħal ġestjoni ta’ flus kontanti, trasferimenti ta’ fondi internazzjonali, ikklerjar ta’ ċekkijiet, pagamenti permezz ta’ trasferimenti minn kontijiet u servizzi ta’ kambju;

(b)

ir-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż fejn jiġu fornuti servizzi simili minn istituzzjoni korrispondenti lil istituzzjoni rispondenti, u inkluż relazzjonijiet stabbiliti għal tranżazzjonijiet ta’ titoli jew trasferimenti ta’ fondi jew relazzjonijiet stabbiliti għal tranżazzjonijiet fil-kriptoassi jew trasferimenti ta’ kriptoassi;”;

(c)

il-punti 18 u 19 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(18)

‘kriptoassi’ tfisser kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), ħlief meta jaqgħu taħt il-kategoriji elenkati fl-Artikolu 2(2), (3)u (4) ta’ dak ir-Regolament jew li b’xi mod ieħor jikkwalifikaw bħala fondi;

(19)

‘fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi’ tfisser fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2023/1114 fejn it-twettiq ta’ servizz wieħed jew aktar tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), ta’ dak ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (16)(h) ta’ dak ir-Regolament;

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ 31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40).”;"

(d)

jiżdied il-punt li ġej:

“(20)

‘indirizz awtoospitat’ tfisser indirizz awtoospitat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (20), tar-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2).

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ 31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 1).”;"

Artikolu 38 (3)

fl-Artikolu 18, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   Sat-30 ta’ Diċembru 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar il-fatturi varjabbli ta’ riskju u l-fatturi ta’ riskju li għandhom jitqiesu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi meta jidħlu f’relazzjonijiet ta’ negozju jew iwettqu tranżazzjonijiet fi kriptoassi.

6.   L-EBA għandha tiċċara, b’mod partikolari, kif il-fatturi ta’ riskju elenkati fl-Anness III għandhom jitqiesu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi inkluż meta jwettqu tranżazzjonijiet ma’ persuni u entitajiet li mhumiex koperti minn din id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-EBA għandha tagħti attenzjoni partikolari lil prodotti, tranżazzjonijiet u teknoloġiji li jkollhom il-potenzjal li jiffaċilitaw l-anonimità, bħal kartieri ta’ privatezza, mixers jew tumblers.

Meta jiġu identifikati sitwazzjonijiet ta’ riskju ogħla, il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jinkludu miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa li l-entitajiet marbuta b’obbligu għandhom jikkunsidraw li japplikaw biex jimmitigaw dawn ir-riskji, inkluż l-adozzjoni ta’ proċeduri xierqa biex jiġu identifikati l-oriġini jew id-destinazzjoni tal-kriptoassi.”

Artikolu 38 (4)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 19a

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskju ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu assoċjat ma’ trasferimenti ta’ kriptoassi diretti lejn jew li joriġinaw minn indirizz awtoospitat. Għal dak il-għan, il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandu jkollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u kontrolli interni. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi japplikaw miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati mar-riskji identifikati. Dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni għandhom jinkludu miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

jittieħdu miżuri bbażati fuq ir-riskju biex jiġi identifikat u tiġi vverifikata l-identità tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju ta’ trasferiment li jkun sar minn jew lejn indirizz awtoospitat jew is-sid benefiċjarju tat-tali oriġinatur jew benefiċjarju, inkluż permezz ta’ dipendenza fuq partijiet terzi;

(b)

tintalab informazzjoni addizzjonali dwar l-oriġini u d-destinazzjoni tal-kriptoassi trasferiti;

(c)

jitwettaq monitoraġġ kontinwu msaħħaħ ta’ dawk it-tranżazzjonijiet;

(d)

kwalunkwe miżura oħra għall-mitigazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll ir-riskju ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati u sanzjonijiet finanzjarji mmirati relatati mal-finanzjament tal-proliferazzjoni.

2.   Sat-30 ta’ Diċembru 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida biex tispeċifika l-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu, inkluż il-kriterji u l-mezzi għall-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju ta’ trasferiment li jkun sar lejn jew minn indirizz awtoospitat, b’mod partikolari permezz ta’ dipendenza fuq partijiet terzi, b’kont meħud tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi.

