+Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Għanijiet
---+Artikolu 2 Tifsir
---+Artikolu 3 Kamp ta' Applikazzjoni
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 3 4
------+Artikolu 3 5
------+Artikolu 3 6
------+Artikolu 3 7
------+Artikolu 3 8
------+Artikolu 3 9
---+Artikolu 4 Obbligazzjonijiet ġenerali
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 4 3
---+Artikolu 5 Rapport dwar l-ambjent
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 5 4
---+Artikolu 6 Konsultazzjonijiet
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
------+Artikolu 6 3
------+Artikolu 6 4
------+Artikolu 6 5
---+Artikolu 7 Konsultazzjonijiet transkonfinali
------+Artikolu 7 1
------+Artikolu 7 2
------+Artikolu 7 3
---+Artikolu 8 Teħid tad-deċiżjonijiet
---+Artikolu 9 Informazzjoni dwar id-deċiżjoni
------+Artikolu 9 1
------+Artikolu 9 2
---+Artikolu 10 Sorveljar
------+Artikolu 10 1
------+Artikolu 10 2
---+Artikolu 11 Relazzjoni mal-leġislazzjoni l-oħra tal-Komunità
------+Artikolu 11 1
------+Artikolu 11 2
------+Artikolu 11 3
---+Artikolu 12 Informazzjoni, rappurtar u reviżjoni
------+Artikolu 12 1
------+Artikolu 12 2
------+Artikolu 12 3
------+Artikolu 12 4
---+Artikolu 13 Implimentazzjoni tad-Direttiva
------+Artikolu 13 1
------+Artikolu 13 2
------+Artikolu 13 3
------+Artikolu 13 4
---+Artikolu 14 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 15 Indirizzati
---+ANNESS I Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)
---+ANNESS II Kriterji biex ikunu stabbiliti l-effetti li x'aktarx iseħħu kif imsemmi fl-Artikolu 3(5)
English - European Union - Environment -

Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent

Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent

Magħmula ġewwa l-Lussemburgu, fis-27 ta' Ġunju 2001.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

B. Rosengren

[1] ĠU C 129, tal-25.4.1997, p. 14 uĠU C 83, tal-25.3.1999, p. 13.

[2] ĠU C 287, tat-22.9.1997, p. 101.

[3] ĠU C 64, tas-27.2.1998, p. 63 uĠU C 374, tat-23.12.1999, p. 9.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew datata 20 ta' Ottubru 1998 (ĠU C 341, tad-9.11.1998, p. 18), konfermata fis-16 ta' Settembru 1999 (ĠU C 54, tal-25.2.2000, p. 76), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill datata 30 ta' Marzu 2000 (ĠU C 137, tas-16.5.2000, p. 11) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew datata 6 ta' Settembru 2000 (ĠU C 135, tas-7.5.2001, p. 155). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Mejju 2001 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001.

[5] ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 5.

[6] ĠU L 275, ta' l-10.10.1998, p. 1.

[7] ĠU L 175, tal-5.7.1985, p. 40. Direttiva kif emendata permezz tad-Direttiva 97/11/KE (ĠU L 73, ta' l-14.3.1997, p. 5).

[8] ĠU L 206, tat-22.7.1992, p. 7. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/62/KE (ĠU L 305, tat-8.11.1997, p. 42).

[9] ĠU L 103, tal-25.4.1979, p. 1. Direttiva kif emendata permezz tad-Direttiva 97/49/KE (ĠU L 223, tat-13.8.1997, p. 9).

[10] ĠU L 327, tat-22.12.2000, p. 1.

[11] Il-perjodu ta' programmar 2000-2006 għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 u l-perjodi ta' programmar 2000-2006 u 2000-2007 għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999.

[12] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jippreskrivi disposizzjonijiet rali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1).

[13] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti regolamenti (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80).

--------------------------------------------------

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-27 ta' Ġunju 2001

dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat Konċiljattiv fil-21 ta' Marzu 2001,

Billi:

(1) L-Artikolu 174 tat-Trattat jipprovdi li l-politika tal-Komunità dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi, fost l-oħrajn, għall-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent, għall-protezzjoni tas-saħħa umana u l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali u li din tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni. L-Artikolu 6 tat-Trattat jipprovdi li l-ħtiġiet dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent għandhom ikunu integrati fit-tifsir tal-politika u l-attivitajiet tal-Komunità, b'mod partikolari bil-għan li jippromwovi żvilupp sostenibbli.

(2) Il-Ħames Programm ta' Azzjoni Ambjentali: Lejn sostenibbilità - Programm tal-Komunità Ewropea ta' politika u azzjoni għar-rigward tal-ambjent u żvilupp sostenibbli [5], supplimentat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2179/98/KE [6] dwar ir-reviżjoni tiegħu, jikkonferma l-importanza li jkunu stmati l-effetti ambjentali li jista' jkun hemm minn pjanijiet u programmi.

(3) Il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika teħtieġ li l-Partijiet jintegraw kemm jista' jkun u kif jixraq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika fi pjanijiet u programmi settorali u transettorali rilevanti.

(4) L-istima ambjentali hi għodda mportanti biex ikunu integrati l-konsiderazzjonijiet ambjentali fil-preparazzjoni u l-adozzjoni ta' ċerti pjanijiet u programmi li x'aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent fl-Istati Membri, minħabba li din tassigura li dawn l-effetti ta' pjanijiet u programmi li jkunu ser jiġu mplimentati jkunu kkunsidrati matul il-preparazzjoni tagħhom u qabel l-adozzjoni tagħhom.

(5) L-adozzjoni ta' proċeduri ta' stima ambjentali fil-livelli ta' ppjanar u programmar għandhom ikunu ta' benefiċċju għall-impriżi billi jipprovdulhom qafas aktar konsistenti li fih joperaw bl-inklużjoni ta' l-informazzjoni ambjentali rilevanti fit-teħid tad-deċiżjonijiet. L-inklużjoni ta' sett aktar wisa' ta' fatturi fit-teħid ta' deċiżjonijiet għandha tikkontribwixxi għal soluzzjonijiet aktar sostenibbli u effettivi.

(6) Is-sistemi differenti ta' stima ambjentali li jitħaddmu fl-Istati Membri għandu jkollhom sett ta' ħtiġiet proċedurali komuni meħtieġa biex jikkontribwixxu għal livell għoli ta' protezzjoni ta' l-ambjent.

(7) Il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewopa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istima ta' l-Impatt Ambjentali f'Kuntest tat-Transkonfini tal-25 ta' Frar 1991, li jgħodd kemm għall-Istati Membri u kif ukoll għall-Stati oħra, tinkoraġġixxi lill-partijiet tal-Konvenzjoni sabiex japplikaw ukoll il-prinċipji tagħha għal pjanijiet u programmi; fit-tieni laqgħa tal-Partijiet tal-Konvenzjoni li saret f'Sofia fis-26 u s-27 ta' Frar 2001, ġie deċiż li jkun ippreparat Protokoll legali dwar stima ambjentali strateġika li tissupplimenta d-disposizzjonijiet eżistenti dwar l-istima ta' l-impatt ambjentali fil-kuntest tat-transkonfini, bil-għan li jkun jista' jiġi adottat fl-okkażjoni tal-5 Konferenza Ministerjali "L-Ambjent għall-Ewropa" f'laqgħa straordinarja tal-Partijiet tal-Konvenzjoni, li se ssir f'Mejju 2003 ġewwa Kiev, fl-Ukrajna. Is-sistemi li joperaw ġewwa l-Komunità għal stimi ambjentali ta' pjanijiet u programmi għandhom jassiguraw li hemm biżżejjed konsultazzjonijiet bejn it-transkonfini fejn l-implimentazzjoni ta' xi pjan jew programm li jkun preparat fi Stat Membru wieħed x'aktarx ikollu effetti sinifikattivi fuq l-ambjent ta' Stat Membru ieħor. L-informazzjoni dwar pjanijiet u programmi li għandhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent ta' Stati oħra għandha tintbgħat fuq bażi reċiproka u ekwivalenti f'qafas legali xieraq bejn l-Istati Membri u dawn l-Istati l-oħra.

(8) Għalhekk azzjoni fuq livell tal-Komunità hija meħtieġa sabiex ikun stabbilit qafas minimu ta' stima ambjentali, li jistabbilixxi l-prinċipji wisa' tas-sistema ta' stima ambjentali u jħalli d-dettalji għall-Istati Membri, billi jkun ikkunsidrat il-prinċipju tas-sussidjarjeta. L-azzjoni mill-Komunità m'għandhiex taqbeż dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fit-Trattat.

(9) Din id-Direttiva hi ta' natura proċedurali, u l-ħtiġiet tagħha għandhom jew ikunu integrati fil-proċeduri eżistenti fl-Istati Membri jew inkorporati fi proċeduri stabbiliti speċifikament. Bil-għan li tkun evitata duplikazzjoni ta' stima, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw, meta jkun xieraq, il-fatt li stimi ser isiru f'livelli differenti ta' ġerarkija ta' pjanijiet u programmi.

(10) Il-pjanijiet u l-programmi kollha li huma ppreparati għal numru ta' setturi u li jistabilixxu qafas għal kunsens ta' żvilupp fil-futur tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati dwar l-ambjent [7], u l-pjani u l-programmi kollha li ġew stabbiliti li jeħtieġu stima bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' ambjent naturali u ta' flora u fawna selvaġġa [8], li x'aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent, u għandhom bħala regola jsiru suġġetti għall-stima sistematika ambjentali. Meta dawn jistabilixxu l-użu ta' żoni żgħar fil-livell lokali jew ikunu modifiki minuri għall-pjanijiet jew programmi msemmija hawn fuq, dawn għandhom ikunu stmati biss meta l-Istati Membri jistabilixxu li dawn x'aktarx ikollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent.

(11) Pjanijiet u programmi oħra li jistabbilixxu l-qafas għall-kunsens ta' żvilupp futur ta' proġetti jistgħu ma jkollhomx effetti sinifikanti fuq l-ambjent fil-każijiet kollha u għandhom jiġu stmati biss meta l-Istati Membri jistabilixxu li dawn x'aktarx ikollhom dawk l-effetti.

(12) Meta l-Istati Membri jagħmlu dawk l-għażliet, dawn għandhom jikkunsidraw il-kriterji rilevanti stabbiliti f'din id-Direttiva.

(13) Ċerti pjanijiet jew programmi mhumiex suġġetti għal din id-Direttiva minħabba l-karatteristiċi partikulari tagħhom.

(14) Meta permezz ta' din id-Direttiva tkun meħtieġa stima, rapport ambjentali għandu jkun ippreparat li fih ikollu l-informazzjoni rilevanti hekk kif stabbilit f'din id-Direttiva, fejn ikunu identifikati, deskritti u evalwati l-effetti ambjentali sinifikanti ta' l-implimentazzjoni tal-pjan jew programm, u alternattivi raġonevoli meta jkunu kkunsidrati l-għanijiet u l-iskop ġeografiku tal-pjan jew il-programm; l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li huma jieħdu dwar il-kwalità tar-rapporti ambjentali.

(15) Sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għal teħid tad-deċiżjonijiet aktar trasparenti u bil-għan li jkun assigurat li l-informazzjoni mogħtija għall-istima hi komprensiva u affidabbli, hu meħtieġ li l-awtoritajiet li jkollhom dawn ir-responsabbiltajiet ambjentali rilevanti u l-pubbliku jkunu kkonsultati matul l-istima tal-pjanijiet u l-programmi, u li limiti ta' żmien xierqa jkunu stabbiliti, li jippermettu ħin biżżejjed għall-konsultazzjonijiet, inkluża l-espressjoni ta' l-opinjoni.

(16) Meta l-implimentazzjoni ta' xi pjan jew programm ippreparat f'xi Stat Membru x'aktarx ikollha effett sinifikanti fuq l-ambjent ta' Stat Membru ieħor, għandha ssir disposizzjoni għall-Istati Membri nteressati li jagħmlu konsultazzjonijiet u għall-awtoritajiet rilevanti u l-pubbliku li jkun infurmat u li jiġi permess lilhom li jagħtu l-opinjoni tagħhom.

(17) Ir-rapport dwar l-ambjent u l-opinjonijiet espressi mill-awtoritajiet rilevanti u l-pubbliku, kif ukoll ir-riżultati ta' xi konsultazzjoni bejn it-transkonfini, għandhom ikunu kkunsidrati matul il-preparazzjoni tal-pjan jew programm u qabel l-adozzjoni tiegħu jew is-sottomissjoni għall-proċedura leġislattiva.

(18) L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, meta xi pjan jew progamm ikun adottat, l-awtoritajiet rilevanti u l-pubbliku jkunu infurmati u l-informazzjoni rilevanti tkun magħmula disponibbli għalihom.

(19) Meta l-obbligazzjoni li ssir stima ta' l-effetti fuq l-ambjent tinħoloq simultanjament minn din id-Direttiva u minn leġislazzjoni oħra tal-Komunità, bħad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi [9], id-Direttiva 92/43/KEE, jew id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għall-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma [10], sabiex tkun evitata duplikazzjoni ta' l-istima, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu disposizzjoni għall-proċeduri kordinati u konġunti li jilħqu l-ħtiġiet tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità.

(20) L-ewwel rapport dwar it-tħaddim u l-effettività ta' din id-Direttiva għandu jsir mill-Kummissjoni ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha, u wara f'intervalli ta' seba' snin. Bil-għan li jiżdiedu l-ħtiġiet tal-protezzjoni ta' l-integrazzjoni ambjentali, u meta tikkunsidra l-esperjenza miksuba, l-ewwel rapport għandu, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat bi proposti għal emenda ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari għar-rigward tal-possibilità li jkun estiż l-iskop lejn żoni/setturi oħra u tipi oħra ta' pjanijiet u programmi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1 Għanijiet

Artikolu 1

Għanijiet

L-għan ta' din id-Direttiva hu li jsiru disposizzjonijiet għal livell għoli ta' protezzjoni ta' l-ambjent u biex issir kontribuzzjoni għall-integrazzjoni tal-konsiderazzjonijiet ambjentali fil-preparazzjoni u l-adozzjoni ta' pjanijiet u programmi bil-għan li jkun jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli, billi jkun assigurat li, skond din id-Direttiva, issir stima ambjentali ta' ċerti pjanijiet u programmi li x'aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent.

Artikolu 2 Tifsir

Artikolu 2

Tifsir

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

(a) "pjanijiet u programmi" tfisser pjanijiet u programmi, inklużi dawk ko-finanzjati mill-Komunità Ewropea, kif ukoll xi modifiki li jsirulhom:

- li huma suġġetti għall-preparazzjoni u/jew adozzjoni minn xi awtorita nazzjonali, reġjonali jew livell lokali jew li jkunu preparati minn xi awtorita għall-adozzjoni, permezz ta' proċedura leġislattiva mill-Parlament jew il-Gvern, u

- li huma meħtieġa permezz ta' disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi;

(b) "stima ambjentali" tfisser il-preparazzjoni ta' xi rapport ambjentali, l-għemil ta' konsultazzjonijiet, it-teħid tal-kont tar-rapport ambjentali u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet fit-teħid tad-deċiżjonijiet u d-disposizzjoni ta' l-informazzjoni dwar id-deċiżjoni skond l-Artikoli 4 sa 9;

(ċ) "rapport ambjentali" tfisser il-parti tal-pjan jew dokumentazzjoni tal-programm li fihom l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 5 u l-Anness I;

(d) "Il-pubbliku" tfisser persuna naturali jew legali waħda jew aktar, skond il-leġislazzjoni nazzjonali jew prattika, l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-organizzazzjonijiet jew gruppi.

Artikolu 3 Kamp ta' Applikazzjoni
Artikolu 4 Obbligazzjonijiet ġenerali
Artikolu 5 Rapport dwar l-ambjent
Artikolu 6 Konsultazzjonijiet
Artikolu 7 Konsultazzjonijiet transkonfinali
Artikolu 8 Teħid tad-deċiżjonijiet

Artikolu 8

Teħid tad-deċiżjonijiet

Ir-rapport dwar l-ambjent ippreparat skond l-Artikolu 5, l-opinjonijiet espressi skond l-Artikolu 6 u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet bejn it-transkonfini skond l-Artikolu 7 għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni matul il-preparazzjoni tal-pjan jew programm u qabel l-adozzjoni tiegħu jew is-sottomissjoni għall-proċedura leġislattiva.

Artikolu 9 Informazzjoni dwar id-deċiżjoni
Artikolu 10 Sorveljar
Artikolu 11 Relazzjoni mal-leġislazzjoni l-oħra tal-Komunità
Artikolu 12 Informazzjoni, rappurtar u reviżjoni
Artikolu 13 Implimentazzjoni tad-Direttiva
Artikolu 14 Dħul fis-seħħ

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 15 Indirizzati

Artikolu 15

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

ANNESS I Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)

ANNESS I

Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)

L-informazzjoni li għandha tingħata taħt l-Artikolu 5(1), suġġetta għall-Artikolu 5(2) u (3), hi din li ġejja:

(a) qafas tal-kontenut, l-għanijiet prinċipali tal-pjan jew il-programm u r-relazzjoni ma' pjanijiet u programmi rilevanti oħra;

(b) l-aspetti rilevanti ta' l-istat preżenti ta' l-ambjent u l-evoluzzjoni li x'aktarx tirriżulta mingħajr l-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm;

(ċ) il-karatteristiċi ambjentali ta' żoni li x'aktarx ikunu milquta b'mod sinifikanti;

(d) xi problemi ambjentali eżistenti li huma rilevanti għall-pjan jew il-programm inkluż, b'mod partikolari, dawk li jirreferu għal xi żoni ta' mportanza ambjentali partikolari, bħalma huma żoni magħżula bis-saħħa tad-Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE;

(e) l-għanijiet tal-protezzjoni ta' l-ambjent, stabbiliti fil-livell internazzjonali, tal-Komunità jew ta' l-Istat Membru, li huma rilevanti għall-pjan jew il-programm u l-mod li bih dawk l-għanijiet u xi konsiderazzjonijiet ambjentali ġew ikkunsidrati matul il-preparazzjoni tiegħu;

(f) l-effetti sinifikanti li x'aktarx iseħħu [1] fuq l-ambjent, inklużi dwar il-materji bħall-fatturi tal-bijodiversità, il-popolazzjoni, is-saħħa umana, il-fawna, il-flora, il-ħamrija, l-ilma, l-arja, il-klima, l-assi materjali, il-wirt kulturali inkluż il-wirt arkitettorali u arkeoloġiku, il-landscape u r-relazzjoni bejn il-fatturi hawn fuq imsemmija;

(g) il-miżuri maħsuba biex jipprevjenu, jnaqqsu u kemm jista' jkun jneħħu xi effetti ħżiena sinifikanti fuq l-ambjent bħala konsegwenza ta' l-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm;

(h) qafas tar-raġunijiet għall-għażla ta' l-alternattivi maħsuba, u deskrizzjoni ta' kif l-istima saret inklużi xi diffikultajiet (bħal defiċjenzi tekniċi jew nuqqas ta' għerf) li wieħed iltaqa' magħhom fil-ġbir ta' l-informazzjoni meħtieġa;

(i) deskrizzjoni tal-miżuri maħsuba dwar is-sorveljar skond l-Artikolu 10;

(j) sommarju mhux tekniku ta' l-informazzjoni mogħtija taħt l-intestaturi ta' hawn fuq.

[1] Dawn l-effetti għandhom jinkludu effetti sekondarji, kumulattivi, sinerġistiċi, qosra, medji u permanenti f'medda twila ta' żmien u f'perjodu temporanju, pożittivi u negattivi.

--------------------------------------------------

ANNESS II Kriterji biex ikunu stabbiliti l-effetti li x'aktarx iseħħu kif imsemmi fl-Artikolu 3(5)

ANNESS II

Kriterji biex ikunu stabbiliti l-effetti li x'aktarx iseħħu kif imsemmi fl-Artikolu 3(5)

1. Il-karatteristiċi tal-pjanijiet u l-programmi, billi tingħata konsiderazzjoni, b'mod partikolari,

- tal-grad li għalih il-pjan jew il-programm jistabbilixxi qafas għall-proġetti u attivitajiet oħra, kemm għar-rigward tal-lok, in-natura, id-daqs u l-kondizzjonijiet tax-xogħol jew billi jkunu allokati r-riżorsi,

- tal-grad li fih il-pjan jew il-programm jinfluwenza pjanijiet u programmi oħra inklużi dawk fil-ġerarkija,

- tar-rilevanza tal-pjan jew il-programm għall-integrazzjoni tal-konsiderazzjonijiet ambjentali b'mod partikolari bil-għan li jkun jippromwovi żvilupp sostenibbli,

- tal-problemi ambjentali rilevanti għall-pjan jew il-programm,

- tar-rilevanza tal-pjan jew il-programm għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Komunitá dwar l-ambjent (eż. pjanijiet u programmi marbuta ma' mmaniġġjar ta' l-iskart jew protezzjoni ta' l-ilma).

2. Karatteristiċi ta' l-effetti u taż-żona li x'aktarx tkun milquta, meta jkunu kkunsidrati, b'mod partikolari

- il-probabilità, it-tul, il-frekwenza u r-riversibilità ta' l-effetti,

- in-natura kumulattiva ta' l-effetti,

- in-natura ta' l-effetti li taqsam it-transkonfini,

- ir-riskji għas-saħħa umana jew l-ambjent (eż. minħabba aċċidenti),

- il-kobor u l-estent spazjali ta' l-effetti (żona ġeografika u d-daqs tal-popolazzjoni li x'aktarx tkun milquta),

- il-valur u l-vulnerabilità taż-żona li x'aktarx tkun milquta minħabba:

- karatteristiċi naturali speċjali jew wirt kulturali,

- standards ta' kwalità ambjentali li jkunu maqbuża jew valuri tal-limiti,

- użu intensiv ta' l-art,

- l-effetti fuq żoni jew landscapes li għandhom status ta' protezzjoni rikonoxxuti b'mod nazzjonali, tal-Komunità jew internazzjonali.

--------------------------------------------------

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.07.2001 00:00:00 -Doknr: CELEX:32001L0042
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.