Artikolu 19b

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 19, fir-rigward ta’ relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114, ħlief għall-punt (h) ta’ dak il-punt, ma’ fornitur rispondenti mhux stabbilit fl-Unjoni u li jipprovdi servizzi simili, inkluż trasferimenti ta’ kriptoassi, l-Istati Membri għandhom, minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva, jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, meta jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ma’ tali entità:

(a)

jiddeterminaw jekk l-entità rispondenti hijiex liċenzjata jew irreġistrata;

(b)

jiġbru biżżejjed informazzjoni dwar l-entità rispondenti sabiex jifhmu b’mod sħiħ in-natura tan-negozju tar-rispondenti u sabiex jiddeterminaw ir-reputazzjoni tal-entità u l-kwalità tas-superviżjoni minn informazzjoni pubblikament disponibbli;

(c)

jivvalutaw il-kontrolli tal-AML/CFT tal-entità rispondenti;

(d)

jiksbu approvazzjoni mill-maniġment superjuri qabel ma jistabbilixxu relazzjonijiet korrispondenti ġodda;

(e)

jiddokumentaw ir-responsabbiltajiet rispettivi ta’ kull parti għar-relazzjoni korrispondenti;

(f)

fir-rigward ta’ pagamenti permezz ta’ trasferimenti minn kontijiet tal-kriptoassi, ikunu sodisfatti li l-entità rispondenti tkun ivverifikat l-identità tal-klijenti u pprattikat id-diliġenza dovuta kontinwata tal-klijenti li jkollhom aċċess dirett għall-kontijiet tal-entità korrispondenti, u li tkun kapaċi tipprovdi data rilevanti għall-finijiet tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fuq talba tal-entità korrispondenti.

Meta l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jiddeċiedu li jtemmu relazzjonijiet korrispondenti għal raġunijiet relatati mal-politika kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, huma għandhom jiddokumentaw u jirreġistraw id-deċiżjoni tagħhom.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom jaġġornaw l-informazzjoni dwar id-diliġenza dovuta għar-relazzjoni korrispondenti fuq bażi regolari jew meta jitfaċċaw riskji ġodda fir-rigward tal-entità rispondenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jqisu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jiddeterminaw, fuq bażi ta’ sensittività għar-riskji, il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu biex jittaffew ir-riskji assoċjati mal-entità rispondenti.

3.   Sat-30 ta’ Ġunju 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida biex tispeċifika l-kriterji u l-elementi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom iqisu meta titwettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 2, inkluż l-azzjoni minima li għandha tittieħed mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi fejn l-entità rispondenti ma tkunx irreġistrata jew liċenzjata.”

Artikolu 38 (5)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 24a

Sal-1 ta’ Jannar 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw kif japplikaw il-miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti msaħħa f’din it-Taqsima meta l-entitajiet marbutin b’obbligu jwettqu servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament(UE) 2023/1114, ħlief għall-punt (h) ta’ dak il-punt, kif ukoll trasferimenti ta’ kriptoassi kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (10), tar-Regolament (UE) 2023/1113. B’mod partikolari, l-EBA għandha tispeċifika kif u meta dawk l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiksbu informazzjoni addizzjonali dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju.”

Artikolu 38 (6)

fl-Artikolu 45, il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-emittenti ta’ flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (3), tad-Direttiva 2009/110/KE, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4 il-punt (11), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi stabbiliti fit-territorju tagħhom f’forom oħra li mhumiex fergħa, u li l-uffiċċju ewlieni tagħhom ikun jinstab fi Stat Membru ieħor, jaħtru punt ta’ kuntatt ċentrali fit-territorju tagħhom. Dak il-punt ta’ kuntatt ċentrali għandu jiżgura, f’isem l-entità li topera fuq bażi transfruntiera, il-konformità mar-regoli tal-AML/CFT u għandu jiffaċilita s-superviżjoni mis-superviżuri, inkluż billi jipprovdi dokumenti u informazzjoni lis-superviżuri meta jintalbu.”

Artikolu 38 (7)

fl-Artikolu 47, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċċji tal-kambju u l-uffiċċji li jsarrfu ċ-ċekkijiet, u l-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji jew għall-kumpaniji jkollhom liċenzja jew ikunu rreġistrati, u li l-fornituri tas-servizzi tal-logħob tal-azzard ikunu regolati.”

Artikolu 38 (8)

fl-Artikolu 67, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-30 ta’ Diċembru 2024, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 2(1), il-punt (3), l-Artikolu 3, il-punt (2)(g), l-Artikolu 3, il-punti (8), (18), (19) u (20), l-Artikolu 19a(1), l-Artikolu 19b(1) u (2), l-Artikolu 45(9) u l-Artikolu 47(1). Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Għandhom japplikaw dawn il-miżuri mit-30 ta’ Diċembru 2024.”.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit