L-ANNESS II
METODI TA' VALUTAZZJONI GĦALL-INDIKATURI TAL-ISTORBJU
(Imsemmijin fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/49/KE)
1. INTRODUZZJONI
Il-valuri ta' Lden u Lnight għandhom jiġu stabbiliti fil-pożizzjonijiet ta' valutazzjoni permezz ta' kalkolu, skont il-metodu stipulat fil-kapitlu 2 u d-dejta deskritta fil-kapitlu 3. Il-kejl jista' jsir skont il-kapitlu 4.
2. METODI KOMUNI TA' VALUTAZZJONI TAL-ISTORBJU
2.1.
Dispożizzjonijiet ġenerali — Storbju mit-traffiku fit-toroq, storbju mill-ferroviji u storbju industrijali
2.1.1.
Indikaturi, firxa tal-frekwenza u definizzjonijiet tal-banda
Il-kalkoli tal-istorbju għandhom jiġu ddefiniti
►C1
fil-firxa tal-frekwenza minn 63 Hz sa 8 kHz f'baned ta' ottava ◄ . Ir-riżultati tal-banda ta' frekwenzi għandhom jiġu pprovduti fl-intervall ta' frekwenza korrispondenti.
▼M6
Il-kalkoli jsiru f’baned ta’ ottavi għall-istorbju ġġenerat mit-traffiku fit-toroq, mit-traffiku ferrovjarju u mill-attività industrijali, ħlief għall-potenza akustika tas-sors tal-istorbju mill-ferroviji, li tuża baned ta’ terz ta’ ottava. Għall-istorbju ġġenerat mit-traffiku fit-toroq, mit-traffiku ferrovjarju u mill-attività industrijali, fuq il-bażi ta’ dawn ir-riżultati ta’ baned ta’ ottava, il-livell medju tal-pressjoni akustika fit-tul ponderat A għall-perjodu ta’ matul il-jum, filgħaxija u billejl, kif definit fl-Anness I u msemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/49/KE, huwa kkalkulat bil-metodu deskritt fit-taqsima 2.1.2, 2.2, 2.3, 2.4 u 2.5. Għat-traffiku fit-toroq u dak ferrovjarju f’agglomerazzjonijiet, il-livell medju tal-pressjoni akustika fit-tul ponderat A huwa determinat mill-kontribut mis-segmenti tat-toroq u ferrovjarji fihom, inklużi toroq ewlenin u linji ferrovjarji ewlenin.
▼M2
fejn
Ai
tirrappreżenta l-korrezzjoni ta' ponderazzjoni A skont l-IEC 61672-1
i = l-indiċi tal-banda ta' frekwenzi
u T huwa l-perjodu ta' ħin li jikkorrispondi għal matul il-jum, filgħaxija jew billejl.
Parametri tal-istorbju:
|
Lp
|
Livell istantanju ta' pressjoni tal-ħoss
|
[dB]
(re. 2 10–5 Pa)
|
|
LAeq,LT
|
Livell ta' pressjoni tal-ħoss globali fit-tul L
Aeq minħabba s-sorsi u s-sorsi immaġni kollha fil-punt R
|
[dB]
(re. 2 10–5 Pa)
|
|
LW
|
Livell tal-potenza akustika “in situ” ta' sors puntiformi (jiċċaqlaq jew wieqaf)
|
[dB]
(re. 10–12 W)
|
|
LW,i,dir
|
Livell direzzjonali tal-potenza akustika “in situ” għall-banda ta' frekwenzi numru i
|
[dB]
(re. 10–12 W)
|
|
LW′
|
Livell medju tal-potenza akustika “in situ” għal kull metru tal-linja ta' sorsi
|
[dB/m]
(re. 10–12 W)
|
Parametri fiżiċi oħrajn:
|
p
|
r.m.s. tal-pressjoni tal-ħoss istantanja
|
[Pa]
|
|
p
0
|
Pressjoni tal-ħoss ta' referenza = 2 10– 5 Pa
|
[Pa]
|
|
W
0
|
Potenza akustika ta' referenza = 10– 12 W
|
[watt]
|
2.1.2.
Qafas tal-kwalità
Preċiżjoni tal-valuri mdaħħlin
Il-valuri kollha mdaħħlin li jaffettwaw il-livell ta' emissjonijiet ta' sors għandhom jiġu stabbiliti b'tal-inqas il-preċiżjoni li tikkorrispondi għal inċertezza ta' ± 2dB(A) fil-livell ta' emissjonijiet tas-sors (filwaqt li l-parametri kollha l-oħrajn jibqgħu l-istess).
Użu tal-valuri prestabbiliti
Fl-applikazzjoni tal-metodu, id-dejta mdaħħla għandha tirrifletti l-użu attwali. B'mod ġenerali ma għandu jkun hemm ebda dipendenza fuq valuri mdaħħlin prestabbiliti jew suppożizzjonijiet. Il-valuri prestabbiliti mdaħħlin u s-suppożizzjonijiet jiġu aċċettati jekk il-ġbir tad-dejta reali jkun marbut ma' spejjeż għoljin b'mod sproporzjonat.
Kwalità tas-softwer użat għall-kalkoli
Is-softwer użat biex isiru l-kalkoli għandu juri li huwa konformi mal-metodi deskritti hawnhekk permezz ta' ċertifikazzjoni tar-riżultati minn każijiet eżaminati.
2.2.
Storbju tat-traffiku fit-toroq
2.2.1.
Deskrizzjoni tas-sors
Klassifikazzjoni tal-vetturi
Is-sors ta storbju tat-traffiku fit-toroq għandu jiġi stabbilit billi jingħaddu l-emissjonijiet ta' storbju ta' kull vettura individwali li ssawwar il-fluss tat-traffiku. Dawn il-vetturi jitqassmu fi gruppi ta' ħames kategoriji separati fir-rigward tal-karatteristiċi tagħhom ta' emissjoni ta' storbju:
|
Kategorija 1
|
:
|
Vetturi ħfief
|
|
Kategorija 2
|
:
|
Vetturi tqal medji
|
|
Kategorija 3
|
:
|
Vetturi tqal
|
|
Kategorija 4
|
:
|
Vetturi motorizzati b'żewġ roti
|
|
Kategorija 5
|
:
|
Kategorija miftuħa
|
Fil-każ ta' vetturi motorizzati b'żewġ roti, huma stabbiliti żewġ subklassijiet separati għal mopeds u muturi iktar b'saħħithom, peress li joperaw b'modi ta' sewqan ferm differenti u normalment in-numri tagħhom ivarjaw ħafna.
Għandhom jintużaw l-ewwel erba' kategoriji, filwaqt li l-ħames kategorija hija fakultattiva. Din hija prevista għal vetturi ġodda li jistgħu jiġu żviluppati fil-ġejjieni u li jistgħu jkunu differenti biżżejjed fl-emissjoni ta' storbju tagħhom sabiex ikunu jeħtieġu d-definizzjoni ta' kategorija oħra. Din il-kategorija tista' tkopri, pereżempju, vetturi elettriċi jew ibridi jew kwalunkwe vettura żviluppata fil-ġejjieni li tkun sostanzjalment differenti minn dawk fil-kategoriji 1 sa 4.
Id-dettalji tal-klassijiet ta' vetturi differenti jinsabu fit-tabella [2.2.a].
Tabella [2.2.a]
Klassijiet ta' vetturi
|
Kategorija
|
Isem
|
Deskrizzjoni
|
Kategorija tal-vettura fil-KE
Approvazzjoni tat-Tip ta' Vettura Sħiħa (1)
|
|
1
|
Vetturi ħfief
|
Karozzi tal-passiġġieri, vannijiet tal-kunsinna ≤ 3,5 tunnellati, SUVs (2), MPVs (3) inklużi karrijiet u karavans
|
M1 u N1
|
|
2
|
Vetturi tqal medji
|
Vetturi tqal medji, vannijiet tal-kunsinna > 3,5 tunnellati, karozzi tal-linja, djar fuq ir-roti, eċċ. b'żewġ fusien u muntatura b'roti doppji fuq il-fus ta' wara
|
M2, M3 u N2, N3
|
|
3
|
Vetturi tqal
|
Vetturi tqal kbar, karozzi tat-turiżmu, karozzi tal-linja, bi tliet fusien jew iktar
|
M2 u N2 bil-karru, M3 u N3
|
|
4
|
Vetturi motorizzati b'żewġ roti
|
4a
|
Mopeds b'żewġ, tliet u erba' roti
|
L1, L2, L6
|
|
4b
|
Muturi b'sidecars jew mingħajr, Triċikli u Kwadriċikli
|
L3, L4, L5, L7
|
|
5
|
Kategorija miftuħa
|
Trid tiġi ddefinita skont il-ħtiġijiet tal-ġejjieni
|
M/A
|
(1)
Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1) li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi.
(2)
Vetturi Utilitarji Sportivi.
(3)
Vetturi b'Bosta Skopijiet.
|
Numru u pożizzjoni ta' sorsi ekwivalenti ta' ħoss
▼M6
F’dan il-mudell, kull vettura (tal-kategorija 1, 2, 3, 4 u 5) hija rappreżentata minn sors puntiformi uniku li jinfirex b’mod uniformi. L-ewwel riflessjoni fuq is-superfiċje tat-triq hija ttrattata b’mod impliċitu. Kif muri fl-Illustrazzjoni [2.2.a], dan is-sors puntiformi jitqiegħed 0,05 m ’il fuq mis-superfiċje tat-triq.
▼M2
Figura [2.2.a]
Post tas-sors puntiformi ekwivalenti fuq vetturi ħfief (kategorija 1), vetturi tqal (kategoriji 2 u 3) u vetturi b'żewġ roti (kategorija 4)
[EUR-Lex]
Il-fluss tat-traffiku huwa rrappreżentat minn linja ta' sorsi. Fl-immudellar ta' triq b'bosta korsiji, idealment kull korsija trid tkun irrappreżentata minn linja ta' sors imqiegħda f'nofs kull korsija. Madankollu, huwa aċċettabbli wkoll li tiġi mmudellata linja ta' sors f'nofs triq bidirezzjonali jew linja ta' sors għal kull karreġġata fil-korsija esterna ta' toroq b'bosta korsiji.
Emissjoni ta' potenza akustika
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
Il-potenza akustika tas-sors hija ddefinita fil-'kamp semiliberu', b'hekk, il-potenza akustika tinkludi l-effett tar-riflessjoni tal-art eżatt taħt is-sors immudellat fejn ma hemm ebda oġġett li jfixkel fil-madwar ħlief ir-riflessjoni fuq is-superfiċje tat-triq mhux użata taħt is-sors immudellat.
Fluss tat-traffiku
L-emissjoni ta' storbju ta' fluss tat-traffiku hija rrappreżentata minn linja ta' sors ikkaratterizzat mill-potenza akustika direzzjonali tagħha għal kull metru għal kull frekwenza. Din tikkorrispondi għas-somma tal-emissjoni ta' ħoss tal-vetturi individwali fil-fluss tat-traffiku, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-ħin imqatta' mill-vetturi fis-sezzjoni tat-triq ikkonċernata. L-implimentazzjoni tal-vettura individwali fil-fluss teħtieġ l-applikazzjoni ta' mudell ta' fluss tat-traffiku.
Jekk jiġi supponut fluss kostanti tat-traffiku ta' Qm
vetturi tal-kategorija m fis-siegħa, b'veloċità medja vm
(f'km/h), il-potenza akustika direzzjonali għal kull metru f'banda ta' frekwenzi i tal-linja ta' sorsi LW′, eq,line,i,m
hija ddefinita hekk:
fejn LW,i,m
hija l-potenza akustika direzzjonali ta' vettura waħda. LW′,m
hija espressa f'dB (re. 10– 12 W/m). Dawn il-livelli ta' potenza akustika huma kkalkolati għal
►C1
kull banda ta' ottava i minn 63 Hz sa 8 kHz ◄ .
Id-dejta dwar il-fluss tat-traffiku Qm
għandha tingħata bħala medja annwali fis-siegħa, għal kull perjodu ta' żmien (matul il-jum-filgħaxija-billejl), għal kull klassi ta' vettura u għal kull linja ta' sors. Għall-kategoriji kollha, għandha tintuża d-dejta mdaħħla dwar il-fluss tat-traffiku miksuba bl-għadd tat-traffiku jew bil-mudelli tat-traffiku.
▼M6
Il-veloċità vm
hija veloċità rappreżentattiva għal kull kategorija ta’ vetturi: f’ħafna każijiet il-veloċità inferjuri tal-veloċità massima legali għas-sezzjoni tat-triq u l-veloċità massima legali għall-kategorija ta’ vetturi.
▼M2
Vettura individwali
▼M6
Fil-fluss tat-traffiku, huwa preżunt li l-vetturi kollha tal-kategorija m isuqu bl-istess veloċità, jiġifieri v
m
.
▼M2
Vettura tat-triq hija mmudellata minn sett ta' ekwazzjonijiet matematiċi li jirrappreżentaw iż-żewġ sorsi ewlenin ta' storbju:
1.
Storbju tat-tidwir minħabba l-interazzjoni bejn ir-rota u t-triq;
2.
Storbju tal-propulsjoni prodott mid-driveline (magna, egżost, eċċ.) tal-vettura.
Storbju ajrudinamiku huwa inkorporat fis-sors ta' storbju tat-tidwir.
Għal vetturi ħfief, medji u tqal (kategoriji 1, 2 u 3), il-potenza akustika totali tikkorrispondi għas-somma enerġetika tat-tidwir u l-istorbju tal-propulsjoni. B'hekk, il-livell totali ta' potenza akustika tal-linji tas-sors m = 1, 2 jew 3 huwa ddefinit hekk:
fejn LWR,i,m
huwa l-livell ta' potenza akustika għal storbju tat-tidwir u LWP,i,m
huwa l-livell ta' potenza akustika għall-istorbju tal-propulsjoni. Dan huwa validu fuq il-meded ta' veloċità kollha. Għal veloċitajiet inqas minn 20km/h, għandu jintuża l-istess livell ta' potenza akustika kif stipulat fil-formula għal vm = 20km/h.
Għal vetturi b'żewġ roti (kategorija 4), l-istorbju tal-propulsjoni biss jitqies għas-sors:
|
LW,i,m = 4
(vm = 4
) = LWP,i,m = 4
(vm = 4
)
|
(2.2.3)
|
Dan huwa validu fuq il-meded ta' veloċità kollha. Għal veloċitajiet inqas minn 20 km/h, għandu jintuża l-istess livell ta' potenza akustika kif stipulat fil-formula għal vm = 20 km/h.
2.2.2.
Kundizzjonijiet ta' referenza
L-ekwazzjonijiet u l-koeffiċjenti tas-sors huma validi għall-kundizzjonijiet ta' referenza li ġejjin:
—
veloċità kostanti tal-vettura
—
temperatura tal-arja τref = 20 °C
—
superfiċje tat-triq ta' referenza virtwali, li bħala medja tikkonsisti f'konkrit magħmul minn asfalt dens ta' 0/11 u asfalt “stone mastic” ta' 0/11, ta' bejn 2 u 7 snin u f'kundizzjoni ta' manutenzjoni rappreżentattiva
—
superfiċje niexfa tat-triq
2.2.3.
Storbju tat-tidwir
Ekwazzjoni ġenerali
Il-livell tal-potenza akustika tal-storbju tat-tidwir fil-banda ta' frekwenzi i għal vettura tal-klassi m = 1,2 jew 3 huwa ddefinit bħala:
Il-koeffiċjenti AR,i,m
u BR,i,m
jingħataw f'baned ta' ottava għal kull kategorija ta' vetturi u għal veloċità ta' referenza vref
= 70 km/h. ΔLWR,i,m
tikkorrispondi għas-somma tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni li jridu jiġu applikati għall-emissjoni ta' storbju tat-tidwir għal kundizzjonijiet speċifiċi tat-triq jew tal-vettura li jiddevjaw mill-kundizzjonijiet ta' referenza:
|
ΔLWR,i,m = ΔLWR,road,i,m + ΔLstuddedtyres,i,m + ΔLWR,acc,i,m + ΔLW,temp
|
(2.2.5)
|
ΔLWR,road,i,m
tirrappreżenta l-effett fuq l-istorbju tat-tidwir ta' superfiċje tat-triq bi proprjetajiet akustiċi differenti minn dawk tas-superfiċje ta' referenza virtwali kif iddefiniti fil-kapitlu 2.2.2. Tinkludi kemm l-effett fuq il-propagazzjoni kif ukoll fuq il-ġenerazzjoni.
ΔLstudded tyres,i,m
huwa koeffiċjent ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-istorbju tat-tidwir ikbar tal-vetturi ħfief mgħammrin b'tajers bit-tappini.
ΔLWR,acc,i,m
tirrappreżenta l-effett fuq l-istorbju tat-tidwir ta' qsim ta' triq bi dwal tat-traffiku jew roundabout. Jintegra l-effett tal-varjazzjoni fil-veloċità fuq l-istorbju.
ΔLW,temp
huwa terminu ta' korrezzjoni għal temperatura medja τ differenti mit-temperatura ta' referenza τref
= 20 °C.
Korrezzjoni għal tajers bit-tappini
F'sitwazzjonijiet li fihom għadd kbir ta' vetturi ħfief fil-fluss tat-traffiku jużaw tajers bit-tappini tul bosta xhur kull sena, għandu jiġi kkunsidrat l-effett indott fuq l-istorbju tat-tidwir. Għal kull vettura tal-kategorija m = 1 mgħammra b'tajers bit-tappini, żieda li tiddependi fuq il-veloċità fl-emissjoni tal-istorbju tat-tidwir hija evalwata hekk:għal
|
Δstud,i
(v) = |
|
|
ai + bi × lg(50/70) għal v < 50 km/h
|
(2.2.6)
|
|
ai + bi × lg(v/70) għal 50 ≤ v ≤ 90 km/h
|
|
ai + bi × lg(90/70) għal v > 90 km/h
|
fejn il-koeffiċjenti ai
u bi
jingħataw għal kull banda ta' ottava.
Iż-żieda fl-emissjoni ta' storbju tat-tidwir għandha tiġi attribwita biss skont is-sehem ta' vetturi ħfief b'tajers bit-tappini u tul perjodu limitat Ts
(f'xhur) tul is-sena. Jekk Qstud,ratio
hija l-proporzjon medju tal-volum totali ta' vetturi ħfief fis-siegħa mgħammrin b'tajers bit-tappini tul il-perjodu Ts
(f'xhur), f'dak il-każ il-proporzjon medju annwali ta' vetturi mgħammrin b'tajers bit-tappini ps
jinkiseb permezz ta':
Il-korrezzjoni riżultanti li trid tiġi applikata għall-emissjoni ta' potenza akustika tat-tidwir minħabba l-użu ta' tajers bit-tappini għal vetturi tal-kategorija m = 1 f'banda ta' frekwenzi i għandha tkun:
Għall-vetturi tal-kategoriji l-oħrajn kollha ma għandha tiġi applikata ebda korrezzjoni:
|
ΔLstuddedtyres,i,m ≠ 1
= 0
|
(2.2.9)
|
Effett tat-temperatura tal-arja fuq il-korrezzjoni tal-istorbju tat-tidwir
It-temperatura tal-arja taffettwa l-emissjoni ta' storbju tat-tidwir; il-livell tal-potenza akustika tat-tidwir jonqos meta tiżdied it-temperatura tal-arja. Dan l-effett jiddaħħal fil-korrezzjoni tas-superfiċje tat-triq. Is-soltu, il-korrezzjonijiet tas-superfiċje tat-triq jiġu evalwati f'temperatura tal-arja ta' τref
= 20 °C. Fil-każ ta' temperatura annwali medja differenti tal-arja °C, l-istorbju tas-superfiċje tat-triq għandu jiġi kkoreġut hekk:
|
ΔLW,temp,m
(τ) = Km
× (τref – τ)
|
(2.2.10)
|
It-terminu ta' korrezzjoni huwa pożittiv (jiġifieri żidiet fl-istorbju) għal temperaturi inqas minn 20 °C u negattiv (jiġifieri tnaqqis fl-istorbju) għal temperaturi ogħla. Il-koeffiċjent K jiddependi mis-superfiċje tat-triq u l-karatteristiċi tat-tajers u b'mod ġenerali juri xi dipendenza fuq il-frekwenza. Għandu jiġi applikat koeffiċjent ġeneriku Km = 1 = 0,08 dB/°C għal vetturi ħfief (kategorija 1) u Km = 2 = Km = 3 = 0,04 dB/°C għal vetturi tqal (kategoriji 2 u 3) għas-superfiċji kollha tat-triq. Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni għandu jiġi applikat bl-istess mod fuq il-baned ta' ottava kollha bejn 63 u 8 000 Hz.
2.2.4.
Storbju tal-propulsjoni
Ekwazzjoni ġenerali
L-emissjoni ta' storbju tal-propulsjoni tinkludi l-kontribuzzjonijiet kollha mill-magna, l-egżost, il-gerijiet, id-dħul tal-arja, eċċ. Il-livell ta' potenza akustika tal-istorbju tal-propulsjoni fil-banda ta' frekwenzi i għal vettura tal-klassi m huwa ddefinit bħala:
Il-koeffiċjenti AAP,i,m u BP,i,m
jingħataw f'baned ta' ottava għal kull kategorija ta' vetturi u għal veloċità ta' referenza vref
= 70 km/h.
ΔLWP,i,m
jikkorrispondi għas-somma tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni li jridu jiġu applikati għall-emissjoni ta' storbju tal-propulsjoni għal kundizzjonijiet speċifiċi tas-sewqan jew kundizzjonijiet reġjonali li jiddevjaw mill-kundizzjonijiet ta' referenza:
|
ΔLWP,i,m = ΔLWP,road,i,m + ΔLWP,grad,i,m + ΔLWP,acc,i,m
|
(2.2.12)
|
ΔLWP,road,i,m
tirrappreżenta l-effett tas-superfiċje tat-triq fuq l-istorbju tal-propulsjoni permezz tal-assorbiment. Il-kalkolu għandu jsir skont il-kapitlu 2.2.6.
ΔLWP,acc,i,m
u ΔLWP,grad,i,m
jirrappreżentaw l-effett tal-gradjent tat-triq u tal-aċċelerazzjoni u d-deċelerazzjoni tal-vetturi fl-intersezzjonijiet. Għandhom jiġu kkalkolati skont il-kapitli 2.2.4 u 2.2.5 rispettivament.
Effett tal-gradjenti tat-triq
Il-gradjent tat-triq għandu żewġ effetti fuq l-emissjoni ta' storbju tal-vettura: l-ewwel nett, jaffettwa l-veloċità tal-vettura u b'hekk l-emissjoni ta' storbju tat-tidwir u tal-propulsjoni tal-vettura; it-tieni, jaffettwa kemm it-tagħbija tal-magna kif ukoll il-veloċità tal-magna bl-għażla ta' ger u b'hekk anki l-emissjoni ta' storbju tal-propulsjoni tal-vettura. Huwa biss l-effett fuq l-istorbju tal-propulsjoni li jiġi kkunsidrat f'din is-sezzjoni, li fiha tiġi supponuta veloċità kostanti.
L-effett tal-gradjent tat-triq fuq l-istorbju tal-propulsjoni jiġi kkunsidrat permezz ta' terminu ta' korrezzjoni ΔLWP,grad
,
m
li huwa funzjoni tal-inklinazzjoni s (in %), il-veloċità tal-vettura vm
(f'km/h) u l-klassi tal-vettura m. Fil-każ ta' fluss tat-traffiku bidirezzjonali, hemm bżonn li l-fluss jinqasam f'żewġ komponenti u li jiġi kkoreġut nofs għal inklinazzjoni 'l fuq u nofs għal dik 'l isfel. It-terminu ta' korrezzjoni huwa attribwit għall-baned ta' ottava kollha bl-istess mod:
Għal m = 1
|
ΔLWP,grad,i,m = 1
(vm
) = |
|
|
[EUR-Lex]
|
għal
s < – 6 %
|
(2.2.13)
|
|
0
|
għal – 6 % ≤ s ≤ 2 %
|
|
[EUR-Lex]
|
għal
s > 2 %
|
Għal m = 2
|
ΔLWP,grad,i,m = 2
(vm
) = |
|
|
[EUR-Lex]
|
għal s < – 4 %
|
(2.2.14)
|
|
0
|
għal – 4 % ≤ s ≤ 0 %
|
|
[EUR-Lex]
|
għal s > 0 %
|
Għal m = 3
|
ΔLWP,grad,i,m = 3
(vm
) = |
|
|
[EUR-Lex]
|
għal s < – 4 %
|
(2.2.15)
|
|
0
|
għal – 4 % ≤ s ≤ 0 %
|
|
[EUR-Lex]
|
għal s > 0 %
|
Għal m = 4
|
ΔLWP,grad,i,m = 4
= 0
|
(2.2.16)
|
Il-korrezzjoni ΔLWP,grad,m
tinkludi b'mod impliċitu l-effett tal-inklinazzjoni fuq il-veloċità.
2.2.5.
Effett tal-aċċelerazzjoni u d-deċelerazzjoni tal-vetturi
Qabel u wara l-qsim tat-triq bid-dwal tat-traffiku u r-roundabouts, għandha tiġi applikata korrezzjoni għall-effett ta' aċċelerazzjoni u deċelerazzjoni kif deskritt hawn taħt.
It-termini ta' korrezzjoni għal storbju tat-tidwir, ΔLWR,acc,m,k
, u għal storbju tal-propulsjoni, ΔLWP,acc,m,k
, huma funzjonijiet lineari tad-distanza x (f'm) tas-sors puntiformi għall-eqreb intersezzjoni tal-linja ta' sors rispettiva ma' linja ta' sors oħra. Huma attribwiti għall-baned ta' ottava kollha bl-istess mod:
Il-koeffiċjenti CR,m,k
u CP,m,k
jiddependu mit-tip ta' salib it-toroq k (k = 1 għal qsim bid-dwal tat-traffiku; k = 2 għal roundabout) u jingħataw għal kull kategorija ta' vetturi. Il-korrezzjoni tinkludi l-effett tal-bidla fil-veloċità meta wieħed joqrob jew jitbiegħed minn qsim jew roundabout.
Kun af li f'distanza |x| ≥ 100 m, ΔLWR,acc,m,k
= ΔLWP,acc,m,k
= 0.
2.2.6.
L-effett tat-tip ta' superfiċje tat-triq
Prinċipji ġenerali
Għal superfiċji tat-triq bi proprjetajiet akustiċi differenti minn dawk tas-superfiċje ta' referenza, għandu jiġi applikat terminu ta' korrezzjoni spettrali kemm għal storbju tat-tidwir kif ukoll għal storbju tal-propulsjoni.
It-terminu ta' korrezzjoni tas-superfiċje tat-triq għall-emissjoni ta' storbju tat-tidwir jinkiseb hekk:
fejn
αi,m
hija l-korrezzjoni spettrali f'dB bil-veloċità ta' referenza vref
għal kategorija m (1, 2 jew 3) u banda spettrali i.
βm
huwa l-effett tal-veloċità fuq it-tnaqqis tal-istorbju tat-tidwir għal kategorija m (1, 2 jew 3) u hija identika għall-baned kollha ta' frekwenzi.
It-terminu ta' korrezzjoni tas-superfiċje tat-triq għall-emissjoni ta' storbju tal-propulsjoni jinkiseb hekk:
|
ΔLWP,road,i,m
= min{αi,m
;0}
|
(2.2.20)
|
Superfiċji assorbenti jnaqqsu l-istorbju tal-propulsjoni, filwaqt li superfiċji mhux assorbenti ma jżiduhx.
L-effett taż-żmien fuq il-proprjetajiet ta' storbju tas-superfiċje tat-triq
Il-karatteristiċi tal-istorbju tas-superfiċji tat-triq ivarjaw maż-żmien u skont il-livell ta' manutenzjoni, b'tendenza li jsiru iktar storbjużi maż-żmien. F'dan il-metodu, il-parametri tas-superfiċje tat-triq jitqiesu rappreżentattivi għall-prestazzjoni akustika tat-tip ta' superfiċje tat-triq wara li tittieħed medja matul il-ħajja rappreżentattiva tiegħu u bis-suppożizzjoni ta' manutenzjoni xierqa.
2.3.
Storbju tal-ferroviji
2.3.1.
Deskrizzjoni tas-sors
Klassifikazzjoni tal-vetturi
Definizzjoni ta' vettura u ferrovija
Għall-finijiet ta' dan il-metodu ta' kalkolu tal-istorbju, vettura hija ddefinita bħala kwalunkwe subunità ferrovjarja waħda ta' ferrovija (normalment lokomotiva, kowċ awtopropulsiva, kowċ miġbud jew vagun tal-merkanzija) li tista' titmexxa b'mod indipendenti u tista' tinqala' mill-bqija tal-ferrovija. Jistgħu jseħħu ċerti ċirkustanzi speċifiċi għal subunitajiet ta' ferrovija li huma parti minn sett li ma jinqalax, eż. li jaqsmu bogie bejniethom. Għall-fini ta' dan il-metodu ta' kalkolu, dawn is-subunitajiet kollha ddaħħlu fi grupp wieħed ta' vetturi.
Għall-fini ta' dan il-metodu ta' kalkolu, ferrovija tikkonsisti f'sensiela ta' vetturi abbinati.
It-Tabella [2.3.a] tiddefinixxi lingwa komuni biex tiddeskrivi t-tipi ta' vetturi inklużi fid-database tas-sorsi. Tippreżenta d-deskritturi rilevanti li jridu jintużaw sabiex il-vetturi jiġu kklassifikati bis-sħiħ. Dawn id-deskritturi jikkorrispondu għall-proprjetajiet tal-vettura, li jaffettwaw il-potenza akustika direzzjonali għal kull metru tal-linja ta' sors ekwivalenti mmudellata.
In-numru ta' vetturi għal kull tip għandu jiġi stabbilit fuq kull waħda mis-sezzjonijiet tal-binarji għal kull wieħed mill-perjodi ta' żmien li jridu jintużaw fil-kalkolu tal-istorbju. Għandu jingħata bħala numru medju ta' vetturi fis-siegħa, li jrid jinkiseb billi jinqasam in-numru totali ta' vetturi li jivjaġġaw f'perjodu ta' żmien partikolari bid-durata f'sigħat ta' dan il-perjodu ta' żmien (eż. 24 vettura f'4 sigħat ifissru 6 vetturi fis-siegħa). Għandhom jintużaw it-tipi kollha ta' vetturi li jivvjaġġaw fuq kull sezzjoni tal-binarji.
Tabella [2.3.a]
Klassifikazzjoni u deskritturi għal vetturi ferrovjarji
|
Numru
|
1
|
2
|
3
|
4
|
|
Deskrittur
|
Tip ta' vettura
|
Numru ta' fusien għal kull vettura
|
Tip ta' brejk
|
Kejl tar-rota
|
|
Spjegazzjoni tad-deskrittur
|
Ittra li tiddeskrivi t-tip
|
In-numru proprju ta' fusien
|
Ittra li tiddeskrivi t-tip ta' brejk
|
Ittra li tiddeskrivi t-tip ta' miżura ta' tnaqqis tal-istorbju
|
|
Deskritturi possibbli
|
h
vettura b'veloċità għolja (> 200 km/h)
|
1
|
c
blokka tal-ħadid fondut
|
n
ebda miżura
|
|
m
kowċijiet tal-passiġġiera awtopropulsivi
|
2
|
k
blokka tal-metall kompost jew sinter
|
d
smorzaturi
|
|
p
kowċijiet tal-passiġġiera miġbuda
|
3
|
n
brejkijiet mhux ta' fuq wiċċ ir-rota, bħal disk, tanbur, manjetiċi
|
s
skrins
|
|
c
tram tal-ibliet jew metrokowċ ħafifa awtopropulsiva u mhux awtopropulsiva
|
4
|
|
o
oħrajn
|
|
d
loko bid-diżil
|
eċċ.
|
|
|
|
e
loko elettrika
|
|
|
|
|
a
kwalunkwe vettura ġenerika tal-merkanzija
|
|
|
|
|
o
oħrajn (jiġifieri vetturi tal-manutenzjoni eċċ.)
|
|
|
|
Klassifikazzjoni tal-binarji u struttura ta' appoġġ
Il-binarji eżistenti jistgħu jvarjaw għaliex hemm bosta elementi li jikkontribwixxu għall-proprjetajiet akustiċi tagħhom u li jikkaratterizzawhom. It-tipi ta' binarji użati f'dan il-metodu huma elenkati fit-Tabella [2.3.b] hawn taħt. Uħud mill-elementi għandhom influwenza kbira fuq il-proprjetajiet akustiċi, filwaqt li oħrajn għandhom effetti sekondarji biss. B'mod ġenerali, l-iktar elementi rilevanti li jinfluwenzaw l-emissjoni ta' storbju tal-ferroviji huma: kemm hija ħarxa l-parti tal-binarju li tmiss mar-roti, ir-riġidità tas-suletta, il-bażi tal-binarji, il-ġonot tal-ferrovija u r-raġġ tal-kurvatura tal-binarju. Inkella, jistgħu jiġu ddefiniti l-proprjetajiet ġenerali tal-binarju u, f'dan il-każ, il-ħruxija tal-parti tal-binarju li tmiss mar-roti u r-rata ta' tnaqqis tal-binarju skont ISO 3095 huma ż-żewġ parametri akustikament essenzjali, flimkien mar-raġġ tal-kurvatura tal-binarju.
Sezzjoni tal-binarju hija ddefinita bħala parti minn binarju wieħed, fuq linja ferrovjarja jew stazzjon jew depot, li fuqha ma jinbidlux il-proprjetajiet fiżiċi u l-komponenti bażiċi tal-binarju.
It-Tabella [2.3.b] tiddefinixxi lingwa komuni biex jiġu deskritti t-tipi ta' binarji inklużi fid-database tas-sors.
It-Tabella [2.3.b]
|
Numru
|
1
|
2
|
3
|
4
|
5
|
6
|
|
Deskrittur
|
Bażi tal-binarju
|
Ħruxija tal-parti li tmiss mal-binarju
|
Tip ta' suletta
|
Miżuri addizzjonali
|
Ġonot tal-ferroviji
|
Kurvatura
|
|
Spjegazzjoni tad-deskrittur
|
Tip ta' bażi tal-binarju
|
Indikatur tal-ħruxija
|
►M6
Tirrappreżenta indikazzjoni tar-riġidità “dinamika” ◄
|
Ittra li tiddeskrivi l-apparat akustiku
|
Il-preżenza ta' ġonot u spazjar
|
Indika r-raġġ tal-kurvatura f'm
|
|
Kodiċijiet awtorizzati
|
B
Ballast
|
E
Miżmuma tajjeb u lixxa ħafna
|
S
Ratba
(150-250 MN/m)
|
N
Xejn
|
N
Xejn
|
N
Binarji dritti
|
|
S
Binarji bla ballast
|
M
Manutenzjoni normali
|
M
Medja
(250 sa 800 MN/m)
|
D
Smorzatur ferrovjarju
|
S
Devjatur jew ġonta
|
L
Ħafifa
(1 000 -500 m)
|
|
L
Pont bil-ballast
|
N
Mhux miżmuma tajjeb
|
►M6
H
Riġidità (800-1 000 MN/m) ◄
|
B
Ilqugħ batut
|
D
Żewġ ġonot jew devjaturi kull 100 m
|
M
Medja
(Inqas minn 500 m u iktar minn 300 m)
|
|
N
Pont bla ballast
|
B
Mhux miżmuma u f'kundizzjoni ħażina
|
|
A
Pjanċa assorbenti fuq binarju bla ballast
|
M
Iktar minn żewġ ġonot jew devjaturi kull 100 m
|
H
Għolja
(Inqas minn 300 m)
|
|
T
Binarju inkorporat
|
|
|
E
Ferrovija inkorporata
|
|
|
|
O
Oħrajn
|
|
|
O
Oħrajn
|
|
|
Numru u pożizzjoni tas-sorsi akustiċi ekwivalenti
Figura [2.3.a]
Pożizzjoni tas-sorsi ta' storbju ekwivalenti
[EUR-Lex]
Is-sorsi lineari ta' storbju ekwivalenti differenti jitqiegħdu f'għoli differenti u fiċ-ċentru tal-binarju. Kull għoli huwa rriferit għat-tanġent pjan għaż-żewġ superfiċji superjuri taż-żewġ binarji ferrovjarji.
Is-sorsi ekwivalenti jinkludu sorsi fiżiċi differenti (indiċi p). Dawn is-sorsi fiżiċi jinqasmu f'kategoriji differenti skont il-mekkaniżmu ta' ġenerazzjoni, u huma: 1) storbju tat-tidwir (inklużi mhux biss il-vibrazzjoni tal-ferrovija u tal-bażi tal-binarju u l-vibrazzjoni tar-rota, iżda anki, meta preżenti, l-istorbju tas-superstruttura tal-vetturi tal-merkanzija); 2) storbju ta' trazzjoni; 3) storbju ajrudinamiku; 4) storbju tal-impatt (minn qasmiet, devjaturi u ġonot); 5) storbju ta' żaqżiq u 6) storbju minħabba effetti addizzjonali bħal pontijiet u vijadotti.
1)
Il-ħruxija tar-roti u l-partijiet tal-binarju li jmissu mar-roti, permezz ta' tliet mogħdijiet ta' trasmissjoni għas-superfiċji radjanti (ferroviji, roti u superstruttura), tikkostitwixxi l-istorbju tat-tidwir. Din hija allokata għal h = 0,5 m (superfiċji radjanti A) sabiex tirrappreżenta l-kontribuzzjoni tal-binarju, inklużi l-effetti tas-superfiċje tal-binarji, speċjalment binarji bla ballast (skont il-parti ta' propagazzjoni), sabiex tirrappreżenta l-kontribuzzjoni tar-roti u tirrappreżenta l-kontribuzzjoni tas-superstruttura tal-vettura għall-istorbju (f'ferroviji tal-merkanzija).
2)
L-għoli tas-sors ekwivalenti għall-istorbju ta' trazzjoni jvarja bejn 0,5 m (sors A) u 4,0 m (sors B), skont il-pożizzjoni fiżika tal-komponent ikkonċernat. Sorsi bħat-trażmissjonijiet tal-gerijiet u muturi elettriċi spiss ser ikunu f'għoli tal-fus ta' 0,5 m (sors A). Luvers u żbokkijiet għat-tkessiħ jistgħu jkunu f'għoli differenti; l-egżosts tal-magna għal vetturi li jaħdmu bid-diżil spiss ikunu f'għoli tas-saqaf ta' 4,0 m (sors B). Sorsi oħrajn ta' trazzjoni bħal fannijiet jew blokok ta' magni diżil jistgħu jkunu f'għoli ta' 0,5 m (sors A) jew 4,0 m (sors B). Jekk l-għoli eżatt tas-sors huwa bejn l-ammonti ta' għoli tal-mudell, l-enerġija akustika tiġi ddistribwita b'mod proporzjonali fuq l-eqreb punti ta' għoli tas-sors li huma maġenb xulxin.
Għal din ir-raġuni, il-metodu jipprevedi żewġ punti ta' għoli tas-sors f'0,5 m (sors A), 4,0 m (sors B), u l-potenza akustika ekwivalenti marbuta ma' kull wieħed hija distribwita bejn it-tnejn skont il-konfigurazzjoni speċifika tas-sorsi fuq it-tip ta' unità.
3)
L-effetti tal-istorbju ajrudinamiku huma assoċjati mas-sors f'0,5 m (li jirrappreżentaw l-għata u l-paraventi, sors A), u s-sors f'4,0 m (immudellar ta' kollox fuq l-apparat tas-saqaf u l-pantografu, sors B). L-għażla ta' 4,0 m għall-effetti tal-pantografu hija magħrufa bħala mudell sempliċi, u trid tiġi kkunsidrata bir-reqqa jekk l-għan huwa li jinkiseb għoli xieraq għall-ilqugħ mill-istorbju.
4)
L-istorbju tal-impatt huwa marbut mas-sors f'0,5 m (sors A).
5)
L-istorbju taż-żaqżiq huwa marbut mas-sorsi f'0,5 m (sors A).
6)
L-istorbju tal-pont huwa marbut mas-sors f'0,5 m (sors A).
2.3.2.
Emissjoni ta' potenza akustika
Ekwazzjonijiet ġenerali
Vettura individwali
Il-mudell għall-istorbju mit-traffiku ferrovjarju, b'mod analogu għall-istorbju mit-traffiku fit-toroq, jiddeskrivi l-emissjoni tal-potenza akustika ta' storbju ta' taħlita speċifika ta' tip ta' vettura u tip ta' binarju li tissodisfa serje ta' rekwiżiti deskritti fil-klassifikazzjoni tal-vettura u l-binarju, f'termini ta' sett ta' potenza akustika għal kull vettura (LW,0).
Fluss tat-traffiku
L-emissjoni ta' storbju ta' fluss tat-traffiku fuq kull binarju għandha tkun rappreżentata minn sett ta' 2 linji ta' sorsi kkaratterizzati mill-potenza akustika direzzjonali tagħha għal kull metru għal kull banda ta' frekwenzi. Dan jikkorrispondi għas-somma tal-emissjonijiet ta' ħoss meta l-vetturi individwali jgħaddu mill-fluss tat-traffiku u, fil-każ speċifiku ta' vetturi weqfin, jiġi kkunsidrat il-ħin imqatta' mill- vetturi fis-sezzjoni ferrovjarja inkwistjoni.
Il-potenza akustika direzzjonali għal kull metru għal kull banda ta' frekwenzi, dovuta għall-vetturi kollha li jgħaddu minn kull sezzjoni tal-binarju fuq it-tip ta' binarju (j), hija ddefinita:
—
għal kull banda ta' frekwenzi (i),
—
għal kull għoli tas-sors mogħti (h) (għal sorsi f'0,5 m h = 1, f'4,0 m h = 2),
u hija s-somma tal-enerġija tal-kontribuzzjonijiet kollha mill-vetturi kollha li jgħaddu mis-sezzjoni tal-binarju speċifika numru j. Dawn il-kontribuzzjonijiet huma:
—
mit-tipi kollha ta' vetturi (t)
—
fil-veloċitajiet differenti tagħhom (s)
—
bil-kundizzjonijiet operattivi partikolari (veloċità kostanti) (c)
—
għal kull tip ta' sors fiżiku (tidwir, impatt, żaqżiq, trazzjoni, sorsi ta' effetti addizzjonali u ajrudinamiċi bħal pereżempju storbju tal-pontijiet) (p).
Biex tiġi kkalkolata l-potenza akustika direzzjonali għal kull metru (tidħil fil-parti ta' propagazzjoni) minħabba t-taħlita medja ta' traffiku fis-sezzjoni tal-binarju numru j, tintuża din l-ekwazzjoni li ġejja:
fejn
|
Tref
|
=
|
il-perjodu ta' żmien ta' referenza li għalih jiġi kkunsidrat it-traffiku medju
|
|
X
|
=
|
in-numru totali ta' kumbinazzjonijiet eżistenti ta' i, t, s, c, p għal kull sezzjoni tal-binarju numru j
|
|
t
|
=
|
l-indiċi għat-tipi ta' vetturi fis-sezzjoni tal-binarju numru j
|
|
s
|
=
|
l-indiċi għall-veloċità tal-ferrovija: hemm indiċijiet daqs in-numru ta' veloċitajiet medji differenti tal-ferroviji fis-sezzjoni tal-binarju numru j
|
|
c
|
=
|
l-indiċi għall-kundizzjonijiet operattivi: 1 (għal veloċità kostanti), 2 (diżingranaġġ)
|
|
p
|
=
|
l-indiċi għat-tipi ta' sors fiżiku: 1 (għal storbju tat-tidwir u tal-impatt), 2 (żaqżiq tad-dawran), 3 (storbju ta' trazzjoni), 4 (storbju ajrudinamiku), 5 (effetti addizzjonali)
|
|
LW′,eq,line,x
|
=
|
x-th il-potenza akustika direzzjonali numru x għal kull metru għal linja ta' sorsi ta' taħlita waħda ta' t, s, c, p f'kull sezzjoni tal-binarju numru j
|
Jekk jiġi supponut fluss kostanti ta' vetturi Q fis-siegħa, b'veloċità medja v, bħala medja f'kull waqt ser ikun hemm numru ekwivalenti ta' vetturi Q/v għal kull tul ta' unità tas-sezzjoni ferrovjarja. L-emissjoni tal-istorbju tal-fluss ta' vetturi f'termini ta' potenza akustika direzzjonali għal kull metru LW′,eq,line
(mogħtija f'dB/m (re. 10– 12 W)) hija integrata hekk:
fejn
—
Q huwa n-numru medju ta' vetturi fis-siegħa fis-sezzjoni tal-binarju numru
j
għat-tip ta' vettura
t
, il-veloċità medja tal-ferrovija
s
u l-kundizzjoni operattiva
c
▼M6
—
v hija l-veloċità tagħhom [km/h] fis-sezzjoni tal-binarju numru j għat-tip ta’ vettura
t
u l-veloċità medja tal-ferrovija
s
▼M2
—
LW,0,dir
hija l-livell ta' potenza akustika direzzjonali tal-istorbju speċifiku (tidwir, impatt, żaqżiq, ibbrejkjar, trazzjoni, ajrudinamiku, effetti oħrajn) ta' vettura waħda fid-direzzjonijiet ψ, φ iddefiniti fir-rigward tad-direzzjoni tal-moviment tal-vettura (ara l-Figura [2.3.b]).
Fil-każ ta' sors wieqaf, bħal meta ma jkunx ingranat, jiġi supponut li l-vettura ser tibqa' għal ħin ġenerali T
idle f'post f'sezzjoni ta' binarju b'tul L. Għalhekk, b'Tref
bħala perjodu ta' ħin ta' referenza għall-valutazzjoni tal-istorbju (eż. 12-il siegħa, 4 sigħat, 8 sigħat), il-potenza akustika direzzjonali għal kull tul ta' unità fuq dik is-sezzjoni ta' binarji hija ddefinita hekk:
B'mod ġenerali, il-potenza akustika direzzjonali tinkiseb minn kull sors speċifiku bħala:
|
LW,0,dir,i
(ψ,φ) = LW,0,i + ΔLW,dir,vert,i + ΔLW,dir,hor,i
|
(2.3.5)
|
fejn
—
ΔLW,dir,vert,i
hija l-funzjoni ta' korrezzjoni tad-direttività vertikali (mingħajr dimensjoni) ta' ψ (Figura [2.3.b])
—
ΔLW,dir,hor,i
hija l-funzjoni ta' korrezzjoni tad-direttività orizzontali (mingħajr dimensjoni) ta' φ (Figura [2.3.b]).
U fejn LW,0,dir,i
(ψ,φ) wara li tiġi derivata f'baned ta' terz ta' ottava, għandha, tingħata f'baned ta' ottava permezz ta' żieda enerġetika f'daqqa ta' kull banda ta' terz ta' ottava rilevanti fil-banda ta' ottava korrispondenti.
Figura [2.3.b]:
Definizzjoni ġeometrika
[EUR-Lex]
Għall-fini tal-kalkoli, is-saħħa tas-sors imbagħad tiġi espressa speċifikament f'termini ta' potenza akustika direzzjonali għal kull metru tal-binarju LW′,tot,dir,i
sabiex jingħata kont lid-direttività tas-sorsi fid-direzzjoni vertikali u orizzontali tagħhom, permezz tal-korrezzjonijiet addizzjonali.
Ħafna LW,0,dir,i
(ψ,φ) jiġu kkunsidrati għal kull kombinazzjoni ta' vettura-binarju-veloċità-kundizzjoni operattiva:
—
għal banda ta' frekwenza ta' terz ta' ottava (
i
)
—
għal kull sezzjoni tal-binarju (
j
)
—
għoli tas-sors (
h
) (għal sorsi f'0,5 m h = 1, f'4,0 m h = 2)
—
id-direttività (d) tas-sors
Sett ta' LW,0,dir,i
(ψ,φ) jiġi kkunsidrat għal kull taħlita ta' vettura-binarju-veloċità-kundizzjoni operattiva, kull sezzjoni tal-binarju, kull għoli li jikkorrispondi għal h = 1 u h = 2 u d-direttività.
Storbju tat-tidwir
Il-kontribuzzjoni tal-vettura u l-kontribuzzjoni tal-binarju għall-istorbju tat-tidwir huma separati f'erba' elementi essenzjali: ħruxija tar-roti, ħruxija tal-binarji, funzjoni ta' trasferiment tal-vettura għar-roti u għas-superstruttura (“vessels”) u l-funzjoni ta' trasferiment tal-binarji. Il-ħruxija tar-roti u tal-binarji jirrappreżentaw il-kawża tal-eċitazzjoni tal-vibrazzjoni fil-punt fejn jiltaqgħu l-binarju u r-rota, u l-funzjonijiet ta' trasferiment huma żewġ funzjonijiet empiriċi jew immudellati li jirrappreżentaw il-fenomeni kumplessi sħaħ tal-vibrazzjoni mekkanika u l-ġenerazzjoni ta' ħoss fuq is-superfiċji tar-rota, il-binarju, il-qsim u s-substruttura tal-binarju. Din is-separazzjoni tirrifletti l-evidenza fiżika li l-ħruxija preżenti fuq binarju tista' teċita l-vibrazzjoni tal-binarju, iżda ser teċita wkoll il-vibrazzjoni tar-rota u viċe versa. Nuqqas ta' inklużjoni ta' wieħed minn dawn l-erba' parametri jipprevjeni d-diżakkoppjar tal-klassifikazzjoni tal-binarji u l-ferroviji.
Ħruxija tar-roti u l-binarji
L-istorbju tat-tidwir huwa primarjament eċitat mill-ħruxija tal-binarji u tar-roti fil-medda tat-tul tal-mewġa minn 5-500 mm.
Definizzjoni
Il-livell ta' ħruxija Lr
huwa ddefinit bħala 10 darbiet il-logaritma għall-bażi 10 tal-kwadru tal-valur kwadru medju r2
tal-ħruxija tas-superfiċje operattiva ta' binarju jew rota fid-direzzjoni taċ-ċaqliq (livell lonġitudinali) imkejla f'μm tul ċertu tul tal-binarju jew id-dijametru sħiħ tar-rota, maqsum bil-kwadru tal-valur ta' referenza
[EUR-Lex] :
fejn
|
r
|
=
|
r.m.s. tad-differenza ta' spostament vertikali tas-superfiċje ta' kuntatt għal-livell medju
|
Normalment, il-livell ta' ħruxija Lr
jinkiseb bħala spettru tat-tul tal-mewġa λ u għandu jiġi kkonvertit għal spettru ta' frekwenza f = v/λ, fejn f hija l-frekwenza taċ-ċentru tal-banda ta' banda ta' terz ta' ottava partikolari f'Hz, λ hija t-tul tal-mewġa f'm,
►C1
u v hija l-veloċità tal-ferrovija f'm/s ◄ . L-ispettru tal-ħruxija bħala funzjoni jinbidel fil-frekwenza tul l-assi tal-frekwenza għal veloċitajiet differenti. F'każijiet ġenerali, wara konverżjoni għall-ispettru ta' frekwenza permezz tal-veloċità, hemm bżonn li jinkisbu valuri spettrali ġodda tal-banda ta' terz ta' ottava b'medji bejn iż-żewġ baned ta' terz ta' ottava korrispondenti fid-dominju tat-tul tal-mewġa. Biex jiġi stmat l-ispettru effettiv totali tal-frekwenza tal-ħruxija li jikkorrispondi għall-veloċità xierqa tal-ferrovija, għandha tinstab medja enerġetika u proprozjonali taż-żewġ baned ta' terz ta' ottava korrispondenti ddefiniti fid-dominju tat-tul tal-mewġa.
Il-livell ta' ħruxija tal-binarju
(il-ħruxija fuq l-art) għall-banda tan-numru tal-mewġa i huwa ddefinit bħala Lr,TR,i
B'analoġija,
il-livell ta' ħruxija tar-rota
(il-ħruxija mal-ġenb tal-vettura) għall-banda tan-numru tal-mewġa i huwa ddefinit bħala L
r,VEH,i
Il-livell totali u effettiv tal-ħruxija
għall-banda tan-numru tal-mewġa i (LR,tot,i
) huwa ddefinit bħala s-somma tal-enerġija tal-livelli ta' ħruxija tal-binarju u dik tar-rota flimkien mal-filtru ta' kuntatt
►C1
A3
(λ) ◄ sabiex jingħata kont lill-effett ta' filtru tal-medda ta' kuntatt bejn il-binarju u r-rota, u jingħata f'dB:
fejn jiġi espress bħala funzjoni tal-banda tan-numru tal-mewġa i li tikkorrispondi għat-tul tal-mewġa λ.
Il-filtru ta' kuntatt jiddependi mit-tip ta' binarju u rota u t-tagħbija.
Fil-metodu għandha tintuża l-ħruxija effettiva totali għas-sezzjoni tal-binarju numru j u kull tip ta' vettura numru t bil-veloċità korrispondenti tiegħu v.
Funzjoni ta' trasferiment tal-vettura, il-binarju u s-superstruttura
Tliet funzjonijiet ta' trasferiment indipendenti mill-veloċità, LH,TR,i LH,VEH,i
u LH,VEH,SUP,i
, huma definiti: l-ewwel waħda għal kull sezzjoni tal-binarju numru j u t-tieni tnejn għal kull tip ta' vettura numru t. Dawn jorbtu l-livell effettiv totali ta' ħruxija mal-potenza akustika tal-binarju, ir-roti u s-superstruttura rispettivament.
Il-kontribuzzjoni tas-superstruttura titqies biss għal vaguni tal-merkanzija, u għaldaqstant għat-tip ta' vettura “a” biss.
Għaldaqstant, għall-istorbju tat-tidwir, il-kontribuzzjonijiet mill-binarju u mill-vettura huma deskritti bis-sħiħ minn dawn il-funzjonijiet ta' trasferiment u mil-livell effettiv totali ta' ħruxija. Meta ferrovija ma tkunx ingranata, l-istorbju tat-tidwir għandu jiġi eskluż.
Għall-potenza akustika għal kull vettura, l-istorbju tat-tidwir huwa kkalkolat fl-għoli tal-fus, u bħala input għandu l-livell effettiv totali ta' ħruxija LR,TOT,i
bħala funzjoni tal-veloċità tal-vettura v, il-funzjonijiet ta' trasferiment tal-binarju, il-vettura u s-superstruttura LH,TR,i
, LH,VEH,i
u LH,VEH,SUP,i
, u n-numru totali ta' fusien Na
:
għal h = 1:
|
LW,0,TR,i = LR,TOT,i + LH,TR,i
+ 10 × lg(Na
)
|
dB
|
(2.3.8)
|
|
LW,0,VEH,i = LR,TOT,i + LH,VEH,i
+ 10 × lg(Na
)
|
dB
|
(2.3.9)
|
|
LW,0,VEHSUP,i = LR,TOT,i + LH,VEHSUP,i
+ 10 × lg(Na
)
|
dB
|
(2.3.10)
|
fejn Na
hija n-numru ta' fusien għal kull vettura għat-tip ta' vettura numru t.
Figura [2.3.c]
Skema tal-użu tad-definizzjonijiet differenti ta' ħruxija u tal-funzjonijiet ta' trasferiment
[EUR-Lex]
Għandha tintuża veloċità minima ta' 50 km/h (30 km/h biss għal trams u metro ħfief) biex tinstab il-ħruxija effettiva totali u, għaldaqstant, il-potenza akustika tal-vetturi (din il-veloċità ma taffettwax il-kalkolu tal-fluss tal-vettura) biex tikkumpensa għall-iżball potenzjali mġarrab minħabba s-simplifikazzjoni tad-definizzjoni ta' storbju tat-tidwir, id-definizzjoni tal-storbju tal-brejkijiet u d-definizzjoni tal-istorbju tal-impatt minn qasmiet u devjaturi.
Storbju tal-impatt (qasmiet, devjaturi u ġonot)
L-istorbju tal-impatt jista' jiġi kkaġunat minn qasmiet, devjaturi u ġonot jew punti ferrovjarji. Jista' jvarja fid-daqs u jista' jiddomina l-istorbju tat-tidwir. L-istorbju tal-impatt għandu jiġi kkunsidrat għal binarji bil-ġonot. Għal storbju tal-impatt dovut għal devjaturi, qasmiet u ġonot f'sezzjonijiet tal-binarji b'veloċità ta' inqas minn 50 km/h (30 km/h biss għal trams u metro ħfief), peress li l-veloċità minima ta' 50 km/h (30 km/h biss għal trams u metro ħfief) tintuża biex tinkludi iktar effetti skont id-deskrizzjoni tal-kapitlu dwar l-istorbju tat-tidwir, għandu jiġi evitat immudellar. L-immudellar tal-istorbju tal-impatt għandu jiġi evitat ukoll fil-kundizzjoni operattiva c = 2 (diżingranaġġ).
L-istorbju tal-impatt huwa inkluż mat-terminu storbju tat-tidwir billi jiżdied (enerġetikament) livell supplimentari fittizju tal-ħruxija tal-impatt mal-livell effettiv totali ta' ħruxija fuq kull sezzjoni speċifika tal-binarju numru j, meta preżenti. F'dan il-każ għandu jintuża LR,TOT + IMPACT,i
ġdid minflok LR,TOT,i
biex imbagħad l-ekwazzjoni ssir:
LR,IMPACT,i
huwa spettru ta' banda ta' terz ta' ottava (bħala funzjoni tal-frekwenza). Biex jinkiseb dan l-ispettru tal-frekwenza, spettru jingħata bħala funzjoni tat-tul tal-mewġa λ u għandu jiġi kkonvertit għall-ispettru meħtieġ bħala funzjoni tal-frekwenza billi tintuża r-relazzjoni λ = v/f, fejn f hija l-frekwenza taċ-ċentru tal-banda ta' terz ta' ottava f'Hz
►C1
u v hija l-veloċità tal-vettura numru s tat-tip ta' vettura numru t f'm/s ◄ .
L-istorbju tal-impatt ser jiddependi mis-severità u n-numru ta' impatti għal kull tul ta' unità jew densità tal-ġonot, u b'hekk, f'każ li jingħataw bosta impatti, il-livell ta' ħruxija tal-impatt li jrid jintuża fl-ekwazzjoni ta' hawn fuq għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
fejn LR,IMPACT–SINGLE,i
hija l-livell ta' ħruxija tal-impatt kif mogħti għal impatt wieħed u nl
hija d-densità tal-ġonot.
Il-livell prestabbilit ta' ħruxija tal-impatt jingħata għal densità tal-ġonot nl
= 0,01 m – 1, jiġifieri ġonta waħda għal kull binarju ta' 100 m. Sitwazzjonijiet b'numri differenti ta' ġonot għandhom jiġu stmati billi tiġi aġġustata d-densità tal-ġonot nl
. Ta' min jinnota li meta jiġu mmudellati t-tifsila u s-segmentazzjoni tal-binarji, id-densità tal-ġonot tal-binarju għandha tiġi kkunsidrata, jiġifieri jista' jkun hemm bżonn li jittieħed segment tas-sors separat għal medda ta' binarju b'iktar ġonot. Il-LW,0
ta' binarju, rota/bogie u l-kontribuzzjoni tas-superstruttura jiżdiedu permezz tal-LR,IMPACT,i
għal +/– 50 m qabel u wara l-ġonta ferrovjarja. Fil-każ ta' serje ta' ġonot, iż-żieda tiġi estiża għal bejn – 50 m qabel l-ewwel ġonta u + 50 m wara l-aħħar ġonta.
Normalment, l-applikabbiltà ta' dawn l-ispettri tal-potenza akustika trid tiġi vverifikata fuq il-post.
Għal binarji bil-ġonot, għandha tintuża prestabbilita nl
ta' 0,01.
Żaqżiq
▼M6
Iż-żaqżiq tad-dawran huwa sors speċjali li huwa rilevanti biss għall-kurvi u għalhekk huwa lokalizzat. Iż-żaqżiq tad-dawran ġeneralment jiddependi fuq il-kurvatura, fuq il-kundizzjonijiet ta’ frizzjoni, il-veloċità tal-ferrovija, il-ġeometrija u d-dinamika tal-binarju-rota. Peress li jista’ jkun sinifikanti, hemm bżonn ta’ deskrizzjoni xierqa. Fil-postijiet fejn iseħħ dan iż-żaqżiq tad-dawran, ġeneralment f’kurvi u f’devjaturi ferrovjarji, hemm bżonn li mal-potenza tas-sors jiżdiedu spettri adegwati tal-potenza akustika f’eċċess. L-istorbju f’eċċess jista’ jkun speċifiku għal kull tip ta’ vettura ferrovjarja, peress li ċerti tipi ta’ roti u karrijiet jistgħu jkunu ferm inqas suxxettibbli għaż-żaqżiq minn oħrajn. Jekk ikun hemm kejl tal-istorbju f’eċċess disponibbli li jqis b’mod adegwat in-natura stokastika taż-żaqżiq, dan jista’ jintuża.
Jekk ma jkunx hemm kejl adegwat disponibbli, jista’ jintuża approċċ sempliċi. F’dan l-approċċ, l-istorbju taż-żaqżiq għandu jitqies billi jiżdiedu l-valuri ta’ eċċess li ġejjin mal-ispettri tal-potenza akustika tal-istorbju tad-dawrien għall-frekwenzi kollha.
|
Ferrovija
|
5 dB għal kurvi b’300 m < R ≤ 500m u ltrack ≥ 50m
8 dB għal kurvi b’R ≤ 300 m u ltrack ≥ 50 m
8 dB għal devjaturi b’R ≤ 300m
0 dB inkella
|
|
Tramm
|
5 dB għal kurvi u devjaturi b’R ≤ 200 m
0 dB inkella
|
fejn ltrack huwa t-tul tal-binarju tul il-kurva u R huwa r-raġġ tal-kurva.
L-applikabbiltà ta’ dawn l-ispettri tal-potenza akustika jew il-valuri ta’ eċċess normalment għandha tiġi vverifikata fuq il-post, speċjalment għat-tramms u għall-postijiet fejn il-kurvi jew id-devjaturi jiġu ttrattati b’miżuri kontra ż-żaqżiq.
▼M2
Storbju tat-trazzjoni
Għalkemm l-istorbju tat-trazzjoni ġeneralment ikun speċifiku għal kull kundizzjoni operattiva karatteristika fost il-veloċità kostanti, id-deċelerazzjoni, l-aċċelerazzjoni u d-diżingranaġġ, l-uniċi żewġ kundizzjonijiet immudellati huma l-veloċità kostanti (li hija valida wkoll meta l-ferrovija tkun qed tiddeċelera jew meta tkun qed taċċelera) u d-diżingranaġġ. Is-saħħa tas-sors immudellata tikkorrispondi biss għall-kundizzjonijiet massimi ta' tagħbija u dan jirriżulta fil-kwantitajiet LW,0,const,i
= LW,0,idling,i
. Barra minn hekk, LW,0,idling,i
tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tas-sorsi fiżiċi kollha ta' vettura partikolari attribwibbli għal għoli speċifiku, kif spjegat fi 2.3.1.
LW,0,idling,i
tingħata bħala sors statiku ta' storbju fil-pożizzjoni ta' diżingranaġġ, għad-durata tal-kundizzjoni ta' diżingranaġġ, u li trid tintuża bħala sors puntiformi fiss kif spjegat fil-kapitlu li ġej għall-istorbju industrijali. Għandha tiġi kkunsidrata biss jekk il-ferroviji jkunu diżingranati għal iktar minn nofs siegħa.
Dawn il-kwantitajiet jistgħu jew jinkisbu mill-kejl tas-sorsi kollha f'kull kundizzjoni operattiva, jew inkella s-sorsi parzjali jistgħu jiġu kkaratterizzati b'mod individwali, sabiex tiġi ddeterminata d-dipendenza tal-parametri u s-saħħa relattiva tagħhom. Dan jista' jsir permezz ta' kejl fuq vettura wieqfa, billi jiġu varjati l-veloċitajiet tax-xaft tat-tagħmir ta' trazzjoni, billi jiġi segwit l-ISO 3095:2005. Sa fejn rilevanti, bosta sorsi ta' storbju tat-trazzjoni jridu jiġu kkaratterizzati u jista' jkun li mhux kollha jkunu direttament dipendenti fuq il-veloċità tal-ferrovija:
—
Storbju mis-sistema tal-motopropulsjoni, bħal magni diżil (inklużi bokka, egżost u blokka tal-magna), trażmissjoni tal-gerijiet, ġeneraturi elettriċi, fil-parti l-kbira dipendenti fuq il-veloċità ta' dawriet tal-magna fil-minuta (rpm), u sorsi elettriċi bħal konverturi, li jistgħu jkunu jiddependu fil-parti l-kbira fuq it-tagħbija;
—
Storbju minn fannijiet u sistemi ta' tkessiħ, li jiddependu mill-rpm tal-fannijiet; f'ċerti każijiet il-fannijiet jistgħu jiġu abbinati direttament mad-driveline;
—
Sorsi intermittenti bħal kumpressuri, valvi u oħrajn b'durata karatteristika ta' operazzjoni u korrezzjoni taċ-ċiklu tat-tħaddim korrispondenti għall-emissjoni ta' storbju.
Peress li kull wieħed minn dawn is-sorsi jista' jġib ruħu b'mod differenti f'kull kundizzjoni operattiva, l-istorbju tat-trazzjoni għandu jiġi speċifikat kif xieraq. Is-saħħa tas-sors tinkiseb minn kejl li jsir f'kundizzjonijiet ikkontrollati. B'mod ġenerali, il-lokomotivi għandhom tendenza li juru varjazzjoni ikbar fit-tagħbija peress li n-numru ta' vetturi mgħobbijin u, għalhekk, il-produzzjoni tal-enerġija, jistgħu jvarjaw b'mod notevoli, filwaqt li formazzjonijiet ferrovjarji fissi bħal unitajiet motorizzati elettriċi (EMUs), unitajiet motorizzati diżil (DMUs) u ferroviji b'veloċità għolja għandhom tagħbija definita aħjar.
Ma hemm ebda attribuzzjoni a priori tal-potenza akustika tas-sors għall-għoli tas-sors, u din l-għażla għandha tkun tiddependi mill-istorbju speċifiku u l-vettura vvalutata. Għandha tiġi mmudellata fis-sors A (h = 1) u fis-sors B (h = 2).
Storbju ajrudinamiku
L-istorbju ajrudinamiku huwa rilevanti biss f'veloċitajiet għoljin ta' iktar minn 200 km/h u, għaldaqstant, l-ewwel għandu jiġi vverifikat jekk fil-fatt huwiex meħtieġ għall-finijiet tal-applikazzjoni. Jekk il-funzjonijiet ta' trasferiment u l-ħruxija tal-istorbju tat-tidwir ikunu magħrufin, jista' jiġi estrapolat għal veloċitajiet ikbar u jkun jista' jsir paragun mad-dejta eżistenti dwar il-veloċità għolja sabiex jiġi vverifikat jekk l-istorbju ajrudinamiku huwiex qiegħed jipproduċi livelli ogħla. Jekk il-veloċitajiet tal-ferrovija fuq netwerk huma ogħla minn 200 km/h iżda limitati għal 250 km/h, f'ċerti każijiet jaf ma jkunx hemm bżonn li jiġi inkluż l-istorbju ajrudinamiku, skont id-disinn tal-vettura.
Il-kontribuzzjoni tal-istorbju ajrudinamiku tingħata bħala funzjoni tal-veloċità:
fejn
v
0 hija veloċità li fiha l-istorbju ajrudinamiku huwa dominanti u ffissata għal 300 km/h
LW,0,1,i
hija potenza akustika ta' referenza stabbilita minn żewġ punti ta' kejl jew iktar, għal sorsi f'għoli tas-sors magħruf, pereżempju l-ewwel bogie
LW,0,2,i
hija potenza akustika ta' referenza stabbilita minn żewġ punti ta' kejl jew iktar, għal sorsi f'għoli tas-sors magħruf, pereżempju l-għoli tad-daħliet tal-pantografu
α1,i
hija koeffiċjent stabbilit minn żewġ punti ta' kejl jew iktar, għal sorsi f'għoli tas-sors magħruf, pereżempju l-ewwel bogie
α2,i
hija koeffiċjent stabbilit minn żewġ punti ta' kejl jew iktar, għal sorsi f'għoli tas-sors magħruf, pereżempju l-għoli tad-daħliet tal-pantografu.
Direttività tas-sors
Id-direttività orizzontali ΔLW,dir,hor,i
f'dB tingħata fil-pjan orizzontali u b'mod prestabbilit jista' jiġi supponut li hija bipol għall-effetti tat-tidwir, l-impatt (ġonot ferrovjarji eċċ.), iż-żaqżiq, l-ibbrejkjar, il-fannijiet u l-effetti ajrudinamiċi, miksubin għal kull banda ta' frekwenza numru i permezz ta':
|
ΔLW,dir,hor,i
= 10 × lg(0,01 + 0,99 · sin2
φ)
|
(2.3.15)
|
▼M6
L-istorbju tal-pont jiġi mudellat fis-sors A (h = 1), li għalih hija preżunta omnidirezzjonalità.
▼M6
Id-direttività vertikali ΔL
W
,
dir,ver,i
f’dB tingħata fil-pjan vertikali għas-sors A (h = 1), bħala funzjoni tal-frekwenza taċ-ċentru tal-banda f
c,i
ta’ kull banda ta’ frekwenza numru i, u:
|
għal 0 < ψ < π/2 kif ġej
[EUR-Lex]
għal - π/2< ψ <=0 kif ġej
ΔLW,dir,ver,i = 0
|
(2.3.16)
|
▼M2
Għas-sors B (h = 2) għall-effett ajrudinamiku:
|
ΔLW,dir,ver,i
= 10 × lg(cos2
ψ)
|
għal ψ < 0
|
(2.3.17)
|
ΔLW,dir,ver,i = 0 jew imkien ieħor
Id-direttività ΔLdir,ver,i
ma tiġix ikkunsidrata għas-sors B (h = 2) għal effetti oħrajn, peress li f'din il-pożizzjoni tiġi preżunta omnidirezzjonalità għal dawn is-sorsi.
2.3.3.
Effetti addizzjonali
▼M6
Korrezzjoni għal radjazzjoni strutturali (pontijiet u vijadotti)
Fil-każ fejn is-sezzjoni tal-binarju hija fuq pont, hemm bżonn li jiġi kkunsidrat l-istorbju addizzjonali ġġenerat mill-vibrazzjoni tal-pont bħala riżultat tal-eċitazzjoni kkawżata mill-preżenza tal-ferrovija. L-istorbju tal-pont jiġi mudellat bħala sors addizzjonali li l-potenza akustika għal kull vettura għalih tingħata kif ġej
|
LW,0,bridge,i = LR,TOT,i + LH,bridge,i
+ 10 x lg(Na) dB
|
(2.3.18)
|
fejn LH,
bridge
,i
hija l-funzjoni ta’ trasferiment tal-pont. L-istorbju tal-pont LW,0,
bridge
,i
jirrappreżenta biss il-ħoss irradjat mill-kostruzzjoni tal-pont. L-istorbju tad-dawrien minn vettura fuq il-pont jiġi kkalkulat bl-użu ta’ (2.3.8) sa (2.3.10), billi tintgħażel il-funzjoni tat-trasferiment tal-binarju li tikkorrispondi mas-sistema tal-binarji li hija preżenti fuq il-pont. L-ostakli mal-ġnub tal-pont ġeneralment ma jitqisux.
▼M2
Korrezzjoni għal sorsi oħrajn ta' storbju marbut mal-ferrovija
Bosta sorsi bħal depots, żoni għat-tagħbija/għall-ħatt, stazzjonijiet, qniepen, loudspeakers tal-istazzjon, eċċ. jistgħu jkunu preżenti u huma assoċjati mal-istorbju tal-ferrovija. Dawn is-sorsi jridu jiġu ttrattati bħala sorsi ta' storbju industrijali (sorsi ta' storbju fissi) u, jekk huma rilevanti, għandhom jiġu mmudellati skont il-kapitlu li ġej għall-istorbju industrijali.
2.4.
Storbju industrijali
2.4.1.
Deskrizzjoni tas-sors
Klassifikazzjoni tat-tipi ta' sors (punt, linja, żona)
Is-sorsi industrijali huma ta' dimensjonijiet ferm varjabbli. Jistgħu jkunu impjanti industrijali kbar kif ukoll sorsi kkonċentrati żgħar bħal għodod żgħar jew magni operattivi użati fil-fabbriki. Għaldaqstant, hemm bżonn li tintuża teknika xierqa ta' mmudellar għas-sors speċifiku vvalutat. Skont id-dimensjonijiet u l-mod li bih bosta sorsi uniċi huma mifruxa fuq żona, b'kull waħda tappartjeni għall-istess sit industrijali, dawn jistgħu jiġu mmudellati bħala sorsi puntiformi, linji ta' sorsi jew sorsi taż-żona. Fil-prattika, il-kalkoli tal-effett tal-istorbju dejjem ikunu bbażati fuq is-sorsi puntiformi, iżda bosta sorsi puntiformi jistgħu jintużaw sabiex jirrappreżentaw sors kumpless reali, li fil-parti l-kbira jestendi fuq linja jew żona.
Numru u pożizzjoni ta' sorsi ekwivalenti ta' ħoss
Is-sorsi akustiċi reali huma mmudellati permezz ta' sorsi akustiċi ekwivalenti rrappreżentati minn sors puntiformi wieħed jew iktar sabiex il-potenza akustika totali tas-sors reali tikkorrispondi għas-somma tal-potenzi akustiċi uniċi attribwiti għas-sorsi puntiformi differenti.
Ir-regoli ġenerali li jridu jiġu applikati fid-definizzjoni tan-numru ta' sorsi puntiformi li jridu jintużaw huma:
—
Sorsi ta' linji jew tas-superfiċji li fihom l-ikbar dimensjoni hija inqas minn nofs id-distanza bejn is-sors u r-riċevitur jistgħu jiġu mmudellati bħala sorsi puntiformi uniċi;
—
Sorsi li fihom l-ikbar dimensjoni hija iktar minn nofs id-distanza bejn is-sors u r-riċevitur għandhom jiġu mmudellati bħala sensiela ta' sorsi puntiformi inkoerenti f'linja jew bħala serje ta' sorsi puntiformi inkoerenti fuq żona, b'tali mod li għal kull wieħed minn dawn is-sorsi, il-kundizzjoni ta' nofs hija ssodisfata. Id-distribuzzjoni fuq żona tista' tinkludi distribuzzjoni vertikali ta' sorsi puntiformi;
—
Għal sorsi fejn l-ikbar dimensjonijiet fl-għoli huma ta' iktar minn 2 m jew qrib l-art, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-għoli tas-sors. L-irduppjar tan-numru ta' sorsi, u d-distribuzzjoni tagħhom mill-ġdid fil-komponent z biss, jaf ma jwassalx għal riżultat wisq aħjar għal dan is-sors;
—
Fil-każ ta' kwalunkwe sors, l-irduppjar tan-numru ta' sorsi fuq iż-żona tas-sors (fid-dimensjonijiet kollha) jaf ma jwassalx għal riżultat wisq aħjar.
Il-pożizzjoni tas-sorsi akustiċi ekwivalenti ma tistax tkun fissa, minħabba n-numru kbir ta' konfigurazzjonijiet li jista' jkollu sit industrijali. Normalment japplikaw l-aħjar prattiki.
Emissjoni ta' potenza akustika
Ġenerali
L-informazzjoni li ġejja tikkostitwixxi s-sett sħiħ ta' dejta li trid tiddaħħal għal kalkoli ta' propagazzjoni ta' ħoss bil-metodi li jridu jintużaw għall-immappjar tal-istorbju:
—
L-ispettru tal-livell ta' potenza akustika prodotta f'baned ta' ottava
—
Sigħat ta' xogħol (matul il-jum, filgħaxija, billejl, fuq bażi ta' medja annwali)
—
Post (koordinati x, y) u elevazzjoni (z) tas-sors tal-istorbju
—
Tip ta' sors (punt, linja, żona)
—
Dimensjonijiet u orjentazzjoni
—
Kundizzjonijiet operattivi tas-sors
Il-potenzi akustiċi tas-sors tal-punt, il-linja u ż-żona jridu jiġu ddefiniti bħala:
—
Għal sors puntiformi, potenza akustika LW
u direttività bħala funzjoni tat-tliet koordinati ortogonali (x, y, z);
—
Jistgħu jiġu ddefiniti żewġ tipi ta' linji ta' sorsi:
—
linji ta' sorsi li jirrappreżentaw ċineg tat-trasport tal-merkanzija, pajpijiet, eċċ., il-potenza akustika għal kull metru LW'
u direttività bħala funzjoni taż-żewġ koordinati ortogonali għall-assi tal-linja ta' sorsi;
▼M6
—
tas-sors li jirrappreżentaw vetturi mixjin jiġu kkalkulati skont il-formula 2.2.1;
▼M2
—
Għal sors taż-żona, il-potenza akustika għal kull metru kwadru LW/m2
, u ebda direttività (tista' tkun orizzontali jew vertikali).
Importanti li jiddaħħlu s-sigħat tax-xogħol għall-kalkolu tal-livelli ta' storbju. Is-sigħat tax-xogħol għandhom jingħataw għal kull perjodu matul il-jum, filgħaxija u billejl u, jekk il-propagazzjoni qed tuża klassijiet meteoroloġiċi differenti matul kull perjodu matul il-jum, filgħaxija u billejl, f'dak il-każ għandha tingħata distribuzzjoni iktar raffinata tas-sigħat tax-xogħol fis-subperjodi li jaqblu mad-distribuzzjoni tal-klassijiet meteoroloġiċi. Din l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq medja annwali.
Il-korrezzjoni għas-sigħat tax-xogħol, li trid tiżdied mal-potenza akustika tas-sors sabiex tiġi ddefinita l-potenza akustika kkoreġuta li għandha tintuża għall-kalkoli tul kull perjodu ta' żmien, CW
f'dB hija kkalkolata kif ġej:
fejn
T hija l-ħin attiv tas-sors għal kull perjodu fuq il-bażi ta' sitwazzjoni medja annwali, f'sigħat;
T
ref hija l-perjodu ta' ħin ta' referenza f'sigħat (eż. matul il-jum huwa 12-il siegħa, filgħaxija 4 sigħat, lejl 8 sigħat).
Għas-sorsi iktar dominanti, il-korrezzjoni tas-sigħat tax-xogħol annwali medji għandha tiġi stmata tal-inqas f'tolleranza ta' 0,5 dB sabiex tinkiseb preċiżjoni aċċettabbli (din hija ekwivalenti għal inċertezza ta' inqas minn 10 % fid-definizzjoni tal-perjodu attiv tas-sors).
Direttività tas-sors
Id-direttività tas-sors hija marbuta mill-qrib mal-pożizzjoni tas-sors akustiku ekwivalenti ħdejn is-superfiċji fil-qrib. Peress li l-metodu ta' propagazzjoni jqis ir-riflessjoni tas-superfiċje fil-qrib kif ukoll l-assorbiment tal-ħoss tiegħu, hemm bżonn li jiġi kkunsidrat bir-reqqa fejn jinsabu s-superfiċji fil-qrib. B'mod ġenerali, dejjem ser issir distinzjoni bejn dawn iż-żewġ każijiet:
—
potenza akustika u direttività tas-sors huma ddeterminati u jingħataw b'rabta ma' ċertu sors veru meta dan ikun f'kamp liberu (għajr l-effett tal-art). Dan jaqbel mad-definizzjonijiet rigward il-propagazzjoni, jekk huwa preżunt li ma hemm ebda superfiċje fil-qrib li hija inqas minn 0,01 m mis-sors u s-superfiċji f'0,01 m jew iktar huma inklużi fil-kalkolu tal-propagazzjoni;
—
potenza akustika u direttività ta' sors huma stabbiliti u jingħataw b'rabta ma' ċertu sors veru meta dan jitqiegħed f'post speċifiku u, għaldaqstant, il-potenza akustika u d-direttività tas-sors huma “ekwivalenti”, peress li jinkludu l-immudellar tal-effett tas-superfiċji fil-qrib. Dan huwa ddefinit fil-'kamp semiliberu' skont id-definizzjonijiet dwar il-propagazzjoni. F'dan il-każ, is-superfiċji fil-qrib immudellati għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-propagazzjoni.
Id-direttività għandha tingħata fil-kalkolu bħala fattur ΔLW,dir,xyz
(x, y, z) li jrid jiżdied mal-potenza akustika bl-għan li tinkiseb il-potenza akustika direzzjonali t-tajba ta' sors akustiku ta' referenza li jidher bil-propagazzjoni ta' ħoss fid-direzzjoni mogħtija. Il-fattur jista' jingħata bħala funzjoni tal-vettur tad-direzzjoni ddefinit minn (x,y,z) b'
[EUR-Lex] Din id-direttività tista' tiġi espressa wkoll permezz ta' sistemi oħrajn ta' koordinati bħal sistemi ta' koordinati angolari.
2.5.
Kalkolu tal-propagazzjoni ta' ħoss għal sorsi minn toroq, ferroviji u sorsi industrijali.
2.5.1.
Kamp ta' applikazzjoni u applikabbiltà tal-metodu
Dan id-dokument jispeċifika metodu għall-kalkolu tal-attenwazzjoni tal-istorbju matul il-propagazzjoni fuq barra tiegħu. Peress li jkunu magħrufin il-karatteristiċi tas-sors, dan il-metodu jipprevedi l-livell ekwivalenti ta' ħoss kontinwu f'punt riċeventi li jikkorrispondi għal żewġ tipi partikolari ta' kundizzjonijiet atmosferiċi:
—
kundizzjonijiet ta' propagazzjoni ta' rifrazzjoni 'l isfel (gradjent vertikali pożittiv ta' ċelerità effettiva tal-ħoss) mis-sors għar-riċevitur;
—
kundizzjonijiet atmosferiċi omoġeniċi (gradjent vertikali null ta' ċelerità effettiv tal-ħoss) fuq iż-żona sħiħa ta' propagazzjoni.
Il-metodu ta' kalkolu deskritt f'dan id-dokument japplika għal infrastrutturi industrijali u infrastrutturi tat-trasport fuq l-art. Għaldaqstant, japplika b'mod partikolari għal infrastrutturi tat-triq u ferrovjarji. It-trasport b'inġenji tal-ajru huwa inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni tal-metodu biss għall-istorbju prodott matul operazzjonijiet fuq l-art u jeskludi l-qtugħ u l-landjar.
Infrastrutturi industrijali li jagħmlu storbju impulsiv jew tonali qawwi kif spjegat fl-ISO 1996-2:2007 ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-metodu.
Il-metodu ta' kalkolu ma jipprovdix riżultati f'kundizzjonijiet ta' propagazzjoni ta' rifrazzjoni 'l fuq (gradjent vertikali negattiv b'veloċità effettiva tal-ħoss) iżda dawn il-kundizzjonijiet huma approssimati minn kundizzjonijiet omoġeni għall-kalkolu ta' Lden.
Biex tiġi kkalkolata l-attenwazzjoni minħabba assorbiment atmosferiku fil-każ ta' infrastruttura tat-trasport, il-kundizzjonijiet ta' temperatura u umdità huma kkalkolati skont l-ISO 9613-1:1996.
Il-metodu jipprovdi riżultati għal kull banda ta' ottava, minn 63 Hz sa 8 000 Hz. Il-kalkoli jsiru għal kull waħda mill-frekwenzi ċentrali.
▼M6
Oġġetti b’inklinazzjoni ta’ aktar minn 15° fir-rigward tal-vertikali ma jitqisux bħala rifletturi iżda jitqiesu fl-aspetti l-oħra kollha ta’ propagazzjoni, bħall-effetti fuq l-art u d-diffrazzjoni.
▼M2
Għata wieħed huwa kkalkolat bħala kalkolu ta' diffrazzjoni wieħed, żewġ għotjien jew iktar f'passaġġ wieħed jitqiesu sett sussegwenti ta' diffrazzjonijiet uniċi billi tiġi applikata l-proċedura deskritta iktar 'il quddiem.
2.5.2.
Definizzjonijiet użati
Id-distanzi, l-għoli, id-dimensjonijiet u l-altitudnijiet kollha użati f'dan id-dokument jingħataw f'metri (m).
In-notazzjoni MN tfisser distanza fi 3 dimensjonijiet (3D) bejn il-punti M u N, imkejla skont linja dritta li tgħaqqad dawn il-punti.
In-notazzjoni ^MN tfisser it-tul tal-passaġġ milwi bejn il-punti M u N, f'kundizzjonijiet favorevoli.
Huwa normali li l-għoli reali jitkejjel vertikalment f'direzzjoni perpendikolari għall-pjan orizzontali. L-għoli tal-punti 'l fuq mill-art lokali huwa rrappreżentat minn h, l-għoli assolut tal-punti u l-għoli assolut tal-art huma rrappreżentati bl-ittra H.
Sabiex jingħata kont lir-riżalt proprju tal-art tul passaġġ ta' propagazzjoni, iddaħħal il-kunċett ta' “għoli ekwivalenti”, li jrid ikun irrappreżentat mill-ittra z. Dan jissostitwixxi l-għoli reali fl-ekwazzjonijiet tal-effett tal-art.
Il-livelli ta' ħoss, irrappreżentati mill-ittra kapitali L, jingħataw f'deċibel (dB) għal kull banda ta' frekwenza meta ma jintużax l-indiċi A. Il-livelli ta' ħoss f'deċibel dB(A) jingħataw l-indiċi A.
Is-somma tal-livelli ta' ħoss minħabba sorsi inkoerenti b'mod reċiproku hija rrappreżentata mis-sinjal skont id-definizzjoni li ġejja:
2.5.3.
Kunsiderazzjonijiet ġeometriċi
Segmentazzjoni tas-sors
Is-sorsi reali huma deskritti minn sett ta' sorsi puntiformi jew, fil-każ ta' traffiku ferrovjarju jew traffiku fit-triq, minn linji ta' sorsi inkoerenti. Il-metodu ta' propagazzjoni jassumi li fl-imgħoddi s-sorsi lineari jew areali nqasmu sabiex ikunu rrappreżentati minn sensiela ta' sorsi puntiformi ekwivalenti. Dan seta' seħħ bħala prepproċessar tad-dejta sors, jew jista' jseħħ fi ħdan il-komponent ta' sejbien tal-passaġġ tas-softwer ta' kalkolu. Il-mezzi li bihom seħħ hekk jaqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-metodoloġija attwali.
Passaġġi ta' propagazzjoni
Il-metodu jopera fuq mudell ġeometriku li jikkonsisti f'sett ta' superfiċji ta' ostakoli u fuq l-art konnessi. Passaġġ ta' propagazzjoni vertikali huwa skjerat fuq pjan vertikali wieħed jew iktar fir-rigward tal-pjan orizzontali. Għal trajjettorji li jinkludu riflessjonijiet fuq superfiċji vertikali mhux ortogonali għall-pjan tal-inċident, imbagħad jiġi kkunsidrat pjan vertikali ieħor inkluża l-parti riflessa tal-passaġġ ta' propagazzjoni. F'dawn il-każijiet, fejn jintużaw iktar pjanijiet vertikali sabiex tiġi deskritta t-trajjettorja sħiħa mis-sors sar-riċevitur, il-pjani vertikali jiġu ċċattjati, bħal paraventu li jinfetaħ.
Għoli sinifikanti fuq l-art
L-għoli ekwivalenti jinkiseb mill-pjan medju tal-art bejn is-sors u r-riċevitur. Dan jieħu post l-art proprja bi pjan fittizju li jirrappreżenta l-profil medju tal-art.
Figura 2.5.a
Għoli ekwivalenti b'rabta mal-art
[EUR-Lex]
L-għoli ekwivalenti ta' punt huwa l-għoli ortogonali tiegħu b'rabta mal-pjan medju tal-art. Għaldaqstant, jistgħu jiġu ddefiniti l-għoli ekwivalenti tas-sors zs u l-għoli ekwivalenti tar-riċevitur zr. Id-distanza bejn is-sors u r-riċevitur fi projjezzjoni fuq il-pjan medju tal-art hija rrappreżentata minn d
p.
Jekk l-għoli ekwivalenti ta' punt isir negattiv, jiġifieri jekk il-punt jinsab taħt il-pjan medju tal-art, jinżamm għoli null, u mbagħad il-punt ekwivalenti jkun identiku għall-immaġni possibbli tiegħu.
Kalkolu tal-pjan medju
Fil-pjan tal-passaġġ, it-topografija (inklużi art, braġ, imbankmenti u ostakoli oħrajn magħmulin mill-bniedem, bini,…) tista' tiġi deskritta minn sett ordnat ta' punti diskreti (xk, Hk
); k є {1,…,n}. Dan is-sett ta' punti jiddefinixxi polilinja, jew b'mod ekwivalenti, sekwenza ta' segmenti dritti Hk
= akx + bk
, x є [xk
, xk + 1
]; k є {1,…n}, fejn:
|
|
ak
= (Hk + 1 – Hk
)/(xk + 1 – xk
)
|
(2.5.2)
|
|
bk
= (Hk · xk + 1 – Hk + 1 · xk
)/(xk + 1 – xk
)
|
Il-pjan medju huwa rrappreżentat mil-linja dritta Z = ax + b; x є [x
1, xn
], li hija aġġustata għall-polilinja permezz ta' approssimazzjoni tal-inqas kwadru. L-ekwazzjoni tal-linja medja tista' tinħadem b'mod analitiku.
Billi tintuża:
Il-koeffiċjenti tal-linja dritta jinkisbu permezz ta':
Fejn is-segmenti xk + 1 = xk għandhom jiġu injorati meta tiġi evalwata l-ek. 2.5.3.
Riflessjonijiet mill-faċċati tal-bini u ostakoli vertikali oħrajn
Il-kontribuzzjonijiet minn riflessjonijiet jingħataw kont permezz tal-introduzzjoni ta' sorsi immaġni kif deskritti iktar 'il quddiem.
2.5.4.
Mudell ta' propagazzjoni ta' ħoss
Għal riċevitur R, il-kalkoli jsiru skont l-istadji li ġejjin:
1)
fuq kull passaġġ ta' propagazzjoni:
—
kalkolu tal-attenwazzjoni f'kundizzjonijiet favorevoli;
—
kalkolu tal-attenwazzjoni f'kundizzjonijiet omoġeni;
—
kalkolu tal-livell tal-ħoss fit-tul għal kull passaġġ;
2)
akkumulazzjoni tal-livelli ta' ħoss fit-tul għall-passaġġi kollha li jaffettwaw riċevitur speċifiku, biex b'hekk ikun jista' jiġi kkalkolat il-livell ta' pressjoni tal-ħoss totali fil-punt riċeventi.
Ta' min jinnota li huma biss l-attenwazzjonijiet dovuti għall-effett tal-art (Aground
) u d-diffrazzjoni (Adif
) li huma affettwati minn kundizzjonijiet meteoroloġiċi.
2.5.5.
Proċess tal-kalkolu
Għal sors puntiformi S tal-potenza akustika direzzjonali Lw,0,dir
u għal banda ta' frekwenzi partikolari, il-livell ekwivalenti kontinwu ta' pressjoni tal-ħoss f'punt riċeventi R f'kundizzjonijiet atmosferiċi partikolari jinkiseb skont l-ekwazzjonijiet li ġejjin hawn taħt.
Livell tal-ħoss f'kundizzjonijiet favorevoli (LF) għal passaġġ (S,R)
|
LF = LW,0,dir – AF
|
(2.5.5)
|
It-terminu AF
jirrappreżenta l-attenwazzjoni totali tul l-attenwazzjoni tal-ħoss f'kundizzjonijiet favorevoli, u huwa disaggregat kif ġej:
▼M6
|
AF=Adiv + Aatm + Aboundary,F
|
(2.5.6)
|
▼M2
fejn
Adiv
hija l-attenwazzjoni dovuta għal diverġenza ġeometrika;
Aatm
hija l-attenwazzjoni dovuta għal assorbiment atmosferiku;
Aboundary,F
hija l-attenwazzjoni dovuta għal-limitu tal-midjum ta' propagazzjoni f'kundizzjonijiet favorevoli. Tista' tinkludi t-termini li ġejjin:
Aground,F
li hija l-attenwazzjoni dovuta għall-art f'kundizzjonijiet favorevoli;
Adif,F
li hija l-attenwazzjoni dovuta għad-diffrazzjoni f'kundizzjonijiet favorevoli.
Għal mogħdija u banda ta' frekwenzi partikolari, huma possibbli ż-żewġ xenarji li ġejjin:
—
jew Aground,F
hija kkalkolata mingħajr ebda diffrazzjoni u (Adif,F
= 0 dB) u Aboundary,F
= Aground,F
;
—
jew tiġi kkalkolata Adif,F
. L-effett tal-art jingħata kont fl-ekwazzjoni ta' Adif,F
stess (Aground,F
= 0 dB). Għaldaqstant dan isarraf Aboundary,F
= Adif,F
.
Livell tal-ħoss f'kundizzjonijiet omoġeni (LH) għal passaġġ (S,R)
Il-proċedura hija strettament l-istess bħall-każ ta' kundizzjonijiet favorevoli ppreżentat fit-taqsima ta' qabel.
|
LH = LW,0,dir – AH
|
(2.5.7)
|
It-terminu AH
jirrappreżenta l-attenwazzjoni totali tul l-attenwazzjoni tal-ħoss f'kundizzjonijiet omoġeni, u huwa disaggregat kif ġej:
|
AH = Adiv + Aatm + Aboundary,H
|
(2.5.8)
|
fejn
Adiv
hija l-attenwazzjoni dovuta għal diverġenza ġeometrika;
Αatm
hija l-attenwazzjoni dovuta għal assorbiment atmosferiku;
Aboundary,H
hija l-attenwazzjoni dovuta għal-limitu tal-midjum f'kundizzjonijiet omoġeni. Tista' tinkludi t-termini li ġejjin:
Αground,H
li hija l-attenwazzjoni dovuta għall-art f'kundizzjonijiet omoġeni;
Adif,H
li hija l-attenwazzjoni dovuta għad-diffrazzjoni f'kundizzjonijiet omoġeni.
Għal mogħdija u banda ta' frekwenzi partikolari, huma possibbli ż-żewġ xenarji li ġejjin:
—
jew Αground,H
(Adif,H
= 0 dB) hija kkalkolata mingħajr ebda diffrazzjoni u Aboundary,H
=Αground,H
;
—
jew tiġi kkalkolata Adif,H
(Αground,H
= 0 dB). L-effett tal-art jingħata kont fl-ekwazzjoni Adif,H
stess. Għaldaqstant dan isarraf Aboundary,H
= Adif,H
.
Approċċ statistiku f'żoni urbani għal passaġġ (S,R)
F'żoni urbani, approċċ statistiku għall-kalkolu tal-propagazzjoni ta' ħoss wara l-ewwel linja ta' bini huwa permess ukoll, diment li t-tali metodu jkun iddokumentat kif xieraq, u jinkludi informazzjoni rilevanti dwar il-kwalità tal-metodu. Dan il-metodu jista' jieħu post il-kalkolu ta' Aboundary,H and Aboundary,F permezz ta' approssimazzjoni tal-attenwazzjoni totali għall-passaġġ dirett u r-riflessjonijiet kollha. Il-kalkolu ser ikun imsejjes fuq id-densità medja ta' bini u l-għoli medju tal-bini kollu fiż-żona.
Livell tal-ħoss fit-tul għal passaġġ (S,R)
Il-livell tal-ħoss “fit-tul” matul passaġġ li jibda minn sors puntiformi partikolari jinkiseb mis-somma logaritmika tal-enerġija tal-ħoss ponderata f'kundizzjonijiet omoġeni u l-enerġija tal-ħoss f'kundizzjonijiet favorevoli.
Dawn il-livelli ta' ħoss huma ponderati bl-okkorrenza medja p tal-kundizzjonijiet favorevoli fid-direzzjoni tal-passaġġ (S,R):
NB: Il-valuri tal-okkorrenza għal p huma espressi f'perċentwali. B'hekk, pereżempju, jekk il-valur tal-okkorrenza huwa 82 %, l-Ekwazzjoni (2.5.9) ikollha p = 0,82.
Il-livell tal-ħoss fit-tul fil-punt R għall-passaġġi kollha
Il-livell ta' pressjoni tal-ħoss totali fit-tul fir-riċevitur għal banda ta' frekwenzi jinkiseb bl-għadd tal-kontribuzzjonijiet enerġetiċi mill-passaġġi N kollha, it-tipi kollha inklużi:
fejn
n huwa l-indiċi tal-passaġġi bejn S u R.
Il-kunsiderazzjoni tar-riflessjonijiet permezz ta' sorsi immaġni hija deskritta iktar 'il quddiem. Il-perċentwal ta' okkorrenzi tal-kundizzjonijiet favorevoli fil-każ ta' passaġġ rifless fuq ostakolu vertikali jitqies li huwa identiku għall-okkorrenza tal-passaġġ dirett.
Jekk S′ hija s-sors immaġni ta' S, f'dak il-każ l-okkorrenza p′ tal-passaġġ (S′,R) titqies li hija daqs l-okkorrenza p tal-passaġġ (Si
,
R).
Il-livell tal-ħoss fit-tul fil-punt R f'deċibel A (dBA)
Il-livell totali ta' ħoss f'deċibel A (dBA) jinkiseb billi jingħaddu l-livelli f'kull banda ta' frekwenzi:
▼M6
Fejn i hija l-indiċi tal-banda ta’ frekwenzi. AWC hija l-korrezzjoni ponderata A kif ġej:
|
Frekwenza [Hz]
|
63
|
125
|
250
|
500
|
1 000
|
2 000
|
4 000
|
8 000
|
|
AWCf,i [dB]
|
-26,2
|
-16,1
|
-8.6
|
-3,2
|
0
|
1,2
|
1,0
|
-1,1
|
▼M2
Dan il-livell LAeq,LT
jikkostitwixxi r-riżultat finali, jiġifieri l-livell ta' pressjoni tal-ħoss ponderat A fit-tul fil-punt riċeventi fuq intervall ta' ħin ta' referenza speċifiku (eż. tul il-jum jew filgħaxija, jew billejl jew ħin iqsar tul il-jum, filgħaxija jew billejl).
2.5.6.
Kalkolu tal-propagazzjoni ta' ħoss għal sorsi minn toroq, ferroviji u sorsi industrijali.
Diverġenza ġeometrika
L-attenwazzjoni dovuta għal diverġenza ġeometrika, Adiv, tikkorrispondi għal tnaqqis fil-livell ta' ħoss dovut għad-distanza tal-propagazzjoni. Għal sors akustiku ta' punt f'kamp liberu, l-attenwazzjoni f'dB tinkiseb hekk:
|
Adiv
= 20 × lg(d) + 11
|
(2.5.12)
|
fejn d hija d-distanza 3D diretta tal-inklinazzjoni bejn is-sors u r-riċevitur.
Assorbiment atmosferiku
L-attenwazzjoni dovuta għal assorbiment atmosferiku A
atm matul il-propagazzjoni fuq distanza d tingħata f'dB permezz tal-ekwazzjoni:
|
Aatm
= αatm · d/1 000
|
(2.5.13)
|
fejn
d hija d-distanza 3D diretta tal-inklinazzjoni bejn is-sors u r-riċevitur f'm;
αatm
hija l-koeffiċjent ta' attenwazzjoni atmosferika f'dB/km fil-frekwenza ċentrali nominali għal kull banda ta' frekwenzi, skont l-ISO 9613-1.
Il-valuri tal-koeffiċjent αatm
jingħataw għal temperatura ta' 15 °C, umdità relattiva ta' 70 % u pressjoni atmosferika ta' 101 325 Pa. Huma kkalkolati bil-frekwenzi ċentrali eżatti tal-banda ta' frekwenzi. Dawn il-valuri jikkonformaw mal-ISO 9613-1. Għandha tintuża l-medja meteoroloġika fit-tul jekk hemm dejta meteoroloġika disponibbli.
Effett tal-art
L-attenwazzjoni dovuta għall-effett tal-art hija fil-parti l-kbira r-riżultat tal-interferenza bejn il-ħoss rifless u l-ħoss li huwa propagat direttament mis-sors għar-riċevitur. Hija fiżikament marbuta mal-assorbiment akustiku tal-art li fuqha tiġi propagata l-mewġa tal-ħoss. Madankollu, hija tiddependi ferm fuq il-kundizzjonijiet atmosferiċi matul il-propagazzjoni, peress li t-tgħawwiġ tar-raġġi jimmodifika l-għoli tal-passaġġ fuq l-art u jagħmel l-effetti tal-art u l-art li tinsab qrib is-sors iktar jew inqas sinifikanti.
F'każ li l-propagazzjoni bejn is-sors u r-riċevitur tkun affettwata minn xi ostakolu fil-pjan ta' propagazzjoni, l-effett tal-art huwa kkalkolat għalih min-naħa tas-sors u r-riċevitur. F'dan il-każ, zs u zr jirreferu għas-sors ekwivalenti u/jew il-pożizzjoni tar-riċevitur kif indikat iktar 'il quddiem fejn huwa ppreżentat il-kalkolu tad-diffrazzjoni Adif
.
Karatterizzazzjoni akustika tal-art
Il-proprjetajiet tal-assorbiment akustiku tal-art huma fil-parti l-kbira marbutin mal-porosità tagħha. Art kompatta ġeneralment tkun riflettiva u art poruża hija assorbenti.
Għal rekwiżiti ta' kalkolu operattiv, l-assorbiment akustiku ta' art huwa rrappreżentat minn koeffiċjent mingħajr dimensjoni G, bejn 0 u 1. G huwa indipendenti mill-frekwenza. It-Tabella 2.5.a tagħti l-valuri ta' G għall-art fuq barra. B'mod ġenerali, il-medja tal-koeffiċjent G fuq passaġġ tieħu valuri ta' bejn 0 u 1.
Tabella 2.5.a
Valuri G għal tipi differenti ta' art
|
Deskrizzjoni
|
Tip
|
(kPa · s/m2)
|
Valur G
|
|
Ferm ratba (borra jew speċi ta' ħażiż)
|
A
|
12,5
|
1
|
|
Art ratba tal-foresti (bħal qisu xagħri baxx u dens jew ħażiż folt)
|
B
|
31,5
|
1
|
|
Art mhux kompatta u laxka (tuba bil-ħaxix, ħaxix, ħamrija laxka)
|
C
|
80
|
1
|
|
Art normali mhux kompatta (artijiet tal-foresta, għalqa tar-ragħa)
|
D
|
200
|
1
|
|
Għalqa kompatta u żrar (lawns kompatti, żona ta' ġonna)
|
E
|
500
|
0,7
|
|
Art densa kompatta (triq taż-żrar, żona ta' parkeġġ)
|
F
|
2 000
|
0,3
|
|
Superfiċji ibsin (ħafna mill-asfalt normali, konkrit)
|
G
|
20 000
|
0
|
|
Superfiċji ibsin ħafna u densi (asfalt dens, konkrit, ilma)
|
H
|
200 000
|
0
|
Gpath
hija ddefinita bħala l-frazzjoni tal-art assorbenti preżenti tul il-passaġġ sħiħ kopert.
Meta s-sors u r-riċevitur tant ikunu qrib li dp
≤ 30(zs
+ zr
), id-distinzjoni bejn it-tip ta' art li tinsab qrib is-sors u t-tip ta' art li tinsab ħdejn ir-riċevitur hija negliġibbli. Sabiex jitqies dan il-kumment, il-fattur tal-art Gpath
huwa finalment ikkoreġut kif ġej:
|
G′path
= |
|
|
[EUR-Lex]
|
jekk dp
≤ 30(zs + zr
)
|
(2.5.14)
|
|
Gpath
|
inkella
|
fejn Gs hija l-fattur tal-art taż-żona tas-sorsi. Gs = 0 għal pjattaformi tat-triq (
5
), binarji bla ballast. Gs = 1 għal binarji ferrovjarji bil-ballast. Ma hemm ebda tweġiba ġenerali fil-każ ta' sorsi u impjanti industrijali.
G tista' tkun marbuta mar-reżistività tal-fluss.
Figura 2.5.b
Determinazzjoni tal-koeffiċjent tal-art Gpath fuq passaġġ ta' propagazzjoni
[EUR-Lex]
[EUR-Lex]
▼M6
Id-distanzi dn
huma determinati minn projezzjoni 2D fuq il-pjan orizzontali.
▼M2
Iż-żewġ subsezzjonijiet li ġejjin dwar il-kalkoli f'kundizzjonijiet omoġeni u favorevoli jintroduċu n-notazzjonijiet ġeneriċi Gw u Gm għall-assorbiment tal-art. It-Tabella 2.5.b tagħti l-korrispondenza bejn dawn in-notazzjonijiet u l-varjabbli ta' Gpath
u G′path
.
Tabella 2.5.b:
Korrispondenza bejn Gw u Gm u (Gpath, G′path)
|
|
Kundizzjonijiet omoġeni
|
Kundizzjonijiet favorevoli
|
|
Aground
|
Δground(S,O)
|
Δground(O,R)
|
Ag
round
|
Δground(S,O)
|
Δground(O,R)
|
|
Gw
|
G′path
|
Gpath
|
|
Gm
|
G′path
|
Gpath
|
G′path
|
Gpath
|
Kalkoli f'kundizzjonijiet omoġeni
L-attenwazzjoni dovuta għall-effett tal-art f'kundizzjonijiet omoġeni hija kkalkolata skont l-ekwazzjonijiet li ġejjin:
jekk Gpath
≠ 0
fejn
[EUR-Lex]
fm
hija l-frekwenza ċentrali nominali tal-banda ta' frekwenzi kkunsidrata, f'Hz, c hija l-veloċità akustika fl-arja, meqjusa bħala 340 m/s, u Cf
hija ddefinita hekk:
fejn il-valuri ta' w jinkisbu bl-ekwazzjoni ta' hawn taħt:
Gw tista' tkun daqs Gpath
jew G′path
skont jekk l-effett tal-art huwiex ikkalkolat b'diffrazzjoni jew mingħajr, u skont l-għamla tal-art taħt is-sors (sors reali jew diffrattat). Dan huwa speċifikat fis-subsezzjonijiet li jmiss u huwa miġbur fil-qosor fit-tabella 2.5.b.
hija l-livell inferjuri ta' Aground,H
.
Għal passaġġ (S
i,R) f'kundizzjonijiet omoġeni bla diffrazzjoni:
Gw = G′path
Gm = G′path
B'diffrazzjoni, irreferi għas-sezzjoni dwar id-diffrazzjoni għad-definizzjonijiet ta' Gw u Gm.
jekk Gpath
= 0: Aground,H
= – 3 dB
It-terminu – 3(1 – Gm) iqis il-fatt li meta s-sors u r-riċevitur ikunu 'l bogħod minn xulxin, l-ewwel naħa tas-sors ta' riflessjoni ma tibqax fuq il-pjattaforma iżda fuq l-art naturali.
Kalkolu f'kundizzjonijiet favorevoli
L-effett tal-art f'kundizzjonijiet favorevoli huwa kkalkolat bl-ekwazzjoni ta' Aground,H
, diment li jsiru l-modifiki li ġejjin:
jekk Gpath
≠ 0
a)
►M6
Fl-ekwazzjoni 2.5.15 (Aground,H
) l-għoli zs
u zr
huma sostitwiti b’zs + δ zs + δ zT
u zr + δ zr + δ zT
rispettivament fejn ◄
a
o = 2 × 10– 4 m– 1 hija l-kontra tar-raġġ tal-kurvatura
[EUR-Lex]
b)
►M6
Il-limitu inferjuri ta’ Aground,F
(ikkalkulat b’għoli mhux modifikat) jiddependi fuq il-ġeometrija tal-passaġġ: ◄
Jekk Gpath
= 0
A
ground,F,
= Aground,F,min
Il-korrezzjonijiet tal-għoli δ z
s u δ z
r jagħtu kont lill-effett tat-tgħawwiġ tar-raġġi akustiċi. δ z
T tagħti kont lill-effett tat-turbolenza.
Gm tista' wkoll tkun daqs Gpath
jew G′path
skont jekk l-effett tal-art huwiex ikkalkolat b'diffrazzjoni jew mingħajr, u skont l-għamla tal-art taħt is-sors (sors reali jew diffrattat). Dan huwa speċifikat fis-subsezzjonijiet li ġejjin.
Għal passaġġ (S
i,R) f'kundizzjonijiet favorevoli bla diffrazzjoni:
Gw = Gpath
fl-Ekwazzjoni (2.5.17);
Gm = G′path
.
Bid-diffrazzjoni, irreferi għat-taqsima li jmiss għad-definizzjonijiet ta' Gw u Gm.
Diffrazzjoni
Bħala regola ġenerali, id-diffrazzjoni għandha tiġi studjata fil-quċċata ta' kull ostakolu li jinsab fil-passaġġ ta' propagazzjoni. Jekk il-passaġġ jgħaddi “għoli biżżejjed” fuq l-intopp ta' diffrazzjoni, tista' tiġi stabbilita Adif
= 0 u tiġi kkalkolata dehra diretta, b'mod partikolari billi tiġi kkalkolata Aground
.
▼M6
Fil-prattika, l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin huma kkunsidrati fil-pjan vertikali uniku li fih kemm is-sors kif ukoll ir-riċevitur (Skrin Ċiniż ċatt fil-każ ta’ passaġġ li jinkludi riflessjonijiet). Ir-raġġ dirett mis-sors lejn riċevitur huwa linja dritta f’kundizzjonijiet ta’ propagazzjoni omoġenja u linja kkurvata (ark b’raġġ skont it-tul tar-raġġ akustiku dritt) f’kundizzjonijiet ta’ propagazzjoni favorevoli.
Jekk ir-raġġ akustiku dirett ma jkunx ostakolat, jiġi mfittex it-tarf D li jipproduċi l-akbar differenza fit-tul tal-passaġġ δ (l-iżgħar valur assolut minħabba li dawn id-differenzi fit-tul tal-passaġġ huma negattivi). Id-diffrazzjoni tiġi kkunsidrata jekk
—
din id-differenza fit-tul tal-passaġġ hija akbar minn -λ/20 u
—
jekk il-“Kriterju ta’ Rayleigh” huwa ssodisfat.
Dan huwa l-każ, jekk δ hija akbar minn λ/4 – δ*, fejn δ* hija d-differenza fit-tul tal-passaġġ ikkalkulata b’dan l-istess tarf D iżda relatata mas-sors tal-mera S* ikkalkulata bil-pjan medju tal-art fuq in-naħa tas-sors u r-riċevitur mera R* ikkalkulat bil-pjan medju tal-art fuq in-naħa tar-riċevitur. Biex tiġi kkalkulata δ* jiġu kkunsidrati biss il-punti S*, D u R* – truf oħra li jostakolaw il-passaġġ S*->D->R* jiġu injorati.
Għall-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, it-tul tal-mewġa λ jiġi kkalkulat billi tintuża l-frekwenza ċentrali nominali u veloċità akustika ta’ 340 m/s.
Jekk dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ikunu ssodisfati, it-tarf D jissepara n-naħa tas-sors min-naħa tar-riċevitur, jiġu kkalkulati żewġ pjani medji tal-art separati, u A
dif tiġi kkalkulata kif deskritt fil-bqija ta’ din il-parti. Inkella, ma titqies l-ebda attenwazzjoni permezz ta’ diffrazzjoni għal dan il-passaġġ, jiġi kkalkulat pjan medju tal-art komuni għall-passaġġ S -> R, u A
ground tiġi kkalkulata mingħajr ebda diffrazzjoni (A
dif = 0 dB). Din ir-regola tapplika kemm f’kundizzjonijiet omoġenji kif ukoll f’dawk favorevoli.
▼M2
Meta, għal banda ta' frekwenzi partikolari jsir kalkolu skont il-proċedura deskritta f'din it-taqsima, Aground
tiġi stabbilita 0 dB meta tiġi kkalkolata l-attenwazzjoni totali. L-effett tal-art jitqies direttament fl-ekwazzjoni ta' kalkolu tad-diffrazzjoni ġenerali.
L-ekwazzjonijiet proposti hawnhekk jintużaw biex tiġi pproċessata d-diffrazzjoni fuq għata rqaq, għata ħoxnin, bini, mogħdijiet tal-ħaxix (naturali jew artifiċjali), u mat-truf tal-imbankmenti, biċċiet ta' pjanti u vijadotti.
Meta jkun hemm diversi ostakoli b'diffrazzjoni fuq passaġġ ta' propagazzjoni, jiġu ttrattati bħala diffrazzjoni multipla billi tiġi applikata l-proċedura deskritta fis-sezzjoni li ġejja dwar il-kalkolu tad-differenza tal-passaġġ.
Il-proċeduri ppreżentati hawn jintużaw biex jiġu kkalkolati attenwazzjonijiet kemm f'kundizzjonijiet omoġeni kif ukoll f'kundizzjonijiet favorevoli. It-tgħawwiġ tar-raġġi jittieħed f'kunsiderazzjoni fil-kalkolu tad-differenza tal-passaġġ u sabiex jiġu kkalkolati l-effetti tal-art qabel u wara d-diffrazzjoni.
Prinċipji ġenerali
Il-Figura 2.5.c turi l-metodu ġenerali ta' kalkolu tal-attenwazzjoni dovuta għad-diffrazzjoni. Dan il-metodu huwa msejjes fuq id-disaggregazzjoni tal-passaġġ ta' propagazzjoni f'żewġ partijiet: il-passaġġ tan-“naħa tas-sors”, li jinsab bejn is-sors u l-punt ta' diffrazzjoni, u l-passaġġ tan-'naħa tar-riċevitur', li jinsab bejn il-punt ta' diffrazzjoni u r-riċevitur.
Huma kkalkolati dawn li ġejjin:
—
effett tal-art, naħa tas-sors, Δ
ground(S,O)
—
effett tal-art, naħa tar-riċevitur, Δ
ground(O,R)
—
u tliet diffrazzjonijiet:
—
bejn is-sors S u r-riċevitur R: Δ
dif(S,R)
—
bejn is-sors immaġni S′ u R: Δ
dif(S′,R)
—
bejn S u r-riċevitur tal-immaġni R′: Δ
dif(S,R′)
.
Figura 2.5.c
Ġeometrija ta' kalkolu tal-attenwazzjoni minħabba diffrazzjoni
[EUR-Lex]
fejn
S huwa s-sors;
R huwa r-riċevitur;
S′ huwa s-sors immaġni b'rabta man-naħa tas-sors tal-pjan medju tal-art;
R′ huwa r-riċevitur tal-immaġni b'rabta man-naħa tar-riċevitur tal-pjan medju tal-art;
O huwa l-punt ta' diffrazzjoni;
z
s huwa l-għoli ekwivalenti tas-sors S b'rabta man-naħa tas-sors tal-pjan medju;
z
o,s huwa l-għoli ekwivalenti tal-punt tad-diffrazzjoni O b'rabta man-naħa tas-sors tal-pjan medju tal-art;
z
r huwa l-għoli ekwivalenti tar-riċevitur R b'rabta man-naħa tar-riċevitur tal-pjan medju;
z
o,r huwa l-għoli ekwivalenti tal-punt tad-diffrazzjoni O b'rabta man-naħa tar-riċevitur tal-pjan medju tal-art.
L-irregolarità tal-art bejn is-sors u l-punt ta' diffrazzjoni, u bejn il-punt ta' diffrazzjoni u r-riċevitur, tittieħed f'kunsiderazzjoni permezz tal-għoli ekwivalenti kkalkolat b'rabta mal-pjan medju tal-art, in-naħa tas-sors l-ewwel u n-naħa tar-riċevitur it-tieni (żewġ pjani medji tal-art), skont il-metodu deskritt fis-subsezzjoni fuq għoli sinifikanti mill-art.
Diffrazzjoni pura
Għal diffrazzjoni pura, b'ebda effetti tal-art, l-attenwazzjoni tinkiseb hekk:
fejn
λ huwa t-tul tal-mewġa bil-frekwenza ċentrali nominali tal-banda ta' frekwenzi kkunsidrata;
δ hija d-differenza tal-passaġġ bejn il-passaġġ diffrattat u l-passaġġ dirett (ara s-subsezzjoni li jmiss dwar il-kalkolu tad-differenza tal-passaġġ);
C″ huwa koeffiċjent użat biex jingħata kont lil diffrazzjonijiet multipli:
C″ = 1 għal diffrazzjoni waħda.
▼M6
Għal diffrazzjoni multipla, jekk e hija d-distanza totali tul il-passaġġ bejn l-ewwel u l-aħħar punt ta’ diffrazzjoni (uża raġġi kkurvati f’każ ta’ kundizzjonijiet favorevoli) u jekk e taqbeż it-0,3 m (inkella C" = 1), dan il-koeffiċjent huwa definit hekk:
▼M2
Il-valuri ta' Δdif għandhom ikunu limitati:
—
jekk Δ
dif
< 0: Δ
dif
= 0 dB
—
jekk Δ
dif
> 25: Δ
dif
= 25 dB għal diffrazzjoni fuq tarf orizzontali u fuq it-terminu Δdif biss li jidher fil-kalkolu ta' Adif
. Dan il-livell superjuri ma għandux jiġi applikat fit-termini ta' Δdif li jintervjenu fil-kalkolu ta' Δ
ground
, jew għal diffrazzjoni fuq tarf vertikali (diffrazzjoni vertikali) fil-każ ta' mmappjar tal-istorbju industrijali.
Kalkolu tad-differenza tal-passaġġ
Id-differenza tal-passaġġ δ hija kkalkolata fi pjan vertikali li fih is-sors u r-riċevitur. Din hija approssimazzjoni marbuta mal-prinċipju Fermat. L-approssimazzjoni tibqa' applikabbli hawnhekk (linji ta' sors). Id-differenza tal-passaġġ δ hija kkalkolata bħal fil-Figuri li ġejjin, fuq il-bażi tas-sitwazzjonijiet li wieħed jiltaqa' magħhom.
Kundizzjonijiet omoġeni
Figura 2.5.d
Kalkolu tad-differenza tal-passaġġ f'kundizzjonijiet omoġeni. O, O1 u O2 huma l-punti ta' diffrazzjoni
[EUR-Lex]
Nota: Għal kull konfigurazzjoni, tingħata l-espressjoni ta' δ.
Kundizzjonijiet favorevoli
Figura 2.5.e
Kalkolu tad-differenza tal-passaġġ f'kundizzjonijiet favorevoli (diffrazzjoni waħda)
[EUR-Lex]
▼M6
F’kundizzjonijiet favorevoli t-tliet raġġi akustiċi kkurvati[EUR-Lex], [EUR-Lex], u [EUR-Lex] għandhom raġġ identiku tal-kurvatura Γ definit permezz ta’:
|
Γ = max (1 000,8 d)
|
(2.5.24)
|
Fejn d hija definita mid-distanza 3D bejn is-sors u r-riċevitur tal-passaġġ miftuħ għad-dritt.
▼M2
|
Γ = max(1 000,8 d)
|
(2.5.24)
|
It-tul ta' kurva ta' raġġ akustiku MN huwa rrappreżentat ^MN minn f'kundizzjonijiet favorevoli. Dan it-tul huwa ekwivalenti għal:
Fil-prinċipju, għandhom jiġu kkunsidrati tliet xenarji fil-kalkolu tad-differenza tal-passaġġ f'kundizzjonijiet favorevoli δF
(ara l-Figura 2.5.e). Fil-prattika, żewġ ekwazzjonijiet huma biżżejjed:
—
jekk ir-raġġ dritt tal-ħoss SR huwa mgħotti b'ostakolu (l-ewwel u t-tieni każ fil-Figura 2.5.e):
—
jekk ir-raġġ dritt tal-ħoss SR mhuwiex mgħotti mill-ostakolu (it-tielet każ fil-Figura 2.5.e):
fejn A hija l-intersezzjoni tar-raġġ dritt tal-ħoss SR u l-estensjoni tal-ostakolu f'diffrazzjoni.
Għad-diffrazzjonijiet multipli f'kundizzjonijiet favorevoli:
—
stabbilixxi l-għatu konvess iddefinit mid-diversi truf potenzjali ta' diffrazzjoni;
—
neħħi t-truf ta' diffrazzjoni li mhumiex fil-limitu tal-għatu konvess;
—
ikkalkola δF
fuq il-bażi tat-tul tar-raġġ milwi tal-ħoss, billi tagħmel disaggregazzjoni tal-passaġġ f'diffrazzjoni f'kemm-il segment milwi hemm bżonn (ara l-Figura 2.5.f)
▼M6
F’kundizzjonijiet favorevoli, il-passaġġ ta’ propagazzjoni fil-pjan ta’ propagazzjoni vertikali dejjem jikkonsisti minn segmenti ta’ ċirku li r-raġġ tagħhom jingħata mid-distanza 3D bejn is-sors u r-riċevitur, jiġifieri, is-segmenti kollha ta’ passaġġ ta’ propagazzjoni għandhom l-istess raġġ ta’ kurvatura. Jekk l-ark dirett li jgħaqqad is-sors u r-riċevitur ikun ostakolat, il-passaġġ ta’ propagazzjoni jiġi definit bħala l-iqsar kombinazzjoni konvessa ta’ arki li tinkludi l-ostakli kollha. F’dan il-kuntest konvess ifisser li f’kull punt ta’ diffrazzjoni, is-segment tar-raġġ li ħiereġ jiġi difless ’l isfel fir-rigward tas-segment tar-raġġ li dieħel.
Illustrazzjoni 2.5.f
Eżempju ta’ kalkolu tad-differenza tal-passaġġ f’kundizzjonijiet favorevoli, fil-każ ta’ diffrazzjonijiet multipli
[EUR-Lex]
Fix-xenarju ppreżentat fl-Illustrazzjoni 2.5.f, id-differenza tal-passaġġ hija:
▼M2
Kalkolu tal-attenwazzjoni Adif
L-attenwazzjoni dovuta għal diffrazzjoni, filwaqt li jingħata kont lill-effetti tal-art min-naħa tas-sors u min-naħa tar-riċevitur, hija kkalkolata skont l-ekwazzjonijiet ġenerali li ġejjin:
fejn
—
Δ
dif (S,R)
hija l-attenwazzjoni dovuta għad-diffrazzjoni bejn is-sors S u r-riċevitur R;
—
Δground(S,O) hija l-attenwazzjoni dovuta għall-effett tal-art min-naħa tas-sors, ponderata bid-diffrazzjoni min-naħa tas-sors; fejn huwa mifhum li O = O1 fil-każ ta' diffrazzjonijiet multipli bħal fil-Figura 2.5.f
—
Δground(O,R) hija l-attenwazzjoni dovuta għall-effett tal-art min-naħa tar-riċevitur, ponderata bid-diffrazzjoni min-naħa tar-riċevitur (ara s-subsezzjoni li ġejja dwar il-kalkolu tat-terminu Δground(O,R)).
▼M6
Kalkolu tat-terminu
Δground(S,O)
fejn
—
Aground(S,O)
hija l-attenwazzjoni dovuta għall-effett tal-art bejn is-sors S u l-punt ta’ diffrazzjoni O. Dan it-terminu jiġi kkalkulat kif indikat fis-subsezzjoni preċedenti dwar il-kalkoli f’kundizzjonijiet omoġenji u fis-subsezzjoni preċedenti dwar il-kalkoli f’kundizzjonijiet favorevoli, bl-ipoteżijiet li ġejjin:
—
Gpath
jiġi kkalkulat bejn S u O;
—
F’kundizzjonijiet omoġenji:
[EUR-Lex] fl-Ekwazzjoni (2.5.17),
[EUR-Lex] fl-Ekwazzjoni (2.5.18);
—
F’kundizzjonijiet favorevoli:
[EUR-Lex]fl-Ekwazzjoni (2.5.17),
[EUR-Lex] fl-Ekwazzjoni (2.5.20);
—
Δ
dif(S',R)
hija l-attenwazzjoni dovuta għad-diffrazzjoni bejn is-sors immaġni S’ u R, ikkalkulata bħal fis-subsezzjoni preċedenti dwar id-Diffrazzjoni pura;
—
Δ
dif(S,R)
hija l-attenwazzjoni dovuta għad-diffrazzjoni bejn S u R, ikkalkulata bħal fis-sezzjoni preċedenti dwar id-Diffrazzjoni pura.
Fil-każ speċjali fejn is-sors ikun taħt il-pjan medju tal-art: Δ
dif(S,R)=
Δ
dif(S',R)
and Δ
ground(S,O)
= A
ground(S,O)
Kalkolu tat-terminu Δart(O,R)
fejn
—
Aground (O,R)
hija l-attenwazzjoni dovuta għall-effett tal-art bejn il-punt ta’ diffrazzjoni O u r-riċevitur R. Dan it-terminu jiġi kkalkulat kif indikat fis-subsezzjoni preċedenti dwar il-kalkoli f’kundizzjonijiet omoġenji u fis-subsezzjoni preċedenti dwar il-kalkoli f’kundizzjonijiet favorevoli, bl-ipoteżijiet li ġejjin:
—
Gpath
tiġi kkalkulata bejn O and R.
Il-korrezzjoni G
’
path
ma tridx tittieħed inkunsiderazzjoni hawnhekk, peress li s-sors ikkunsidrat huwa l-punt ta’ diffrazzjoni. Għaldaqstant, Gpath
għandha fil-fatt tintuża fil-kalkolu tal-effetti tal-art, inkluż għat-terminu tal-livell inferjuri tal-ekwazzjoni li jsir -3(1- Gpath
).
—
F’kundizzjonijiet omoġenji,
[EUR-Lex]fl-Ekwazzjoni (2.5.17) u
[EUR-Lex]fl-Ekwazzjoni (2.5.18);
—
F’kundizzjonijiet favorevoli,
[EUR-Lex]fl-Ekwazzjoni (2.5.17) u
[EUR-Lex]fl-Ekwazzjoni (2.5.20);
—
Δ
dif(S,R’)
hija l-attenwazzjoni dovuta għad-diffrazzjoni bejn S u r-riċevitur immaġni R’, ikkalkulata bħal fis-sezzjoni preċedenti dwar id-diffrazzjoni pura;
—
Δ
dif(S,R)
hija l-attenwazzjoni dovuta għad-diffrazzjoni bejn S u R, ikkalkulata bħal fis-sezzjoni preċedenti dwar id-diffrazzjoni pura.
Fil-każ speċjali fejn ir-riċevitur ikun taħt il-pjan medju tal-art: Δ
dif(S,R’)=
Δ
dif(S,R)
and Δ
ground
(
O,R
) = A
ground
(
O,R
)
Xenarji ta’ Truf Vertikali
L-Ekwazzjoni (2.5.21) tista’ tintuża biex jiġu kkalkulati d-diffrazzjonijiet fuq truf vertikali (diffrazzjonijiet laterali) fil-każ ta’ storbju industrijali. Jekk dan huwa l-każ, tittieħed Adif = Δdif(S,R) u jinżamm it-terminu Aground
. Barra minn hekk, Aatm
u Aground
għandhom jiġu kkalkulati mit-tul totali tal-passaġġ ta’ propagazzjoni. Adiv
xorta tiġi kkalkulata mid-distanza diretta d. L-Ekwazzjonijiet (2.5.8) u (2.5.6) isiru rispettivament:
Δdif
fil-fatt tintuża f’kundizzjonijiet omoġenji fl-ekwazzjoni (2.5.34).
Id-diffrazzjoni laterali titqies biss f’każijiet fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
Is-sors huwa sors puntiformi reali – mhux prodott mis-segmentazzjoni ta’ sors estiż bħal sors lineari jew areali.
Is-sors mhuwiex sors riflettenti mibni għall-kalkolu ta’ riflessjoni.
Ir-raġġ dirett bejn is-sors u r-riċevitur huwa kompletament ’il fuq mill-profil tat-terren.
Fil-pjan vertikali li fih S u R id-differenza fit-tul tal-passaġġ δ hija akbar minn 0, jiġifieri, ir-raġġ dirett huwa ostakolat. Għalhekk, f’ċerti sitwazzjonijiet, id-diffrazzjoni laterali tista’ titqies f’kundizzjonijiet ta’ propagazzjoni omoġenja iżda mhux f’kundizzjonijiet ta’ propagazzjoni favorevoli.
Jekk dawn il-kundizzjonijiet kollha ikunu ssodisfati, flimkien mal-passaġġ ta’ propagazzjoni diffratt fil-pjan vertikali li fih is-sors u r-riċevitur jitqiesu sa żewġ passaġġi ta’ propagazzjoni diffratti lateralment. Il-pjan laterali huwa definit bħala l-pjan perpendikolari għall-pjan vertikali u li fih ukoll is-sors u r-riċevitur. Iż-żoni ta’ intersezzjoni ma’ dan il-pjan laterali jinbnew mill-ostakli kollha li minnhom jgħaddi r-raġġ dirett mis-sors għar-riċevitur. Fil-pjan laterali, l-iqsar konnessjoni konvessa bejn is-sors u r-riċevitur, li tikkonsisti f’segmenti dritti u li tinkorpora dawn iż-żoni ta’ intersezzjoni, tiddefinixxi t-truf vertikali li jitqiesu meta jinbena l-passaġġ ta’ propagazzjoni lateralment diffratt.
Biex tiġi kkalkulata l-attenwazzjoni mill-art għal passaġġ ta’ propagazzjoni lateralment diffratt, il-pjan medju tal-art bejn is-sors u r-riċevitur jiġi kkalkulat billi jitqies il-profil tal-art vertikalment taħt il-passaġġ ta’ propagazzjoni. Jekk, fil-projezzjoni fuq pjan orizzontali, passaġġ ta’ propagazzjoni laterali jaqsam il-projezzjoni ta’ bini, dan jitqies fil-kalkolu ta’
path
(normalment b’ = 0) u fil-kalkolu tal-pjan medju tal-art bl-għoli vertikali tal-bini.
▼M2
Riflessjonijiet fuq ostakoli vertikali
Attenwazzjoni permezz tal-assorbiment
Ir-riflessjonijiet fuq ostakoli vertikali huma indirizzati permezz ta' sorsi immaġni. B'hekk, riflessjonijiet fuq faċċati ta' bini u ostakoli tal-istorbju huma ttrattati b'dan il-mod.
▼M6
Is-superfiċji ta’ oġġetti jitqiesu biss bħala rifletturi jekk l-inklinazzjonijiet tagħhom huma inqas minn 15° fir-rigward tal-vertikali. Ir-riflessjonijiet jitqiesu biss għal passaġġi fil-pjan ta’ propagazzjoni vertikali, jiġifieri, mhux għal passaġġi lateralment diffratti. Għall-passaġġi inċidentali u riflessi, u filwaqt li jiġi preżunt li l-wiċċ li jirrifletti huwa vertikali, il-punt ta’ riflessjoni (li jaqa’ fuq l-oġġett li jirrifletti) jiġi kkalkulat bl-użu ta’ linji dritti taħt linji omoġenji u kkurvati f’kundizzjonijiet ta’ propagazzjoni favorevoli. L-għoli tar-riflettur, meta mkejjel mill-punt ta’ riflessjoni u osservat mid-direzzjoni tar-raġġ inċidentali, għandu jkun mill-inqas 0,5 m. Wara projezzjoni fuq pjan orizzontali, il-wisa’ tar-riflettur meta mkejjel mill-punt ta’ riflessjoni u osservat mid-direzzjoni tar-raġġ inċidentali, għandu jkun mill-inqas 0,5 m.
▼M2
L-ostakoli b'tal-inqas dimensjoni waħda inqas minn 0,5 m għandhom jiġu injorati fil-kalkolu tar-riflessjoni, ħlief għal konfigurazzjonijiet speċjali. (
6
)
Kun af li r-riflessjonijiet fuq l-art mhumiex ikkonċernati hawnhekk. Dawn jingħataw kont fil-kalkoli tal-attenwazzjoni dovuta għal-limitu (art, diffrazzjoni).
Jekk LWS
huwa l-livell ta' potenza tas-sors S u αr
il-koeffiċjent ta' assorbiment tas-superfiċje tal-osatkoli kif iddefinit mill-EN 1793-1:2013, f'dak il-każ il-livell tal-potenza tas-sors immaġni S' huwa kkalkolat hekk:
|
LWS′
= LWS
+ 10 · lg(1 – αr
) = LWS + Arefl
|
(2.5.35)
|
fejn 0 ≤ αr
< 1
Imbagħad jiġu applikati l-attenwazzjonijiet ta' propagazzjoni deskritti hawn fuq għal dan il-passaġġ (sors immaġni, riċevitur), bl-istess mod bħal passaġġ dirett.
Figura 2.5.g
Riflessjoni spekulari fuq ostakolu ttrattata bil-metodu tas-sors immaġni (S: sors, S′: sors immaġni, R: riċevitur)
[EUR-Lex]
Attenwazzjoni permezz ta' retrodiffrazzjoni
Fir-riċerka ġeometrika tal-passaġġi tal-ħoss, matul ir-riflessjoni fuq ostakolu vertikali (ħajt ta' lqugħ, bini), il-pożizzjoni tal-impatt tar-raġġ b'rabta mat-tarf ta' fuq ta' dan l-ostakolu tiddetermina s-sehem ftit jew wisq sinifikanti tal-enerġija riflessa b'mod effettiv. Dan it-telf ta' enerġija akustika meta r-raġġ jgħaddi minn riflessjoni jissejjaħ attenwazzjoni permezz ta' retrodiffrazzjoni.
Fil-każ ta' riflessjonijiet multipli potenzjali bejn żewġ ħitan vertikali, tal-inqas għandha tiġi kkunsidrata l-ewwel riflessjoni.
Fil-każ ta' trinka (ara, pereżempju, l-Figura 2.5.h), l-attenwazzjoni permezz ta' retrodiffrazzjoni għandha tiġi applikata għal kull riflessjoni fuq il-ħitan ta' lqugħ.
Figura 2.5.h
Raġġ akustiku rifless fl-ordni ta' 4 f'binarju fi trinka: sezzjoni trażversali proprja (fuq), sezzjoni trażversali mhux mitnija (isfel)
[EUR-Lex]
F'din ir-rappreżentazzjoni, ir-raġġ akustiku jasal fir-riċevitur “billi jgħaddi suċċessivament minn ġewwa” l-ħitan ta' lqugħ tat-trinka, li għalhekk jistgħu jitqabblu ma' fetħiet.
Meta tiġi kkalkolata l-propagazzjoni ġewwa fetħa, il-kamp akustiku fir-riċevitur huwa s-somma tal-kamp dirett u l-kamp diffrattat ħdejn it-truf tal-fetħa. Dan il-kamp diffrattat jiżgura l-kontinwità tat-tranżizzjoni bejn iż-żona libera u ż-żona dellija. Meta r-raġġ joqrob lejn tarf il-fetħa, il-kamp dirett jiġi attenwat. Il-kalkolu huwa l-istess bħal dak tal-attenwazzjoni bi lqugħ fiż-żona libera.
Id-differenza tal-passaġġ δ′ assoċjata ma' kull retrodiffrazzjoni hija l-kontra tad-differenza tal-passaġġ bejn S u R relattivament f'kull tarf superjuri O, u dan f'dehra skont sezzjoni trażversali skjerata (ara l-Figura 2.5.i).
|
δ′ = – (SO + OR – SR)
|
(2.5.36)
|
Figura 2.5.i
Id-differenza tal-passaġġ għat-tieni riflessjoni
[EUR-Lex]
Is-sinjal ta' “tnaqqis” tal-Ekwazzjoni (2.5.36) ifisser li hawnhekk ir-riċevitur huwa meqjus li qiegħed fiż-żona libera.
L-attenwazzjoni permezz ta' retrodiffrazzjoni Δr
etrodif
tinkiseb bl-Ekwazzjoni (2.5.37), li hija simili għall-Ekwazzjoni (2.5.21) b'notazzjonijiet maħdumin mill-ġdid.
Din l-attenwazzjoni hija applikata għar-raġġ dirett kull darba li “tgħaddi minn” (tirrifletti fuq) ħajt jew bini. Għalhekk, il-livell ta' potenza tas-sors immaġni S′ isir:
|
LW′
= LW
+ 10 × lg(1 – αr
) – Δretrodif
|
(2.5.38)
|
F'konfigurazzjonijiet kumplessi ta' propagazzjoni, jistgħu jkunu jeżistu diffrazzjonijiet bejn riflessjonijiet, jew bejn ir-riċevitur u r-riflessjonijiet. F'dan il-każ, ir-retrodiffrazzjoni mill-ħitan hija stmata billi jiġi kkunsidrat il-passaġġ bejn is-sors u l-ewwel punt ta' diffrazzjoni R′ (li għalhekk jitqies bħala r-riċevitur fl-Ekwazzjoni (2.5.36)). Dan il-prinċipju huwa muri fil-Figura 2.5.j.
Figura 2.5.j
Id-differenza tal-passaġġ fil-preżenza ta' diffrazzjoni: sezzjoni trażversali proprja (fuq), sezzjoni trażversali mhux mitnija (isfel)
[EUR-Lex]
Fil-każ ta' riflessjonijiet multipli, jiżdiedu r-riflessjonijiet dovuti għal kull riflessjoni unika.
▼M6
Meta jkun hemm ostaklu li jirrifletti l-istorbju jew ostaklu qrib il-linja ferrovjarja, ir-raġġi akustiċi mis-sors jiġu suċċessivament riflessi minn fuq dan l-ostaklu u lil hinn mis-superfiċje laterali tal-vettura ferrovjarja. F’dawn il-kundizzjonijiet, ir-raġġi akustiċi jgħaddu bejn l-ostaklu u l-karozzerija tal-vettura ferrovjarja qabel id-diffrazzjoni mix-xifer ta’ fuq tal-ostaklu.
Sabiex jitqiesu riflessjonijiet multipli bejn il-vettura ferrovjarja u ostaklu fil-qrib, tiġi kkalkulata l-potenza akustika ta’ sors puntiformi ekwivalenti. F’dan il-kalkolu, l-effetti tal-art jiġu injorati.
Sabiex tinkiseb il-potenza akustika tas-sors ekwivalenti japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
—
L-oriġini tas-sistema ta’ koordinati hija l-parti tal-binarju li tmiss mar-roti fil-qrib
—
Sors reali, jinsab f’S (ds
=0, hs
), fejn hs
huwa l-għoli tas-sors relattiv għall-parti tal-binarju li tmiss mar-roti
—
Il-pjan h=0 jiddefinixxi l-karozzerija tal-karozzi
—
Ostaklu vertikali bil-quċċata f’B (dB
, hb
)
—
Riċevitur li jinsab f’distanza dR
> 0 fuq in-naħa ta’ wara tal-ostaklu fejn R għandu l-koordinati (dB+dR
, hR
)
In-naħa ta’ ġewwa tal-ostaklu għandha koeffiċjent ta’ assorbiment α(f) għal kull banda ta’ ottava. Il-karozzerija tal-vettura ferrovjarja għandha koeffiċjent ta’ riflessjoni ekwivalenti ta’ Cref
. Normalment il-valur ta’ Cref
huwa ta’ 1. Fil-każ ta’ vaguni tal-merkanzija b’qiegħ ċatt miftuħ biss, jista’ jintuża valur ta’ 0. Jekk dB
>5hB
jew α(f)>0,8 ma titqiesx l-interazzjoni bejn il-ferrovija u l-ostaklu.
F’din il-konfigurazzjoni, jistgħu jiġu kkalkulati riflessjonijiet multipli bejn il-karozzerija tal-vettura ferrovjarja u l-ostaklu billi jintużaw sorsi immaġni pożizzjonati Sn (dn = -2n. dB, hn = hs), n=0,1,2,..N; kif muri fl-illustrazzjoni 2.5.k.
[EUR-Lex]
Illustrazzjoni 2.5.k
Il-potenza akustika tas-sors ekwivalenti hija espressa kif ġej:
Fejn il-potenza akustika tas-sorsi parzjali tingħata permezz ta’:
LW,n = LW + ΔLn
ΔLn= ΔLgeo,n + ΔLdif,n + ΔLabs,n + ΔLref,n + ΔLretrodif,n
Bi:
|
LW
|
il-potenza akustika tas-sors reali
|
|
ΔLgeo,n
|
terminu ta’ korrezzjoni għal diverġenza sferika
|
|
ΔLdif,n
|
terminu ta’ korrezzjoni għad-diffrazzjoni mill-quċċata tal-ostaklu
|
|
ΔLabs,n
|
terminu ta’ korrezzjoni għall-assorbiment fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-ostaklu
|
|
ΔLref,n
|
terminu ta’ korrezzjoni għar-riflessjoni mill-karozzerija tal-vettura ferrovjarja
|
|
ΔLretrodif,n
|
terminu ta’ korrezzjoni għall-għoli finit tal-ostaklu bħala riflettur
|
Il-korrezzjoni għad-diverġenza sferika tingħata kif ġej
Il-korrezzjoni għad-diffrazzjoni mill-quċċata tal-ostaklu tingħata kif ġej:
(2.5.42)
|
ΔLdif,n = D0 - Dn
|
(2.5.42)
|
Fejn Dn
hija l-attenwazzjoni dovuta għad-diffrazzjoni, ikkalkulata permezz tal-formula 2.5.21 fejn C'' = 1, għall-passaġġ li jgħaqqad is-sors Sn
mar-riċevitur R, meta titqies id-diffrazzjoni fil-quċċata tal-ostaklu B:
|
δ
n
= ±(|SnB| + |BR| - |SnR|)
|
(2.5.43)
|
Il-korrezzjoni għall-assorbiment fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-ostaklu tingħata kif ġej:
|
ΔLabs,n
= 10•n•lg (1-α)
|
(2.5.44)
|
Il-korrezzjoni għar-riflessjoni mill-karozzerija tal-vettura ferrovjarja tingħata hekk:
|
ΔLref,n
= 10•n•lg (Cref)
|
(2.5.45)
|
Il-korrezzjoni għall-għoli finit tal-ostaklu li jirrifletti titqies permezz ta’ retrodiffrazzjoni. Il-mogħdija ottika li tikkorrispondi għal immaġini b’ordni N > 0 tiġi riflessa n darbiet mill-ostaklu. Fil-parti trasversali, dawn ir-riflessjonijiet iseħħu f’distanzi
di
= – (2i-q)db, i
= 1,2,..n. Fejn Pi
(d = di, h = hb
), i = 1,2,..n bħala l-quċċati ta’ dawn is-superfiċji riflettenti. F’kull wieħed minn dawn il-punti terminu ta’ korrezzjoni jiġi kkalkulat bħala:
Fejn Δ
retrodif,n,i
jiġi kkalkulat għal sors fil-pożizzjoni Sn
quċċata ta’ ostaklu f’ Pi
u riċevitur fil-pożizzjoni R’. Il-pożizzjoni tar-riċevitur ekwivalenti R’ tingħata minn R’=R jekk ir-riċevitur ikun ’il fuq mil-linja ta’ viżjoni minn Sn
sa B; inkella l-pożizzjoni tar-riċevitur ekwivalenti tittieħed fuq il-linja tal-viżjoni vertikalment fuq ir-riċevitur reali; jiġifieri:
▼M2
2.6.
Dispożizzjonijiet ġenerali — Storbju minn inġenji tal-ajru
2.6.1.
Definizzjonijiet u simboli
Hawnhekk huma deskritti ċerti termini importanti skont it-tifsiriet ġenerali attribwiti lilhom f'dan id-dokument. Il-lista mhijiex eżawrjenti; huma inklużi biss espressjonijiet u akronomi użati spiss. L-oħrajn huma deskritti meta jissemmew l-ewwel darba.
Is-simboli matematiċi (elenkati wara t-termini) huma l-iktar użati fl-ekwazzjonijiet fit-test ewlieni. Simboli oħrajn użati lokalment kemm fit-test kif ukoll fl-appendiċijiet huma ddefiniti meta jintużaw.
Kultant il-qarrej jitfakkar dwar l-interkambjabbiltà tal-kliem ħoss u storbju f'dan id-dokument. Għad li l-kelma storbju għandha konnotazzjonijiet soġġettivi — normalment hija ddefinita mill-akustiċi bħala “ħoss mhux mixtieq” — fil-kamp tal-kontroll tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru spiss titqies li tfisser sempliċiment ħoss — enerġija fl-ajru trażmessa b'ċaqliqa ta' mewġa akustika. Is-simbolu → jirrappreżenta kontroreferenzi għal termini oħrajn inklużi fil-lista.
Termini
|
AIP
|
Pubblikazzjoni ta' Informazzjoni Ajrunawtika
|
|
Konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru
|
Il-pożizzjonijiet tal-islats, il-flaps u l-attrezzatura għal-landjar.
|
|
Moviment tal-inġenju tal-ajru
|
Wasla, tluq jew azzjoni oħra tal-inġenju tal-ajru li taffettwa l-esponiment għall-istorbju madwar ajrudrom.
|
|
Dejta dwar l-istorbju u l-prestazzjoni ta' inġenju tal-ajru
|
Dejta li tiddeskrivi l-karatteristiċi akustiċi u tal-prestazzjoni ta' tipi differenti ta' ajruplani li huma meħtieġa mill-proċess ta' mmudellar. Tinkludi → relazzjonijiet tal-NPD u informazzjoni li tippermetti l-kalkolu tal-forza propulsiva/potenza tal-magna bħala funzjoni ta' → konfigurazzjoni tat-titjira. Normalment id-dejta tkun fornuta mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru għad li meta dak ma jkunx possibbli kultant tinkiseb minn sorsi oħrajn. Meta ma jkun hemm ebda dejta disponibbli, huwa normali li l-inġenju tal-ajru kkonċernat jiġi rrappreżentat billi tiġi adattata dejta għal inġenju tal-ajru simili kif xieraq — dan jissejjaħ sostituzzjoni.
|
|
Altitudni
|
Għoli fuq il-livell medju tal-baħar.
|
|
Database tal-ANP
|
Id-database dwar l-Istorbju u l-Prestazzjoni ta' Inġenji tal-Ajru inkluża fl-Appendiċi I.
|
|
Livell tal-ħoss ponderat, LA
|
Il-livell bażiku ta' ħoss/storbju użat għall-kejl tal-istorbju ambjentali inkluż dak minn inġenji tal-ajru u li fuqu hija msejsa ħafna mill-metrija tal-kontorn tal-istorbju.
|
|
Trajjettorja taċ-ċentru
|
Trajjettorja rappreżentattiva jew nominali fuq l-art li tiddefinixxi ċ-ċentru ta' medda ta' trajjettorji.
|
|
Livell bażi ta' event ta' storbju
|
Il-livell ta' event ta' storbju meħud minn database tal-NPD.
|
|
Ħlus tal-brejkijiet
|
→ Bidu tat-tidwir
|
|
Forza propulsiva netta kkoreġuta
|
F'parametru tal-potenza partikolari (eż. EPR jew N
1) il-forza propulsiva netta tonqos mad-densità tal-arja u b'hekk anki meta tiżdied l-altitudni tal-inġenju tal-ajru; il-forza propulsiva netta kkoreġuta hija l-valur fil-livell tal-baħar.
|
|
Livell kumulattiv ta' ħoss/storbju
|
Kejl f'deċibel tal-istorbju riċevut tul perjodu speċifikat ta' żmien, f'punt qrib ajruport, minn traffiku tal-ajruplani li jużaw kundizzjonijiet operattivi u passaġġi tat-titjira normali. Huwa kkalkolat billi b'xi mod jinġabru l-livelli ta' ħoss/storbju ta' event li jseħħ f'dak il-punt.
|
|
Somma jew medja ta' deċibel
|
F'postijiet oħra kultant tissejjaħ valuri tal-“enerġija” jew “logaritmiċi” (għall-kuntrarju ta' aritmetiċi). Tintuża meta jkun xieraq li jingħaddu jew tinstab il-medja tal-kwantitajiet sottostanti li qishom enerġija; eż.
[EUR-Lex]
|
|
Frazzjoni ta' enerġija, F
|
Frazzjoni ta' enerġija, F Proporzjon ta' enerġija tal-ħoss riċevuta minn segment meta mqabbla ma' enerġija riċevuta minn rotta tat-titjira infinita.
|
|
Parametru tal-potenza tal-magna
|
Valur → tal-parametru tal-potenza b'rabta mal-istorbju użat għad-determinazzjoni tal-emissjoni ta' storbju mid-database tal-NPD.
|
|
Livell ekwivalenti (kontinwu) ta' ħoss, Leq
|
Kejl tal-ħoss fit-tul. Il-livell ta' ħoss kostanti ipotetiku, li tul perjodu ta' żmien speċifikat, fih l-istess enerġija totali bħall-ħoss varjabbli proprju.
|
|
Livell ta' ħoss/storbju ta' event
|
Kejl f'deċibel tal-kwantità finita ta' ħoss (jew storbju) riċevut minn ajruplan li għaddej → livell ta' espożizzjoni akustika
|
|
Konfigurazzjoni tat-titjira
|
= → Konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru + → Parametri tat-titjira
|
|
Parametri tat-titjira
|
Parametru tal-potenza tal-inġenju tal-ajru, il-veloċità, l-angolu ta' inklinazzjoni laterali u l-piż.
|
|
Rotta tat-titjira
|
Il-passaġġ ta' ajruplan mill-arja, iddefinit fi tliet dimensjonijiet, normalment b'referenza għal oriġini tal-bidu tat-tidwir għall-qtugħ jew fis-soll tal-landjar.
|
|
Segment tar-rotta tat-titjira
|
Parti minn rotta tat-titjira ta' inġenju tal-ajru rrappreżentata għal finijiet ta' mmudellar tal-istorbju b'linja dritta b'tul finit.
|
|
Proċedura tat-titjira
|
Is-sekwenza tal-istadji operattivi segwita mill-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru jew is-sistema ta' ġestjoni tat-titjira: mogħtija bħala bidliet fil-konfigurazzjoni tat-titjira bħala funzjoni tad-distanza tul it-trajjettorja tal-art.
|
|
Profil tat-titjira
|
Varjazzjoni tal-għoli tal-ajruplan tul it-trajjettorja tal-art (kultant tinkludi bidliet → fil-konfigurazzjoni tat-titjira wkoll) — deskritta minn sett ta' → punti ta' profil
|
|
Pjan tal-art
|
(Jew Pjan Nominali tal-Art) Superfiċje orizzontali tal-art permezz tal-punt ta' referenza tal-ajrudrom li fuqu normalment jiġu kkalkolati l-kontorni.
|
|
Veloċità fuq l-art
|
Il-veloċità tal-inġenju tal-ajru b'rabta ma' punt fiss fuq l-art.
|
|
Trajjettorja tal-art
|
Il-projjezzjoni vertikali tar-rotta tat-titjira fuq il-pjan tal-art.
|
|
Għoli
|
Id-distanza vertikali bejn l-inġenju tal-ajru u → pjan tal-art
|
|
Livell integrat ta' pressjoni tal-ħoss
|
Imsejjaħ ukoll → livell ta' espożizzjoni akustika ta' event wieħed.
|
|
ISA
|
Atmosfera Standard Internazzjonali — iddefinita mill-ICAO. Tiddefinixxi l-varjazzjoni fit-temperatura tal-arja, il-pressjoni u d-densità f'punti ogħla mil-livell medju tal-baħar. Użata biex tinnormalizza r-riżultati tal-kalkoli tad-disinn tal-inġenji tal-ajru u l-analiżi tad-dejta tat-testijiet.
|
|
Attenwazzjoni laterali
|
Attenwazzjoni żejda tal-ħoss b'distanza attribwibbli, b'mod dirett jew indirett, għall-preżenza tas-superfiċje tal-art. Sinifikanti f'angoli baxxi ta' elevazzjoni (tal-inġenju tal-ajru fuq il-pjan tal-art)
|
|
Livell massimu ta' storbju/ħoss
|
Il-livell massimu ta' ħoss milħuq tul event
|
|
Livell Medju tal-Baħar, MSL
|
L-elevazzjoni standard tal-wiċċ tal-art li għaliha hija rriferita → ISA.
|
|
Forza propulsiva netta
|
Il-forza propulsiva magħmula minn magna fuq il-qafas tal-inġenju tal-ajru.
|
|
Storbju
|
Storbju huwa ddefinit bħala ħoss mhux mixtieq. Iżda l-metrija bħal-livell ta' pressjoni tal-ħoss ponderat A (LA
) u l-livell effettiv ta' storbju perċepit (EPNL) tikkonverti b'mod effettiv il-livelli ta' ħoss f'livelli ta' storbju. Minkejja nuqqas konsegwenti ta' speċifiċità, it-termini ħoss u storbju kultant jintużaw minflok xulxin f'dan id-dokument, bħal f'dokumenti oħrajn — speċjalment b'rabta mal-kelma livell.
|
|
Kontorn tal-istorbju
|
Linja ta' valur kostanti ta' indiċi jew livell kumulattiv ta' storbju ta' inġenju tal-ajru madwar ajruport
|
|
Impatt tal-istorbju
|
L-effett(i) avvers(i) tal-istorbju fuq ir-riċevituri tiegħu; ta' min jgħid li huwa implikat li l-metrija tal-istorbju hija indikatur tal-impatt tal-istorbju
|
|
Indiċi tal-istorbju
|
Kejl tal-ħoss kumulattiv jew fit-tul li huwa marbut mal-effetti tiegħu fuq in-nies (jiġifieri huwa meqjus bħala predikatur ta' dawn l-effetti). Jista' jagħti kont lil fatturi oħrajn minbarra l-qawwa tal-ħoss (speċjalment il-ħin tal-ġurnata). Eżempju huwa l-livell jum-filgħaxija-lejl LDEN
.
|
|
Livell ta' storbju
|
Kejl f'deċibel tal-ħoss fuq skala li tindika kemm huwa kbir jew kemm huwa storbjuż il-ħoss. Għal storbju ambjentali minn inġenji tal-ajru, ġeneralment jintużaw żewġ skali: il-livell ta' pressjoni tal-ħoss ponderat A u l-Livell ta' Storbju Perċepit. Dawn l-iskali japplikaw ponderazzjonijiet differenti għall-ħoss ta' frekwenzi differenti — biex jimitaw il-perċezzjoni tal-bniedem.
|
|
Metrija tal-ħoss
|
Espressjoni użata biex tiddeskrivi kwalunkwe kejl ta' kwantità ta' ħoss f'pożizzjoni ta' riċevitur kemm jekk huwa event wieħed jew akkumulazzjoni ta' storbju tul ħin estiż. Hemm żewġ kejliet użati spiss għall-istorbju ta' event wieħed: il-livell massimu milħuq matul l-avveniment, jew il-livell ta' espożizzjoni akustika tiegħu, kejl tal-enerġija tal-ħoss totali tiegħu stabbilit bl-integrazzjoni tal-ħin.
|
|
Relazzjonijiet/dejta dwar storbju-potenza-distanza (NPD)
|
Livelli ta' event ta' storbju miġburin f'tabella bħala funzjoni tad-distanza taħt ajruplan f'titjira f'livell kostanti b'veloċità ta' referenza f'atmosfera ta' referenza, għal kull wieħed minn għadd ta' → parametri tal-potenza tal-magna. Id-dejta tagħti kont lill-effetti tal-passaġġ ta' propagazzjoni dovuti għal tifrix tal-mewġ sferiku (liġi tal-kwadrat invers) u l-assorbiment atmosferiku. Id-distanza hija ddefinita b'mod perpendikolari għar-rotta tat-titjira tal-ajruplan u l-assi tal-ġwienaħ tal-inġenju tal-ajru (jiġifieri veritkalment taħt l-inġenju tal-ajru f'titjira mingħajr inklinazzjoni laterali).
|
|
Parametru tal-potenza b'rabta mal-istorbju
|
Parametru li jiddeskrivi jew jindika l-isforz propulsiv iġġenerat min magna ta' inġenju tal-ajru li miegħu loġikament tista' tkun relatata emissjoni tal-potenza akustika; normalment jitqies li huwa → forza propulsiva netta kkoreġuta. Spiss informalment imsejjaħ “potenza” jew “parametru tal-potenza” fit-test.
|
|
Sinifikanza tal-istorbju
|
Il-kontribuzzjoni minn segment tar-rotta tat-titjira hija “sinifikanti għall-istorbju” jekk dan jaffettwa l-livell ta' storbju ta' event sa ċertu punt apprezzabbli. Bit-twarrib ta' segmenti li mhumiex sinifikanti għall-istorbju jiġu ffrankati sforzi enormi fl-ipproċessar tal-kompjuter
|
|
Stadji proċedurali
|
Preskrizzjoni għat-titjira ta' profil — l-istadji jinkludu bidliet fil-veloċità u/jew l-altitudni.
|
|
Punt ta' profil
|
L-għoli ta' punt ta' tmiem ta' segment ta' rotta tat-titjira — fi pjan vertikali 'l fuq mit-trajjettorja tal-art
|
|
Riċevitur
|
Riċevitur tal-istorbju li jasal minn sors; primarjament f'punt fuq jew qrib is-superfiċje tal-art
|
|
Atmosfera ta' referenza
|
Tqegħid f'tabella tar-rati ta' assorbiment tal-ħoss użat biex tiġi standardizzata d-dejta NPD (ara l-Appendiċi D)
|
|
Ġurnata ta' referenza
|
Sett ta' kundizzjonijiet atmosferiċi li fihom tiġi standardizzata d-dejta dwar l-ANP
|
|
Durata ta' referenza
|
Intervall ta' ħin nominali użat biex jiġi standardizzat il-kejl tal-livell ta' espożizzjoni akustika ta' event wieħed; ikun ta' sekonda (1) fil-każ ta' → SEL.
|
|
Veloċità ta' referenza
|
Veloċità fuq l-art tal-ajruplan li għaliha d-dejta NPD → SEL hija normalizzata
|
|
SEL
|
→ Livell ta' espożizzjoni akustika
|
|
Il-livell ta' espożizzjoni akustika ta' event wieħed
|
Il-livell ta' ħoss li event ikollu li kieku l-enerġija tal-ħoss kollha tiegħu kellha tiġi kkumpressata b'mod uniformi f'intervall ta' ħin standard magħruf bħala → d-durata ta' referenza
|
|
Art ratba
|
Superfiċje tal-art li hija akustikament “ratba”, tipikament bil-ħaxix, madwar ħafna mill-ajrudromi. Superfiċji tal-art akustikament ibsin, jiġifieri ferm riflettivi, jinkludu konkrit u ilma. Il-metodoloġija dwar il-kontorn tal-istorbju deskritta hawn tapplika għal kundizzjonijiet ta' art ratba.
|
|
Ħoss
|
Enerġija trażmessa mill-arja permezz ta' ċaqliq tal-mewġ (lonġitudinali) li jinħass mill-widna
|
|
Attenwazzjoni tal-ħoss
|
It-tnaqqis fl-intensità tal-ħoss b'distanza tul attenwazzjoni tal-ħoss. Għal storbju tal-inġenju tal-ajru, il-kawżi tiegħu jinkludu tifrix tal-mewġ sferiku, assorbiment atmosferiku u → attenwazzjoni laterali
|
|
Espożizzjoni akustika
|
Kejl tal-immissjoni totali tal-enerġija tal-ħoss tul perjodu ta' żmien
|
|
Livell ta' Espożizzjoni Akustika, LAE
|
(Akronimu SEL) Metrija standardizzata fl-ISO 1996-1 jew l-ISO 3891 = Livell ta' espożizzjoni akustika ponderat A ta' event wieħed irreferenzjat għal sekonda.
|
|
Intensità tal-ħoss
|
Is-saħħa tal-immissjoni tal-ħoss f'punt — b'rabta mal-enerġija akustika (u indikata minn livelli ta' ħoss imkejlin)
|
|
Livell ta' pressjoni tal-ħoss
|
Kejl tal-enerġija tal-ħoss mogħti f'unitajiet ta' deċibel. Il-ħoss riċevut jitkejjel bil-'ponderazzjoni tal-frekwenza' jew mingħajr; livelli mkejlin b'ponderazzjoni spiss jissejħu → livelli ta' storbju
|
|
Tul ta' titjira medja/vjaġġ
|
Distanza sal-ewwel destinazzjoni tal-inġenju tal-ajru tielaq; meħuda bħala indikatur tal-piż ta' inġenju tal-ajru
|
|
Bidu tat-Tidwir, SOR
|
Il-punt fuq ir-runway li minnu l-inġenju tal-ajru jibda l-qtugħ tiegħu. Jissejjaħ ukoll “rilaxx tal-brejkijiet”.
|
|
Veloċità ajrudinamika reali
|
Veloċità proprja tal-inġenju tal-ajru b'rabta mal-arja (= veloċità fuq l-art f'ajru kalm)
|
|
Livell ekwivalenti ta' pressjoni tal-ħoss ponderat, Leq,W
|
Verżjoni mmodifikata ta' Leq
li fiha jiġu assenjati ponderazzjonijiet differenti għall-istorbju li jseħħ tul perjodu differenti tal-ġurnata (normalment tul il-jum, filgħaxija u billejl)
|
Simboli
|
d
|
L-iqsar distanza minn punt ta' osservazzjoni sa segment ta' rotta tat-titjira
|
|
dp
|
Id-distanza perpendikolari minn punt ta' osservazzjoni sar-rotta tat-titjira (distanza oblika jew medda oblika)
|
|
Fn
|
Il-forza propulsiva netta proprja għal kull magna
|
|
Fn/δ
|
Il-forza propulsiva netta kkoreġuta għal kull magna
|
|
h
|
L-altitudni tal-inġenju tal-ajru (iktar mill-MSL)
|
|
L
|
Il-livell ta' storbju ta' event (skala mhux iddefinita)
|
|
L(t)
|
Il-livell ta' pressjoni tal-ħoss fil-ħin t (skala mhux iddefinita)
|
|
LA, LA(t)
|
Il-livell ta' pressjoni tal-ħoss ponderat A (fil-ħin t) — imkejjel fuq l-iskala tal-metru kajmana tal-livell ta' pressjoni tal-ħoss
|
|
LAE
|
(SEL) Il-livell ta' espożizzjoni akustika
|
|
LAmax
|
Il-valur massimu ta' LA(t) matul event
|
|
LE
|
Il-livell ta' espożizzjoni akustika ta' event wieħed
|
|
LE∞
|
Il-livell ta' espożizzjoni akustika ta' event wieħed stabbilit mid-database tal-NPD
|
|
LEPN
|
Il-livell effettiv ta' storbju perċepit
|
|
Leq
|
Il-livell ta' pressjoni tal-ħoss ekwivalenti (kontinwu)
|
|
Lmax
|
Il-valur massimu ta' L(t) matul event
|
|
Lmax,seg
|
Il-livell massimu ġġenerat minn segment
|
|
ℓ
|
Id-distanza perpendikolari minn punt ta' osservazzjoni sat-trajjettorja tal-art
|
|
lg
|
Il-logaritma għall-bażi 10
|
|
N
|
In-numru ta' segmenti jew subsegmenti
|
|
NAT
|
In-numru ta' eventi b'Lmax
li jaqbżu limitu speċifikat
|
|
P
|
Il-parametru tal-potenza fil-varjabbli tal-NPD L(P,d)
|
|
Pseg
|
Il-parametru tal-potenza rilevanti għal segment partikolari
|
|
q
|
Id-distanza mill-bidu tas-segment sal-eqreb punt ta' avviċinament
|
|
S
|
Id-devjazzjoni standard
|
|
s
|
Id-distanza tul it-trajjettorja tal-art
|
|
te
|
Id-durata effettiva ta' event akustiku wieħed
|
|
t0
|
Il-ħin ta' referenza għal livell integrat ta' pressjoni tal-ħoss
|
|
Vseg
|
Il-veloċità fuq l-art ekwivalenti tas-segment
|
|
Vref
|
Il-veloċità fuq l-art ta' referenza li għaliha hija ddefinita dejta NPD
|
|
x,y,z
|
Il-koordinati lokali
|
|
x′,y′,z′
|
Il-koordinati tal-inġenju tal-ajru
|
|
XARP,YARP,ZARP
|
Il-pożizzjoni tal-punt ta' riferiment tal-ajrudrom f'koordinati ġeografiċi
|
|
z
|
L-għoli tal-inġenju tal-ajru mill-pjan tal-art/punt ta' riferiment tal-ajrudrom
|
|
α
|
Il-parametru użat għall-kalkolu tal-korrezzjoni tas-segment finit Δ
F
|
|
β
|
L-angolu ta' elevazzjoni tal-inġenju tal-ajru fir-rigward tal-pjan tal-art
|
|
ε
|
L-angolu ta' inklinazzjoni laterali tal-inġenju tal-ajru
|
|
γ
|
L-angolu tat-tlugħ /tal-inżul
|
|
φ
|
L-angolu ta' dipressjoni (parametru tad-direttività laterali)
|
|
λ
|
It-tul totali tas-segment
|
|
ψ
|
L-angolu bejn id-direzzjoni tal-moviment tal-inġenju tal-ajru u d-direzzjoni lejn l-osservatur
|
|
ξ
|
Id-direzzjoni tal-inġenju tal-ajru, imkejla favur l-arloġġ mit-tramuntana manjetika
|
|
Λ(β,)
|
L-attenwazzjoni laterali mill-arja sal-art
|
|
Λ(β)
|
L-attenwazzjoni laterali mill-arja sal-art fuq distanza twila
|
|
Γ()
|
Il-fattur tad-distanza tal-attenwazzjoni laterali
|
|
Δ
|
Il-bidla fil-valur ta' kwantità, jew korrezzjoni (kif indikata fit-test)
|
|
Δ
F
|
Il-korrezzjoni tas-segment finit
|
|
Δ
I
|
Il-korrezzjoni tal-installazzjoni tal-magna
|
|
Δ
i
|
Il-ponderazzjoni għall-perjodu tal-ħin tal-ġurnata numru i, dB
|
|
Δ
rev
|
Il-forza propulsiva invertita
|
|
Δ
SOR
|
Il-korrezzjoni tal-bidu tat-tidwir
|
|
Δ
V
|
Il-korrezzjoni tad-durata (veloċità)
|
Subskritti
|
1, 2
|
Subskritti li jiddenotaw il-valuri ta' bidu u tmiem ta' intervall jew segment
|
|
i
|
L-indiċi ta' għadd tat-tip/kategorija tal-inġenji tal-ajru
|
|
j
|
L-indiċi ta' għadd tas-subtrajjettorji/trajjettorja tal-art
|
|
k
|
L-indiċi ta' għadd tas-segmenti
|
|
ref
|
Il-valur ta' referenza
|
|
seg
|
Il-valur tas-segment speċifiku
|
|
SOR
|
Relatat mal-bidu tat-tidwir
|
2.6.2.
Qafas tal-kwalità
Preċiżjoni tal-valuri mdaħħlin
Il-valuri kollha mdaħħlin li jaffettwaw il-livell ta' emissjoni ta' sors, inkluża l-pożizzjoni tas-sors, għandhom jiġu stabbiliti b'tal-inqas il-preċiżjoni li tikkorrispondi għal inċertezza ta' ± 2dB(A) fil-livell ta' emissjoni tas-sors (biex il-parametri kollha l-oħrajn jibqgħu mhux l-istess).
Użu tal-valuri prestabbiliti
Fl-applikazzjoni tal-metodu, id-dejta mdaħħla għandha tirrifletti l-użu attwali. B'mod ġenerali ma għandu jkun hemm ebda dipendenza fuq valuri mdaħħlin prestabbiliti jew suppożizzjonijiet. B'mod speċifiku, ir-rotot tat-titjira derivati minn dejta mir-radar sabiex jinkisbu r-rotot tat-titjira għandhom jintużaw kull meta jkunu jeżistu u jkunu ta' kwalità suffiċjenti. Valuri u suppożizzjonijiet prestabbiliti mdaħħlin huma aċċettati, pereżempju, sabiex jintużaw rotot immudellati minflok rotot tat-titjira derivati mir-radar, jekk il-ġbir ta' dejta reali jkun marbut ma' spejjeż għoljin wisq.
Kwalità tas-softwer użat għall-kalkoli
Is-softwer użat biex isiru l-kalkoli għandu juri li huwa konformi mal-metodi deskritti hawnhekk permezz ta' ċertifikazzjoni tar-riżultati minn każijiet eżaminati.
2.7.
Storbju tal-inġenji tal-ajru
2.7.1.
Għan u kamp ta' applikazzjoni tad-dokument
Il-mapep tal-kontorni jintużaw biex jindikaw il-firxa u d-daqs tal-impatt tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru madwar l-ajruporti, u dak l-impatt jiġi indikat b'valuri ta' indiċi jew metrija tal-ħoss speċifikati. Kontorn huwa linja li matulha l-valur tal-indiċi jibqa' kostanti. Il-valur tal-indiċi jaggrega b'xi mod l-eventi ta' storbju tal-inġenji tal-ajru individwali kollha li jseħħu matul perjodu speċifikat ta' żmien, normalment imkejjel f'jiem jew xhur.
L-istorbju fil-punti fuq l-art minn inġenji tal-ajru li jtiru barra u qrib ajrudrom jiddependi minn ħafna fatturi. Primarjament, fost dawn hemm it-tipi ta' ajruplan u l-impjant tal-enerġija tagħhom; il-proċeduri ta' ġestjoni tal-potenza, il-flap u l-veloċità fl-ajru użati fuq l-ajruplani stess; id-distanza mill-punti kkonċernati sad-diversi rotot tat-titjira; u t-topografija u t-temp lokali. L-operazzjonijiet tal-ajruport ġeneralment jinkludu tipi differenti ta' ajruplani, diversi proċeduri tat-titjira u firxa ta' ponderazzjonijiet operattivi.
Il-kontorni huma ġġenerati billi jiġu kkalkolati s-superfiċji tal-valuri tal-indiċi tal-istorbju lokali b'mod matematiku. Dan id-dokument jispjega fid-dettall kif wieħed għandu jikkalkula, f'punt ta' osservatur, il-livelli ta' event ta' storbju ta' inġenju tal-ajru individwali, kull wieħed għal titjira jew tip ta' titjira speċifika tal-inġenju tal-ajru, li mbagħad trid tinstab il-medja tagħhom b'xi mod, jew jiġu akkumulati, biex jinstabu l-valuri tal-indiċi f'dak il-punt. Is-superfiċje meħtieġa tal-valuri tal-indiċi hija ġġenerata billi sempliċiment jiġu ripetuti l-kalkoli skont il-bżonn għal movimenti differenti tal-inġenju tal-ajru — filwaqt li tingħata attenzjoni sabiex tiġi mmassimizzata l-effiċjenza billi jiġu esklużi eventi mhux “sinifikanti għall-istorbju” (jiġifieri li ma jikkontribwixxux wisq għat-total).
Meta l-attivitajiet li jiġġeneraw l-istorbju assoċjati ma' operazzjonijiet tal-ajruport ma jikkontribwixxux b'mod materjali għall-espożizzjoni ġenerali tal-popolazzjoni għal storbju tal-inġenju tal-ajru u l-kontorni tal-istorbju assoċjati, dawn jistgħu jiġu esklużi. Dawn l-attivitajiet jinkludu: ħelikopters, taxiing, ittestjar tal-magna u użu ta' unitajiet ta' potenza awżiljarja. Dan mhux bilfors ifisser li l-impatt tagħhom mhuwiex sinifikanti u meta jseħħu dawn iċ-ċirkustanzi tista' ssir valutazzjoni tas-sorsi kif stipulat fil-paragrafu 2.7.21 u 2.7.22.
2.7.2.
Spjegazzjoni tad-dokument
Il-proċess ta' ġenerazzjoni tal-kontorni tal-istorbju jintwera fil-Figura 2.7.a. Il-kontorni huma prodotti għal bosta skopijiet u għandhom it-tendenza li jikkontrollaw ir-rekwiżiti għas-sorsi u l-ipproċessar minn qabel tad-dejta mdaħħla. Kontorni li juru l-impatt storiku tal-istorbju jistgħu jiġu ġġenerati minn rekords attwali ta' operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru — ta' movimenti, piżijiet, rotot tat-titjira mkejlin bir-radar, eċċ. Il-kontorni użati għal finijiet ta' ppjanar tal-ħtieġa fil-ġejjieni jiddependu iktar fuq previżjonijiet — tat-traffiku u trajjettorji tat-titjiriet u l-karatteristiċi tal-prestazzjoni u l-istorbju tal-inġenji tal-ajru tal-ġejjieni.
Figura 2.7.a
Il-proċess ta' ġenerazzjoni tal-kontorni tal-istorbju
[EUR-Lex]
Ikun xi jkun is-sors tad-dejta dwar it-titjira, kull moviment differenti tal-inġenju tal-ajru, wasla jew tluq, huwa ddefinit f'termini tal-ġeometrija tar-rotta tat-titjira tiegħu u l-emissjoni ta' storbju mill-inġenju tal-ajru waqt li jsegwi dik ir-rotta (movimenti li essenzjalment huma l-istess f'termini ta' storbju u rotta tat-titjira huma inklużi b'sempliċi moltiplikazzjoni). L-emissjoni tal-istorbju tiddependi mill-karatteristiċi tal-inġenju tal-ajru — primarjament fuq il-potenza ġġenerata mill-magni tiegħu. Il-metodoloġija rrakkomandata tinvolvi l-qsim tar-rotta tat-titjira f'segmenti. Is-Sezzjonijiet 2.7.3 sa 2.7.6 jispjegaw l-elementi tal-metodoloġija u jispjegaw il-prinċipju ta' segmentazzjoni li hija msejsa fuqu; li l-livell ta' storbju ta' event osservat huwa aggregazzjoni tal-kontribuzzjonijiet mis-segmenti “sinifikanti għall-istorbju” kollha tar-rotta tat-titjira, b'kull kontribuzzjoni li tista' tiġi kkalkolata għaliha. Is-Sezzjonijiet 2.7.3 sa 2.7.6 jispjegaw ukoll ir-rekwiżiti tad-dejta mdaħħla għall-produzzjoni ta' sett ta' kontorni tal-istorbju. L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati għad-dejta operattiva meħtieġa huma stipulati fl-Appendiċi A.
Kif is-segmenti tar-rotta tat-titjira huma kkalkolati minn dejta mdaħħla ipproċessata minn qabel huwa spjegat fis-Sezzjonijiet 2.7.7 sa 2.7.13. Dan jinvolvi applikazzjonijiet ta' analiżi tal-prestazzjoni tat-titjira tal-inġenji tal-ajru, li l-ekwazzjonijiet tagħhom huma spjegati f'iktar dettall fl-Appendiċi B. Ir-rotot tat-titjira huma soġġetti għal varjabbiltà sinifikanti — inġenji tal-ajru li jsegwu kwalunkwe rotta huma mifruxin fuq medda minħabba l-effetti tad-differenzi f'kundizzjonijiet atmosferiċi, piżijiet tal-inġenji tal-ajru u proċeduri operattivi, restrizzjonijiet mill-kontroll tat-traffiku tal-arju, eċċ. Dan jingħata kont billi kull rotta tat-titjira tiġi deskritta statistikament — bħala passaġġ ċentrali jew “backbone” (taċ-ċentru) li huwa akkumpanjat minn sett ta' rotot mifruxin. Anki dan huwa spjegat fis-Sezzjonijiet 2.7.7 sa 2.7.13 b'referenza għal informazzjoni addizzjonali fl-Appendiċi Ċ.
Is-Sezzjonijiet 2.7.14 sa 2.7.19 jistabbilixxu l-istadji li jridu jiġu segwiti meta jiġi kkalkolat il-livell ta' storbju ta' event wieħed — l-istorbju ġġenerat f'punt fuq l-art minn moviment wieħed tal-inġenju tal-ajru. L-Appendiċi D jindirizza l-kalkolu mill-ġdid tad-dejta NPD għal kundizzjonijiet mhux ta' referenza. L-Appendiċi E jispjega s-sors bipolari akustiku użat fil-mudell sabiex tiġi ddefinita r-radjazzjoni tal-ħoss mis-segmenti ta' rotta tat-titjira b'tul finit.
Minbarra r-rotot tat-titjira rilevanti, l-applikazzjonijiet tar-relazzjonijiet ta' mmudellar fil-Kapitli 3 u 4 jeħtieġu dejta xierqa dwar l-istorbju u l-prestazzjoni għall-inġenju tal-ajru inkwistjoni.
L-istabbiliment tal-livell ta' event għal moviment wieħed tal-inġenju tal-ajru f'punt wieħed ta' osservatur huwa l-kalkolu ta' qofol. Irid jiġi ripetut għal kull moviment tal-inġenju tal-ajru f'kull wieħed mis-sensiela ta' punti prestabbiliti li jkopru l-firxa mistennija tal-kontorni tal-istorbju meħtieġa. F'kull punt, il-livelli tal-event huma aggregati jew tinstab il-medja tagħhom b'xi mod sabiex jinkiseb valur ta' “livell kumulattiv” jew indiċi tal-istorbju. Din il-parti tal-proċess hija deskritta fis-sezzjonijiet 2.7.20 u 2.7.23 sa 2.7.25.
Is-Sezzjonijiet 2.7.26 sa 2.7.28 jiġbru fil-qosor l-għażliet u r-rekwiżiti għat-tqegħid tal-kontorni tal-istorbju f'meded ta' valuri ta' indiċi tal-istorbju. Jipprovdu gwida dwar il-ġenerazzjoni u l-postproċessi tal-kontorni.
2.7.3.
Il-kunċett ta' segmentazzjoni
Għal kwalunkwe inġenju tal-ajru speċifiku, id-database fiha r-relazzjonijiet bażi ta' Storbju-Potenza-Distanza (NPD). Dawn jiddefinixxu, għal titjira dritta kostanti b'veloċità ta' referenza f'kundizzjonijiet atmosferiċi ta' referenza speċifikati u f'konfigurazzjoni tat-titjira speċifikata, il-livelli tal-event ta' storbju riċevuti, kemm massimi kif ukoll integrati mal-ħin, eżatt taħt l-inġenju tal-ajru (
7
) bħala funzjoni tad-distanza. Għal finijiet ta' mmudellar tal-istorbju, il-potenza propulsiva tant importanti hija rrappreżentata minn parametru tal-potenza b'rabta mal-istorbju; il-parametru normalment użat huwa l-forza propulsiva netta kkoreġuta. Il-livelli tal-event bażi stabbiliti mid-database huma aġġustati sabiex l-ewwel nett jagħtu kont lid-differenzi bejn il-kundizzjonijiet atmosferiċi proprji (jiġifieri mmudellati) u dawk ta' referenza u (fil-każ ta' livelli ta' espożizzjoni akustika) il-veloċità tal-inġenju tal-ajru u, it-tieni, għal punti riċeventi li mhumiex eżatt taħt l-inġenju tal-ajru, id-differenzi bejn l-istorbju radjat 'l isfel u lateralment. Din l-aħħar differenza hija dovuta għad-direttività laterali (effetti tal-installazzjoni tal-magna) u l-attenwazzjoni laterali. Iżda l-livelli tal-event aġġustati hekk għadhom japplikaw biss għall-istorbju totali mill-inġenju tal-ajru f'titjira f'livell kostanti.
Is-segmentazzjoni hija l-proċess li bih il-mudell irrakkomandat tal-kontorni tal-istorbju jadatta d-dejta laterali u d-dejta NPD tar-rotta infinita sabiex jiġi kkalkolat l-istorbju li jasal għand riċevitur minn rotta tat-titjira mhux uniformi, jiġifieri waħda li matulha tvarja l-konfigurazzjoni tat-titjira tal-inġenju tal-ajru. Għall-finijiet ta' kalkolu tal-livell ta' pressjoni tal-ħoss ta' event ta' moviment tal-inġenju tal-ajru, ir-rotta tat-titjira hija rrappreżentata minn sett ta' segmenti f'linja dritta biswit xulxin, b'kull wieħed minnhom li jista' jitqies bħala parti finita ta' rotta infinita li għaliha huma magħrufin l-NPD u l-aġġustamenti laterali. Il-livell massimu tal-event huwa sempliċiment l-ikbar wieħed minn fost il-valuri tas-segmenti individwali. Il-livell integrat għall-ħin tal-event ta' storbju sħiħ huwa kkalkolat billi jingħadd l-istorbju riċevut minn numru suffiċjenti ta' segmenti, jiġifieri dawk li jagħmlu kontribuzzjoni sinifikanti għall-istorbju tal-event sħiħ.
Il-metodu biex jiġi stmat kemm jikkontribwixxi storbju segment finit wieħed għal-livell ta' event integrat huwa wieħed purament empiriku. Il-frazzjoni ta' enerġija F — l-istorbju ta' segment mogħti bħala sehem mill-istorbju totali tar-rotta infinita — hija deskritta b'espressjoni relattivament sempliċi li tippermetti d-direttività lonġitudinali tal-istorbju ta' inġenju tal-ajru u d-'dehra' tas-segment għar-riċevitur. Raġuni minnhom għaliex metodu empiriku sempliċi ġeneralment ikun adegwat hija li, bħala regola, ħafna mill-istorbju jiġi mill-eqreb segment, normalment dak biswit — li għalih l-eqreb punt ta' avviċinament (CPA) għar-riċevitur jaqa' fis-segment (mhux f'wieħed mit-truf tiegħu). Dan ifisser li l-istimi tal-istorbju minn segmenti mhux biswit jistgħu jibqgħu jiġu stmati iktar ma tikber id-distanza mir-riċevitur mingħajr ma tkun affettwata wisq il-preċiżjoni.
2.7.4.
Rotot tat-titjira: Trajjettorji u profili
Fil-kuntest ta' mmudellar, rotta tat-titjira (jew trajjettorja) hija deskrizzjoni sħiħa taċ-ċaqliqa tal-inġenju tal-ajru fl-ispazju u ż-żmien (
8
). Flimkien mal-forza propulsiva (jew parametru ieħor tal-potenza b'rabta mal-istorbju) din hija l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi kkalkolat l-istorbju ġġenerat. It-trajjettorja tal-art hija l-projjezzjoni vertikali tar-rotta tat-titjira fuq art ċatta. Dan jingħaqad flimkien mal-profil tat-titjira vertikali biex tissawwar ir-rotta tat-titjira 3-D. L-immudellar tas-segmentazzjoni jesiġi li r-rotta tat-titjira ta' kull moviment differenti tal-inġenju tal-ajru tiġi deskritta minn sensiela ta' segmenti dritti biswit xulxin. Il-mod li bih issir is-segmentazzjoni huwa stabbilit minn ħtieġa li jiġu bbilanċjati l-preċiżjoni u l-effiċjenza — hemm bżonn li r-rotta milwija reali tat-titjira tiġi stmata b'biżżejjed eżattezza filwaqt li jittaffa l-piż komputazzjonali u r-rekwiżiti tad-dejta. Kull segment irid jiġi ddefinit mill-koordinati ġeometriċi tal-punti ta' tmiem tiegħu u l-parametri ta' veloċità u potenza tal-magna assoċjati tal-inġenji tal-ajru (li fuqhom tiddependi l-emissjoni ta' storbju). Ir-rotot tat-titjira u l-potenza tal-magna jistgħu jiġu stabbiliti b'diversi modi, u fost l-iktar metodu komuni huma (a) sinteżi minn sensiela ta' stadji proċedurali u (b) analiżi tad-dejta mkejla tal-profil tat-titjira.
Is-sinteżi tar-rotta tat-titjira (a) teħtieġ għarfien dwar (jew suppożizzjonijiet għal) trajjettorji tal-art u kif jinfirxu lateralment, il-proċeduri ta' ġestjoni tal-piż, il-veloċità, il-flaps u l-forza propulsiva tal-inġenju tal-ajru, l-elevazzjoni tal-ajruport, u r-riħ u t-temperatura tal-arja. L-ekwazzjonijiet għall-kalkolu tal-profil tat-titjira mill-parametri ajrudinamiċi u ta' propulsjoni meħtieġa jingħataw fl-Appendiċi B. Kull ekwazzjoni fiha koeffiċjenti (u/jew restrizzjonijiet) li huma bbażati fuq dejta empirika għal kull tip speċifiku ta' inġenju tal-ajru. L-ekwazzjonijiet tal-prestazzjoni ajrudinamika fl-Appendiċi B jippermettu li tiġi kkunsidrata kwalunkwe taħlita raġonevoli ta' piż operattiv u proċedura tat-titjira ta' inġenju tal-ajru, inklużi operazzjonijiet b'piżijiet gross tal-qtugħ differenti.
L-analiżi tad-dejta mkejla (b), eż. mir-reġistraturi tad-dejta dwar it-titjira, ir-radar jew tagħmir ieħor li jittraċċa l-inġenji tal-ajru, tinvolvi “inġinerija b'lura”, effettivament treġġigħ lura tal-proċess ta' sinteżi (a). Minflok ma jiġu stmati l-istati tal-inġenju tal-ajru u l-impjant tal-enerġija fit-tmiem tas-segmenti tat-titjira billi jiġu integrati l-effetti tal-forza propulsiva u l-forzi ajrudinamiċi li jaġixxu fuq il-qafas tal-inġenju tal-ajru, il-forzi jiġu stmati billi ssir differenzazzjoni tal-bidliet fl-għoli u l-veloċità tal-qafas tal-inġenju tal-ajru. Il-proċeduri għall-ipproċessar tal-informazzjoni dwar ir-rotta tat-titjira huma deskritti fis-sezzjoni 2.7.12.
F'applikazzjoni finali ta' mmudellar tal-istorbju, kull titjira individwali tista' tkun, fit-teorija, irrappreżentata b'mod indipendenti; dan jiggarantixxi kunsiderazzjoni preċiża għad-dispersjoni spazjali tar-rotot tat-titjira — li tista' tkun ferm sinifikanti. Iżda biex iż-żmien għat-tħejjija u l-kompjuterizzazzjoni tad-dejta jinżammu f'limiti raġonevoli, hija prattika normali li meded ta' rotta tat-titjira jkunu rappreżentati minn għadd żgħir ta' “subtrajjettorji” spostati lateralment. (Dispersjoni vertikali normalment tkun irrappreżentata b'mod sodisfaċenti billi jingħata kont lill-effetti ta' diversi piżijiet tal-inġenju tal-ajru fuq il-profili vertikali.)
▼M6
2.7.5.
Storbju u prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru
Il-bażi tad-data tal-ANP mogħtija fl-Appendiċi I fiha l-koeffiċjenti tal-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru u tal-magni, il-profili tat-tluq u tal-avviċinament kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn l-NPD għal proporzjon sostanzjali ta’ inġenji tal-ajru ċivili li joperaw minn ajruporti tal-Unjoni Ewropea. Għal tipi jew varjanti ta’ inġenji tal-ajru li għalihom bħalissa ma hemmx data elenkata, dawn jistgħu jkunu rappreżentati l-aħjar minn data għal inġenji tal-ajru oħrajn, ġeneralment simili li huma elenkati.
Din id-data ġiet derivata biex jiġu kkalkulati l-kontorni tal-istorbju għal flotta medja jew rappreżentattiva u għal taħlita ta’ traffiku f’ajruport. Jista’ ma jkunx xieraq li wieħed jipprevedi livelli assoluti ta’ storbju ta’ mudell ta’ inġenju tal-ajru individwali u mhuwiex xieraq li wieħed iqabbel il-prestazzjoni tal-istorbju u l-karatteristiċi ta’ tipi, mudelli jew flotta speċifika ta’ inġenji tal-ajru. Minflok, biex jiġi ddeterminat liema tipi, mudelli jew flotta speċifika ta’ inġenji tal-ajru huma l-aktar kontributuri storbjużi, għandhom jiġu eżaminati ċ-ċertifikati tal-istorbju.
Il-bażi tad-data tal-ANP tinkludi profil prestabbiliti wieħed jew aktar tat-tlugħ u tal-landjar għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru elenkat. L-applikabbiltà ta’ dawn il-profili għall-ajruport taħt kunsiderazzjoni għandha tiġi eżaminata, u għandhom jiġu determinati l-profili b’punt fiss jew inkella l-passi proċedurali li jirrappreżentaw l-aħjar l-operazzjonijiet tat-titjir f’dan l-ajruport.
▼M2
2.7.6.
Operazzjonijiet tal-ajruport u tal-inġenju tal-ajru
Dejta speċifika għall-każ li minnha jiġu kkalkolati l-kontorni tal-istorbju għal xenarju ta' ajruport partikolari tinkludi din li ġejja.
Dejta ġenerali dwar l-ajruport
—
Il-punt ta' referenza tal-ajrudrom (biex sempliċiment jinstab l-ajrudrom f'koordinati ġeografiċi xierqa). Il-punt ta' referenza huwa stabbilit bħala l-oriġini tas-sistema ta' koordinati lokali Karteżjana użata mill-proċedura ta' kalkolu.
—
L-altitudni ta' referenza tal-ajrudrom (= altitudni tal-punt ta' referenza tal-ajrudrom). Din hija l-altitudni tal-pjan tal-art nominali li fuqha, fin-nuqqas ta' korrezzjonijiet topografiċi, huma ddefiniti l-kontorni tal-istorbju.
—
Il-parametri meteoroloġiċi medji fil-punt ta' referenza tal-ajrudrom jew qrib (temperatura, umdità relattiva, veloċità medja tar-riħ u direzzjoni tar-riħ).
Dejta dwar ir-runway
Għal kull runway:
—
Id-deżinjazzjoni tar-runway
—
Il-punt ta' referenza tar-runway (ċentru tar-runway mogħti f'koordinati lokali)
—
It-tul, id-direzzjoni u l-gradjent medju tar-runway
—
Il-post tal-bidu tat-tidwir u s-soll tal-landjar (
9
).
Dejta dwar it-trajjettorja tal-art
It-trajjettorji tal-art ta' inġenju tal-ajru għandhom jiġu deskritti minn sensiela ta' koordinati fil-pjan tal-art (orizzontali). Is-sors tad-dejta dwar it-trajjettorji tal-art jiddependi minn jekk hemmx disponibbli dejta rilevanti mir-radar jew le. Jekk hija disponibbli, għandhom jiġu stabbiliti trajjettorja taċ-ċentru affidabbli u subtrajjettorji xierqa assoċjati (dispersi) permezz ta' analiżi statistika tad-dejta. Jekk le, it-trajjettorji taċ-ċentru normalment jinbnew bl-informazzjoni proċedurali xierqa, eż. billi jintużaw proċeduri tat-tluq standard bl-istrumenti minn Pubblikazzjonijiet ta' Informazzjoni Ajrunawtika. Din id-deskrizzjoni konvenzjonali tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
—
Id-deżinjazzjoni tar-runway li minnha toriġina t-trajjettorja
—
Id-deskrizzjoni tal-oriġini tat-trajjettorja (bidu tat-tidwir, soll tal-landjar)
—
It-tul tas-segmenti (għal liwjiet, raġġ u bidla fid-direzzjoni)
Din l-informazzjoni hija l-minimu meħtieġ biex tiġi ddefinita t-trajjettorja ewlenija (taċ-ċentru). Iżda l-livelli ta' storbju medji kkalkolati bis-suppożizzjoni li l-inġenji tal-ajru jsegwu r-rotot nominali bl-eżatt jistgħu jkunu suxxettibbli għal żbalji lokalizzati ta' diversi deċibel. B'hekk, id-dispersjoni laterali għandha tkun irrappreżentata, u l-informazzjoni addizzjonali li ġejja hija meħtieġa:
—
Il-wisa' tal-medda (jew statistika oħra dwar id-dispersjoni) f'kull tmiem is-segment
—
L-għadd ta' subtrajjettorji
—
Id-distribuzzjoni tal-movimenti perpendikolari għat-trajjettorja taċ-ċentru
Dejta dwar it-traffiku tal-ajru
Id-dejta dwar it-traffiku tal-ajru hija
—
il-perjodu ta' żmien kopert mid-dejta u
—
l-għadd ta' movimenti (wasliet jew tluq) ta' kull tip ta' inġenju tal-ajru fuq kull trajjettorja tat-titjira, soddiviż (1) bil-ħin tal-ġurnata kif xieraq għal deskritturi speċifikati tal-istorbju, (2) għal tluq, bil-piżijiet operattivi jew it-tul ta' titjira medja, u (3), jekk ikun hemm bżonn, bil-proċeduri operattivi.
Ħafna mid-deskritturi tal-istorbju jesiġu li l-eventi (jiġifieri l-movimenti tal-inġenju tal-ajru) jiġu ddefiniti bħala valuri medji ta' kuljum tul perjodi speċifikati tal-ġurnata (eż. tul il-jum, filgħaxija u billejl) — ara s-sezzjonijiet 2.7.23 sa 2.7.25.
Dejta topografika
L-art madwar ħafna mill-ajruporti hija relattivament ċatta. Madankollu, dan mhux dejjem ikun il-każ u kultant jista' jkun hemm bżonn li jingħata kont lil varjazzjonijiet fl-elevazzjoni tal-arja b'rabta mal-elevazzjoni ta' referenza tal-ajruport. L-effett tal-elevazzjoni tal-art jista' jkun peċjalment importanti fil-viċinanza tat-trajjettorji ta' avviċinament, fejn l-inġenju tal-ajru jopera f'altitudnijiet relattivament baxxi.
Id-dejta dwar l-elevazzjoni tal-art normalment tiġi pprovduta bħala sett ta' koordinati (x,y,z) għal grilja rettangolari ta' ċertu daqs ta' xibka. Iżda l-parametri tal-grilja ta' elevazzjoni aktarx li jkunu differenti minn dawk tal-grilja użati għall-kalkolu tal-istorbju. Jekk dan huwa minnu, tista' tintuża l-interpolazzjoni lineari biex jiġu stmati l-koordinati-z xierqa f'dan tal-aħħar.
Analiżi komprensiva tal-effetti ta' art evidentement mhux ċatta fuq il-propagazzjoni ta' ħoss hija kumplessa u taqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-metodu. Art pjuttost illivellata tista' tingħata kont billi tiġi supponuta art “psewdolivell”; jiġifieri kemm sempliċiment jitgħolla jew jitniżżel il-pjan tal-art ta' livell sal-elevazzjoni tal-art lokali (fir-rigward tal-pjan tal-art ta' referenza) f'kull punt riċeventi (ara s-sezzjoni 2.7.4).
Kundizzjonijiet ta' referenza
Id-dejta internazzjonali dwar il-prestazzjoni u l-istorbju tal-inġenji tal-ajru (ANP) tiġi nnormalizzata għal kundizzjonijiet standard ta' referenza li jintużaw b'mod komuni għal studji dwar l-istorbju tal-ajruporti (ara l-Appendiċi D).
Kundizzjonijiet ta' referenza għal dejta NPD
|
1)
|
Il-pressjoni atmosferika : 101,325 kPa (1 013,25 mb)
|
|
2)
|
L-assorbiment atmosferiku : Ir-rati ta' attenwazzjoni elenkati fit-Tabella D-1 tal-Appendiċi D
|
|
3)
|
Preċipitazzjoni : Xejn
|
|
4)
|
Veloċità tar-Riħ : Inqas minn 8 m/s (15-il knot)
|
|
5)
|
Veloċità fuq l-art : 160 knot
|
|
6)
|
L-art lokali : Art ċatta u ratba ħielsa minn strutturi kbar jew oġġetti riflessivi oħrajn tul diversi kilometri ta' trajjettorji tal-art għall-inġenji tal-ajru.
|
Il-kejl standardizzat tal-ħoss tal-inġenji tal-ajru jsir 1,2m 'il fuq mis-superfiċje tal-art. Madankollu ma huwa meħtieġ li jingħata ebda kont speċjali ta' dan peress li, għall-finijiet ta' mmudellar, jista' jiġi supponut li l-livelli tal-event huma relattivament insensittivi għall-għoli tar-riċevitur (
10
).
It-tqabbil tal-livelli ta' storbju stmati u mkejlin tal-ajruporti jindikaw li d-dejta NPD tista' tiġi supponuta applikabbli meta l-kundizzjonijiet medji tas-superfiċje fil-qrib jaqgħu fi ħdan il-limiti li ġejjin:
—
It-temperatura tal-arja hija inqas minn 30 °C
—
Il-prodott tat-temperatura tal-arja (°C), u l-umdità relattiva, (perċentwali) ikun akbar minn 500
—
Il-veloċità tar-riħ hija inqas minn 8 metri fis-sekonda (15-il knot)
Huwa mifhum li dawn il-limiti jkopru l-kundizzjonijiet eżistenti fil-parti l-kbira tal-ajruporti ewlenin tad-dinja. L-Appendiċi D jipprovdi metodu għall-konverżjoni ta' dejta NPD f'kundizzjonijiet lokali medji li jaqgħu barra minnu, iżda, f'każijiet estremi, huwa ssuġġerit li jiġu kkonsultati l-manifatturi tal-ajruplani rilevanti.
Il-kundizzjonijiet ta' referenza għal dejta ajrudinamika u dwar il-magna tal-ajruplani
|
1)
|
L-Elevazzjoni tar-Runway : Il-livell medju tal-baħar
|
|
2)
|
It-temperatura tal-arja : 15 °C
|
|
3)
|
Il-piż gross tal-qtugħ : Kif iddefinit bħala funzjoni tat-tul ta' titjira medja fid-database tal-ANP
|
|
4)
|
Il-piż gross tal-landjar : 90 fil-mija tal-piż gross massimu tal-landjar
|
|
5)
|
Magni li jfornu forza propulsiva : Kollha
|
Għad li d-dejta ajrudinamika u dik dwar il-magni tal-ANP hija msejsa fuq dawn il-kundizzjonijiet, tista' tintuża kif imniżżlin fit-tabella għal elevazzjonijiet tar-runway u temperaturi medji tal-arja mhux ta' referenza fi stati tal-ECAC mingħajr ma jaffettwaw wisq il-preċiżjoni tal-kontorni kkalkolati tal-livell medju kumulattiv ta' pressjoni tal-ħoss. (ara l-Appendiċi B.)
Id-database tal-ANP tiġbor f'tabella d-dejta ajrudinamika għall-piżijiet gross tal-qtugħ u l-landjar osservati fl-entrati 3 u 4 iktar 'il fuq. Għad li, għal kalkoli tal-istorbju kumulattiv, id-dejta ajrudinamika stess ma għandhiex għalfejn tiġi aġġustata għal piżijiet gross oħrajn, il-kalkolu tal-profili tat-titjira tal-qtugħ u tal-fażi tat-tlugħ, bl-użu tal-proċeduri deskritti fl-Appendiċi B, għandu jkun imsejjes fuq il-piżijiet gross operattivi xierqa tal-qtugħ.
2.7.7.
Deskrizzjoni tar-rotta tat-titjira
Il-mudell tal-istorbju jeħtieġ li kull moviment differenti tal-inġenju tal-ajru jiġi deskritt mir-rotta tat-titjira tridimensjonali tiegħu u l-potenza tal-magna varjanti u l-veloċità tiegħu matulha. Bħala regola, moviment immudellat wieħed jirrappreżenta subsett tat-traffiku totali tal-ajruport, eż. numru ta' movimenti (supponuti) identiċi, bl-istess tip, piż u proċedura operattiva ta' inġenju tal-ajru fuq trajjettorja waħda tal-art. Dik it-trajjettorja stess tista' tkun waħda minn diversi “subtrajjettorji” dispersi użati biex tiġi mmudellata dik li fil-verità hija medda ta' trajjettorji li jsegwu rotta ddeżinjata waħda. Il-meded ta' trajjettorji tal-art, il-profili vertikali u l-parametri operattivi tal-inġenju tal-ajru kollha huma ddeterminati mid-dejta dwar ix-xenarju mdaħħla — b'rabta mad-dejta dwar l-inġenju tal-ajru mid-database tal-ANP.
Id-dejta dwar l-istorbju-potenza-distanza (fid-database tal-ANP) tiddefinixxi l-istorbju minn inġenju tal-ajru li jgħaddi minn rotot tat-titjira orizzontali idealizzati b'tul infinit b'veloċità u potenza kostanti. Sabiex din id-dejta tiġi adattata għar-rotot tat-titjira taż-żona tat-teriminali li huma kkaratterizzati minn bidliet frekwenti fil-potenza u l-veloċità, kull rotta tinqasam f'segmenti finiti f'linja dritta; imbagħad il-kontribuzzjonijiet għall-istorbju minn kull wieħed minn dawn jingħaddu flimkien fil-pożizzjoni tal-osservatur.
2.7.8.
Relazzjonijiet bejn ir-rotta tat-titjira u l-konfigurazzjoni tat-titjira
Ir-rotta tat-titjira tridimensjonali ta' moviment tal-inġenju tal-ajru tiddetermina l-aspetti ġeografiċi tar-radjazzjoni u l-propagazzjoni tal-ħoss bejn l-inġenju tal-ajru u l-osservatur. F'piż partikolari tal-inġenju tal-ajru u f'kundizzjonijiet atmosferiċi partikolari, ir-rotta tat-titjira hija kompletament irregolata mis-sekwenza tal-bidliet fil-potenza, il-flap u l-altitudni li huma applikati mill-bdot (jew sistema awtomatika ta' ġestjoni tat-titjiriet) sabiex jiġu segwiti rotot u jinżammu għoli u veloċitajiet speċifikati mill-ATC — b'konformità mal-proċeduri operattivi standard tal-operatur tal-inġenju tal-ajru. Dawn l-istruzzjonijiet u l-azzjonijiet jaqsmu r-rotta tat-titjira f'fażijiet distintivi li jsawru segmenti naturali. Fil-pjan orizzontali jinvolvu komponenti dritti, speċifikati bħala distanza sal-liwja li jmiss, u liwjiet, iddefiniti mir-raġġ u l-bidla fid-direzzjoni. Fil-fażi vertikali, is-segmenti huma ddefiniti mill-ħin u/jew id-distanza meħudin biex jinkisbu l-bidliet meħtieġa ta' veloċità 'l quddiem u/jew għoli bil-parametri speċifikati tal-potenza u l-flaps. Il-koordinati vertikali korrispondenti spiss jissejħu punti ta' profil.
Għall-immudellar tal-istorbju, l-informazzjoni dwar ir-rotta tat-titjira hija ġġenerata jew b'sinteżi minn sett ta' stadji proċedurali (jiġifieri dawk segwiti mill-bdot) jew b'analiżi tad-dejta mir-radar — kejl fiżiku tar-rotot tat-titjira li attwalment saru. Ikun xi jkun il-metodu użat, kemm il-forom orizzontali kif ukoll dawk vertikali tar-rotta tat-titjira jitnaqqsu mill-forom segmentati. Il-forma orizzontali tagħha (jiġifieri l-projjezzjoni bidimensjonali tagħha fuq l-art) hija t-trajjettorja tal-art iddefinita mit-tfassil tar-rotot li ġejjin jew sejrin. Il-forma vertikali tagħha, mogħtija mill-punti ta' profil, u l-parametri tat-titjira assoċjati li huma l-veloċità, l-angolu ta' inklinazzjoni laterali u l-parametru tal-potenza, flimkien jiddefinixxu l-profil tat-titjira li jiddependi mill-proċedura tat-titjira li normalment hija stabbilita mill-manifattur u/jew l-operatur tal-inġenju tal-ajru. Ir-rotta tat-titjira tinbena billi jingħaqad il-profil tat-titjira 2-D mat-trajjettorja tal-art 2-D biex tiġi fformata sekwenza ta' segmenti tar-rotta tat-titjira 3-D.
Ta' min ifakkar li, għal sett partikolari ta' stadji proċedurali, il-profil jiddependi mit-trajjettorja tal-art; eż. bl-istess forza propulsiva u veloċità, ir-rata tat-tlugħ tal-inġenju tal-ajru hija inqas f'liwjiet milli f'titjira dritta. Għad li din il-gwida tispjega kif din id-dipendenza għandha tiġi kkunsidrata, irid jiġi rikonoxxut li meta jsir hekk normalment ikun hemm bżonn ta' spejjeż ġenerali kbar ħafna għall-kalkoli u l-utenti jista' jkun jaqblilhom jassumu li, għal skopijiet ta' mmudellar tal-istorbju, il-profil tat-titjira u t-trajjettorja tal-art jistgħu jitqiesu bħala entitajiet indipendenti; jiġifieri li l-profil tat-tlugħ mhuwiex affettwat minn xi liwja. Madankollu, huwa importanti li jiġu stabbiliti l-bidliet fl-angolu ta' inklinazzjoni laterali meħtieġa mil-liwjiet peress li dawn ser ikollhom effett importanti fuq id-direzzjonalità tal-emissjoni tal-ħoss.
Il-ħoss riċevut minn segment tar-rotta tat-titjira jiddependi mill-ġeometrija tas-segment b'rabta mal-osservatur u l-konfigurazzjoni tat-titjira tal-inġenju tal-ajru. Iżda dawn huma marbutin ma' xulxin — bidla f'wieħed tikkaġuna bidla fl-oħra u hemm bżonn li jiġi żgurat li, fil-punti kollha tul ir-rotta, il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru tibqa' konsistenti mal-moviment tiegħu tul ir-rotta.
F'sinteżi tar-rotta tat-titjira, jiġifieri meta tinbena rotta tat-titjira minn sett ta' “stadji proċedurali” li jiddeskrivu l-għażliet tal-bdot għall-potenza tal-magna, l-angolu tal-flap u l-veloċità ta' aċċelerazzjoni/vertikali, irid jiġi kkalkolat iċ-ċaqliq. F'analiżi tar-rotta tat-titjira, isir l-oppost: il-parametri tal-potenza tal-magna jridu jiġu stmati miċ-ċaqliq osservat tal-ajruplan — kif stabbilit mid-dejta mir-radar, jew kultant, fi studji speċjali, minn dejta tar-reġistratur tat-titjira tal-inġenju tal-ajru (għad li fl-aħħar każ, il-potenza tal-magna normalment tkun parti mid-dejta). Fi kwalunkwe każ, il-koordinati u l-parametri tat-titjira f'kull punt ta' tmiem tas-segmenti jridu jiddaħħlu fil-kalkolu tal-istorbju.
L-Appendiċi B jippreżenta l-ekwazzjonijiet li jorbtu l-forzi li jaġixxu fuq inġenju tal-ajru u ċ-ċaqliq tiegħu u jispjega kif inhuma solvuti billi jiddefinixxi l-proprejtajiet tas-segmenti li jsawru r-rotot tat-titjira. It-tipi differenti ta' segmenti (u s-sezzjonijiet tal-Appendiċi B li jkopruhom) huma t-tidwir fuq l-art għall-qtugħ (B5), it-tlugħ b'veloċità kostanti (B6), it-trażżin tal-potenza (B7), it-tlugħ tal-aċċelerazzjoni u l-għeluq tal-flaps (B8), l-aċċelerazzjoni matul it-tlugħ wara għeluq tal-flaps (B9), l-inżul u d-deċelerazzjoni (B10) u l-avviċinament għal-landjar finali (B11).
Bilfors li l-immudellar prattiku jinvolvi gradi li jvarjaw ta' simplifikazzjoni — ir-rekwiżit għal dan jiddependi fuq l-għamla tal-applikazzjoni, l-importanza tar-riżultati u r-riżorsi disponibbli. Suppożizzjoni simplifikanti ġenerali, anki fl-iktar applikazzjonijiet elaborati, hija li meta jingħata kont lid-dispersjoni tat-trajjettorja tat-titjira, il-profili tat-titjira u l-konfigurazzjonijiet fis-subtrajjettorji kollha huma l-istess bħal dawk fit-trajjettorja taċ-ċentru. Tal-inqas iridu jintużaw 6 subtrajjettorji (ara s-sezzjoni 2.7.11) peress li dan inaqqas il-kalkoli bil-bosta filwaqt li jkun hemm biss telf ferm żgħir fir-reqqa.
2.7.9.
Sorsi tad-dejta dwar ir-rotta tat-titjira
Dejta mir-radar
Għalkemm ir-reġistraturi tad-dejta tat-titjiriet tal-inġenji tal-ajru jistgħu jrendu dejta ta' kwalità għolja ħafna, dawn diffiċilment jinkisbu għal skopijiet ta' mmudellar tal-istorbju u d-dejta mir-radar għandha titqies bħala l-iktar sors ta' informazzjoni faċilment aċċessibbli fuq ir-rotot tat-titjira proprji mtajrin fl-ajruporti (
11
). Peress li normalment tkun disponibbli minn sistemi ta' monitoraġġ tal-istorbju u r-rotot tat-titjira tal-ajruporti, issa saret tintuża dejjem iktar għal finijiet ta' mmudellar tal-istorbju.
Ir-radar ta' sorveljanza sekondarju jippreżenta r-rotta tat-titjira ta' inġenju tal-ajru bħala sekwenza ta' koordinati pożizzjonali f'intervalli li jilħqu l-perjodu ta' rotazzjoni tal-iskanner tar-radar, normalment madwar 4 sekondi. Il-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru fuq l-art hija stabbilita f'koordinati polari — medda u ażimut — mir-ritorn tar-radar rifless (għad li s-sistema ta' monitoraġġ normalment tibdilhom f'koordinati Karteżjani); l-għoli (
12
) tiegħu jitkejjel bl-altimetru tal-ajruplan stess u jintbagħat lill-kompjuter tal-ATC bi transponder attivat mir-radar. Iżda l-iżbalji pożizzjonali inerenti minħabba interferenza mir-raġġ u riżoluzzjoni limitata tad-dejta huma sinifikanti (għad li ma huma tal-ebda konsegwenza għall-finijiet maħsubin ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru). B'hekk, jekk hemm bżonn tar-rotta tat-titjira ta' moviment speċifiku tal-inġenju tal-ajru, huwa meħtieġ li d-dejta tiġi rfinata billi tintuża teknika xierqa ta' dħul ta' kurva. Madankollu, għall-finijiet ta' mmudellar tal-istorbju, ir-rekwiżit tipiku huwa ta' deskrizzjoni statistika ta' medda ta' rotot tat-titjira; eż. għall-movimenti kollha fuq rotta jew għal dawk ta' tip speċifiku ta' inġenju tal-ajru biss. Hawnhekk, l-iżbalji fil-kejl assoċjati mal-istatistika rilevanti jistgħu jitnaqqsu sa livell insinifikanti mill-proċessi ta' sejbien tal-medja.
Stadji proċedurali
F'ħafna każijiet mhuwiex possibbli li jiġu mmudellati r-rotot tat-titjira fuq il-bażi ta' dejta mir-radar — minħabba li r-riżorsi meħtieġa mhumiex disponibbli jew minħabba li x-xenarju huwa wieħed fil-ġejjieni li għalih ma hemm ebda dejta mir-radar rilevanti.
Fin-nuqqas ta' dejta mir-radar, jew meta l-użu tagħha ma jkunx xieraq, hemm bżonn li r-rotot tat-titjira jiġu stmati fuq il-bażi tal-materjal ta' gwida operattiva, pereżempju struzzjonijiet mogħtijin lill-ekwipaġġi tat-titjira permezz ta' AIPs u manwali operattivi tal-inġenji tal-ajru — hawnhekk imsejħin stadji proċedurali. Wieħed għandu jitlob parir dwar l-interpretar ta' dan il-materjal mingħand l-awtoritajiet ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru meta jkun hemm bżonn.
2.7.10.
Sistemi ta' koordinati
Is-sistema lokali ta' koordinati
Is-sistema lokali ta' koordinati (x,y,z) hija waħda Karteżjana u għandha l-oriġini tagħha (0,0,0) fil-punt ta' referenza tal-ajrudrom (XARP,YARP,ZARP
), fejn ZARP
hija l-altitudni ta' referenza tal-ajruport u z = 0 tiddefinixxi l-pjan tal-art nominali li fuqu normalment jiġu kkalkolati l-kontorni. Id-direzzjoni tal-inġenju tal-ajru ξ fil-pjan xy hija mkejla favur l-arloġġ mit-tramuntana manjetika (ara l-Figura 2.7.b). Il-postijiet kollha tal-osservaturi, il-grilja ta' kalkolu bażika u l-punti ta' kontorn tal-istorbju jingħataw f'koordinati lokali (
13
).
Figura 2.7.b
Sistema lokali ta' koordinati (x,y,z) u koordinat s fiss tat-trajjettorji tal-art
[EUR-Lex]
Is-sistema ta' koordinati fissi tat-trajjettorjital-art
Dan il-koordinat huwa speċifiku għal trajjettorja tal-art u jirrappreżenta d-distanza s imkejla tul it-trajjettorja fid-direzzjoni tat-titjira. Għal trajjettorji tat-tluq s titkejjel mill-bidu tat-tidwir, għal trajjettorji ta' avviċinament mis-soll tal-landjar. B'hekk s issir negattiva f'żoni
—
wara l-bidu tat-tidwir għal-landjar u
—
qabel il-qsim tas-soll tal-landjar tar-runway għal avviċinamenti.
Parametri operattivi tat-titjira bħall-għoli, il-veloċità u l-parametru tal-potenza huma espressi bħala funzjonijiet ta' s.
Is-sistema ta' koordinati fuq l-inġenji tal-ajru
Is-sistema ta' koordinati Karteżjani fissa fuq l-inġenji tal-ajru (x′,y′,z′) għandha l-orġini tagħha fil-post proprju tal-inġenju tal-ajru. Is-sistema tal-assi hija ddefinita mill-angolu tat-tlugħ γ, id-direzzjoni tat-titjira ξ u l-angolu ta' inklinazzjoni laterali ε (ara l-Figura 2.7.c).
Figura 2.7.c
Sistema ta' koordinati fissa fuq l-inġenji tal-ajru (x′,y′,z′)
[EUR-Lex]
Kunsiderazzjoni tat-topografija
F'każijiet li fihom irid jingħata kont lit-topografija (ara s-sezzjoni 2.7.6), il-koordinat tal-għoli tal-inġenju tal-ajru z irid jiġi sostitwit ma' z′ = z – zo
(fejn zo
hija l-koordinat z tal-post tal-osservatur O) meta tiġi stmata d-distanza ta' propagazzjoni d. Il-ġeometrija bejn l-inġenju tal-ajru u l-osservatur tintwera fil-Figura 2.7.d. Għad-definizzjonijiet ta' d u ara s-sezzjonijiet 2.7.14 sa 2.7.19 (
14
).
Figura 2.7.d
Elevazzjoni tal-art tul (xellug) u laterali (lemin) għat-trajjettorja tal-art.
(Il-pjan tal-art nominali z = 0 jgħaddi mill-punt ta' referenza tal-ajrudrom. O huwa post l-osservatur.)
[EUR-Lex]
2.7.11.
Trajjettorji tal-art
Trajjettorji taċ-ċentru
It-trajjettorja taċ-ċentru tiddefinixxi ċ-ċentru tal-medda ta' trajjettorji segwiti mill-inġenju tal-ajru billi tintuża tifsila partikolari tar-rotot. Għall-fini ta' mmudellar tal-istorbju ta' inġenju tal-ajru hija ddefinita jew (i) permezz ta' dejta operattiva preskrittiva bħall-istruzzjonijiet mogħtijin lil bdoti fl-AIPs, jew inkella (ii) permezz ta' analiżi statistika tad-dejta mir-radar kif spjegat fis-sezzjoni 2.7.9 — meta din tkun disponibbli u xierqa għall-ħtiġijiet tal-istudju ta' mmudellar. It-tiswir tat-trajjettorja mill-istruzzjonijiet operattivi normalment ikun kemxejn sempliċi peress li dawn jistabbilixxu sekwenza ta' taqsimiet li huma jew dritti — iddefiniti mit-tul u d-direzzjoni, jew arkati ċirkolari ddefiniti mir-rata tal-liwja u l-bidla fid-direzzjoni; ara l-Figura 2.7.e għal illustrazzjoni.
Figura 2.7.e
Ġeometrija tat-trajjettorja tal-art f'termini ta' liwjiet u segmenti dritti
[EUR-Lex]
It-tqabbil ta' trajjettorja taċ-ċentru ma' dejta mir-radar huwa iktar kumpless, l-ewwel nett għaliex il-liwjiet proprji jsiru b'rata varjabbli u t-tieni għaliex il-linja tagħha titgħatta mit-tifrix tad-dejta. Kif spjegat, għandhom ma ġewx żviluppati proċeduri formalizzati u hija prattika komuni li s-segmenti, dritti u bil-kurvi, jitqabblu mal-pożizzjonijiet medji kkalkolati minn kontrosezzjonijiet tat-trajjettorji tar-radar f'intervalli tul ir-rotta. Fil-ġejjieni aktarx li jiġu żviluppati algoritmi tal-kompjuter biex iwettqu dan il-kompitu iżda, għalissa, huwa f'idejn il-mudellatur li jiddeċiedi kif jisfrutta d-dejta disponibbli bl-aħjar mod. Fattur importanti huwa li l-veloċità tal-inġenju tal-ajru u r-raġġ tal-liwja jiddettaw l-angolu ta' inklinazzjoni laterali u, kif ser jidher fis-sezzjoni 2.7.19, in-nonsimmetriji tar-radjazzjoni tal-ħoss madwar ir-rotta tat-titjira jirregolaw l-istorbju fuq l-art, kif ukoll il-pożizzjoni tar-rotta tat-titjira stess.
Fit-teorija, tranżizzjoni mingħajr intoppi minn titjira dritta għal liwja b'raġġ fiss teħtieġ applikazzjoni istantanja tal-angolu ta' inklinazzjoni laterali ε, li huwa fiżikament impossibbli. Fir-realtà, hemm bżonn ta' ħin finit sabiex l-angolu ta' inklinazzjoni laterali jilħaq il-valur meħtieġ biex tinżamm veloċità speċifikata u raġġ tal-liwja r, li matulha r-raġġ tal-liwja jiddejjaq minn infinità għal r. Għal skopijiet ta' mmudellar, it-transizzjoni tar-raġġ tista' tiġi injorata u jista' jiġi supponut li l-angolu ta' inklinazzjoni laterali jiżdied b'mod kostanti minn żero (jew valur inizjali ieħor) għal ε fil-bidu tal-liwja u jkun il-valur li jmiss ta' ε fi tmiem il-liwja (
15
).
▼M6
Dispersjoni laterali tat-trajettorja
▼M2
Meta dan ikun possibbli, id-definizzjonijiet ta' dispersjoni laterali u subtrajjettorji rappreżentattivi għandhom ikunu msejsin fuq l-esperjenza rilevanti fl-imgħoddi mill-ajruport studjat; normalment permezz ta' analiżi tal-kampjuni tad-dejta mir-radar. L-ewwel stadju huwa li d-dejta tinġabar fi grupp skont ir-rotta. It-trajjettorji tat-tluq huma kkaratterizzati minn dispersjoni laterali sostanzjali li trid tiġi kkunsidrata għall-immudellar preċiż. Normalment, ir-rotot tal-wasla jinġabru f'medda ferm dejqa madwar il-passaġġ tal-avviċinament finali u normalment ikun biżżejjed li l-wasliet kollha jkunu rrappreżentati minn trajjettorja waħda. Iżda jekk il-meded ta' avviċinament ikunu wisgħin fi ħdan ir-reġjun tal-kontorni tal-istorbju, jaf ikollhom bżonn ikunu rrappreżentati minn subtrajjettorji bl-istess mod bħar-rotot tat-tluq.
Hija prattika komuni li dejta għal rotta waħda titqies bħala kampjun minn popolazzjoni waħda; jiġifieri li tkun irrappreżentata minn trajjettorja taċ-ċentru waħda u sett wieħed ta' subtrajjettorji dispersi. Madankollu, jekk spezzjoni tindika li d-dejta għal kategoriji differenti ta' inġenji tal-ajru jew operazzjonijiet tvarja sew (eż. jekk inġenji tal-ajru kbar u żgħar ikollhom raġġi tal-liwja ferm differenti), jaf ikun aħjar li d-dejta tkompli titqassam f'meded differenti. Għal kull medda, id-dispersjonijiet tat-trajjettorji laterali huma stabbiliti bħala funzjoni ta' distanza mill-oriġini; imbagħad il-movimenti jitqassmu bejn trajjettorja taċ-ċentru u numru xieraq ta' subtrajjettorji dispersi fuq il-bażi tal-istatistiki dwar id-distribuzzjoni.
Peress li normalment ma tkunx idea tajba li jiġu injorati l-effetti tad-dispersjoni tat-trajjettorji, fin-nuqqas ta' dejta dwar il-medda mkejla, firxa laterali nominali tul u perpendikolari għat-trajjettorja taċ-ċentru għandha tiġi ddefinita permezz ta' funzjoni ta' distribuzzjoni konvenzjonali. Il-valuri kkalkolati tal-indiċijiet tal-istorbju mhumiex partikolarment sensittivi għall-forma preċiża tad-distribuzzjoni laterali: id-Distribuzzjoni Normali (Gaussjana) tipprovdi deskrizzjoni adegwata ta' ħafna meded imkejlin bir-radar.
Is-soltu tintuża approssimazzjoni diskreta ta' 7 punti (jiġifieri li tirrappreżenta d-dispersjoni laterali b'6 subtrajjettorji bi spazju indaqs madwar it-trajjettorja taċ-ċentru). L-ispazjar tas-subtrajjettorji jiddependi mid-devjazzjoni standard tal-funzjoni ta' dispersjoni laterali.
Għal trajjettorji b'distribuzzjoni normali b'devjazzjoni standard S, 98,8 % tat-trajjettorji jinsabu f'kuritur b'limiti li jinsabu fi ± 2,5 × S. It-Tabella 2.7.a tagħti l-ispazjar tas-sitt subtrajjettorji u l-perċentwal tal-movimenti totali assenjati lil kull waħda. L-Appendiċi C jagħti valuri għal numri oħrajn ta' subtrajjettorji.
Tabella 2.7.a
Perċentwali ta' movimenti għal funzjoni ta' distribuzzjoni normali b'devjazzjoni standard S għal 7 subtrajjettorji (it-trajjettorja taċ-ċentru hija s-subtrajjettorja 1)
|
Numru tas-subtrajjettorja
|
Pożizzjoni tas-subtrajjettorja
|
Perċentwal tal-movimenti fuq is-subtrajjettorja
|
|
7
|
– 2,14 · S
|
3 %
|
|
5
|
– 1,43· S
|
11 %
|
|
3
|
– 0,71 · S
|
22 %
|
|
1
|
0
|
28 %
|
|
2
|
0,71 · S
|
22 %
|
|
4
|
1,43 · S
|
11 %
|
|
6
|
2,14 · S
|
3 %
|
Id-devjazzjoni standard S hija funzjoni tal-koordinat s tul it-trajjettorja taċ-ċentru. Tista' tiġi speċifikata — flimkien mad-deskrizzjoni tat-trajjettorja taċ-ċentru — fl-iskeda teknika tat-trajjettorji tat-titjira murija fl-Appendiċi A3. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe indikatur tad-devjazzjoni standard — eż. minn dejta mir-radar li tiddeskrivi trajjettorji tat-titjira paragunabbli — huma rrakkomandati l-valuri li ġejjin:
Għal trajjettorji li jinvolvu liwjiet ta' inqas minn 45 grad:
|
S(s) = 0,055 · s – 150
|
għal2 700 m ≤ s ≤ 30 000 m
|
(2.7.1)
|
|
S(s) = 1 500
|
għal s > 30 000 m
|
Għal trajjettorji li jinvolvu liwjiet ta' iktar minn 45 grad:
|
S(s) = 0,128 · s – 420
|
għal3 300 m ≤ s ≤ 15 000 m
|
(2.7.2)
|
|
S(s) = 1 500 m
|
għal s > 15 000 m
|
Għal raġunijiet prattiċi, S(s) hija meqjusa żero bejn il-bidu tat-tidwir u s = 2 700 m jew = 3 300 m skont l-ammont tal-liwja. Rotot li jinvolvu iktar minn liwja waħda għandhom jiġu ttrattati skont l-ekwazzjoni (2.7.2). Għal wasliet, id-dispersjoni laterali tista' tiġi injorata fi ħdan 6 000 m mit-touchdown.
2.7.12.
Profili tat-titjira
Il-profil tat-titjira huwa deskrizzjoni taċ-ċaqliq tal-inġenju tal-ajru fil-pjan vertikali fuq it-trajjettorja tal-art, f'termini tal-pożizzjoni, il-veloċità, l-angolu ta' inklinazzjoni laterali u l-parametru tal-potenza tal-magna tiegħu. Wieħed mill-iktar kompiti importanti li jaffaċċja l-utent tal-mudell huwa dak ta' definizzjoni tal-profili tat-titjira tal-inġenji tal-ajru li tissodisfa b'mod adegwat ir-rekwiżiti tal-applikazzjoni ta' mmudellar — b'mod effiċjenti, mingħajr konsum ta' żmien u riżorsi żejda. Naturalment, biex tinkiseb preċiżjoni kbira, il-profili jridu jirriflettu mill-qrib l-operazzjonijiet tal-inġenju tal-ajru li huma maħsubin li jirrappreżentaw. Dan jeħtieġ informazzjoni affidabbli fuq il-kundizzjonijiet atmosferiċi, it-tipi ta' inġenji tal-ajru u l-varjanti, il-piżijiet operattivi u l-proċeduri operattivi — il-varjazzjonijiet fil-parametru tal-forza propulsiva u tal-flaps u l-kompromessi bejn il-bidliet fl-għoli u l-veloċità — kollha b'medji xierqa tul il-perjodu/i ta' żmien ta' interess. Spiss ma tkunx disponibbli informazzjoni tant dettaljata, iżda dan mhux bilfors ikun ta' xkiel; anki jekk tkun disponibbli, il-mudellatur għandu jiġġudika biex jibbilanċja l-perċiżjoni u d-dettall tal-informazzjoni mdaħħla mal-ħtiġijiet għall-eżiti tal-kontorni u l-użu tagħhom.
Is-sinteżi tal-profili tat-titjira minn “stadji proċedurali” miksuba mid-database tal-ANP jew minn operaturi tal-inġenji tal-ajru hija deskritta fis-sezzjoni 2.7.13 u l-Appendiċi B. Dak il-proċess, normalment l-unika għażla miftuħa għall-mudellatur meta ma jkun hemm ebda dejta mir-radar disponibbli, jipprovdi kemm il-ġeometrija tar-rotta tat-titjira kif ukoll il-varjazzjonijiet assoċjati fil-veloċità u l-forza propulsiva. Normalment wieħed jissoponi li l-inġenji tal-ajru (simili) kollha f'medda, kemm jekk assenjati għat-trajjettorja taċ-ċentru jew is-subtrajjettorji dispersi, isegwu l-profil tat-trajjettorja taċ-ċentru.
Minbarra d-database tal-ANP, li tipprovdi informazzjoni prestabbilita fuq l-istadji proċedurali, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru huma l-aħjar sors ta' informazzjoni affidabbli, jiġifieri l-proċeduri li jużaw u l-piżijiet tipiċi tat-titjiriet. Għal titjiriet individwali, is-sors “prim” huwa r-reġistratur tad-dejta tat-titjiriet tal-inġenji tal-ajru (FDR) li minnu tista' tinkiseb l-informazzjoni rilevanti kollha. Iżda anki jekk it-tali dejta tkun disponibbli, il-ħidma ta' prepproċessar hija qawwija. B'hekk, u skont l-eżiġenzi ekonomiċi tal-immudellar, is-soluzzjoni prattika normali hija li jsiru suppożizzjonijiet informati dwar il-piżijiet medji u l-proċeduri operattivi.
Wieħed irid ikun kawt qabel jadotta l-istadji proċedurali prestabbiliti pprovduti fid-database tal-ANP (normalment supponuti meta l-proċeduri proprji ma jkunux magħrufin). Dawn huma proċeduri standardizzati li huma segwiti ħafna iżda li jaf jintużaw jew le mill-operaturi f'każijiet partikolari. Fattur importanti huwa d-definizzjoni tal-forza propulsiva tal-qtugħ (u kultant it-tlugħ) li tista' tiddependi sa ċertu punt fuq iċ-ċirkustanzi prevalenti. B'mod partikolari, hija prattika komuni li jitnaqqsu l-livelli tal-forza propulsiva matul it-tluq (mill-massimu disponibbli) sabiex tittawwal il-ħajja tal-magna. L-Appendiċi B tagħti gwida dwar ir-rappreżentazzjoni tal-prattika tipika; ġeneralment din ser tipproduċi kontorni iktar realistiċi meta mqabbla ma' suppożizzjoni tal-forza propulsiva sħiħa. Madankollu, jekk, pereżempju, ir-runways huma qosra u/jew it-temperaturi medji tal-arja huma għoljin, aktarx li l-forza propulsiva ser tkun suppożizzjoni iktar realistika.
Meta jiġu mmudellati xenarji reali, wieħed jista' jikseb aktar preċiżjoni billi juża dejta mir-radar sabiex din tissupplimenta jew tieħu post din l-informazzjoni nominali. Il-profili tat-titjira jistgħu jiġu stabbiliti mid-dejta mir-radar b'mod simili bħat-trajjettorji taċ-ċentru laterali — iżda biss wara s-segregazzjoni tat-traffiku skont it-tip ta' inġenju tal-ajru u l-varjant u kultant skont il-piż jew it-tul tat-titjira medja (iżda mhux skont id-dispersjoni) — sabiex għal kull subgrupp jinħareġ profil medju tal-għoli u l-veloċità kontra d-distanza vvjaġġata fuq l-art. Mill-ġdid, meta mbagħad jingħaqad mat-trajjettorji tal-art, dan il-profil uniku normalment jiġi assenjat għat-trajjettorja taċ-ċentru u s-subtrajjettorji wkoll.
Jekk ikun magħruf il-piż tal-inġenju tal-ajru, il-varjazzjoni fil-veloċità u l-forza propulsiva tista' tiġi kkalkolata permezz ta' soluzzjoni pass, pass tal-ekwazzjonijiet taċ-ċaqliq. Qabel isir hekk ikun siewi li d-dejta tiġi pproċessata minn qabel sabiex jonqsu l-effetti ta' żbalji tar-radar li jistgħu jrendu l-istimi tal-aċċelerazzjoni inaffidabbli. L-ewwel pass f'kull każ huwa li jerġa' jiġi ddefinit il-profil billi jiddaħħlu segmenti f'linja dritta sabiex jirrappreżentaw l-istadji rilevanti tat-titjira; b'kull segment li jiġi kklassifikat kif xieraq; jiġifieri bħala tidwir fuq l-art, it-tlugħ jew l-inżul b'veloċità kostanti, it-trażżin tal-forza propulsiva, jew l-aċċelerazzjoni/id-deċelerazzjoni b'bidla fil-flaps jew mingħajr. Il-piż tal-inġenju tal-ajru u l-istat tal-atmosfera jeħtieġu li jiddaħħlu wkoll.
▼M6
Sors ta’ storbju minn inġenju tal-ajru jenħtieġ li jiddaħħal f’għoli minimu ta’ 1,0 m (3,3 pied) ’il fuq mil-livell tal-ajrudrom, jew ’il fuq mil-livelli ta’ elevazzjoni tat-terren tar-runway, skont kif rilevanti.
▼M2
Is-sezzjoni 2.7.11 tagħmilha ċara li jrid jiġi żgurat li jingħata kont lid-dispersjoni laterali tat-trajjettorji tat-titjira matul rotot taċ-ċentru jew nominali. Il-kampjuni tad-dejta mir-radar huma kkaratterizzati minn dispersjonijiet simili tar-rotot tat-titjira fil-pjan vertikali. Madankollu, mhijiex prattika normali li d-dispersjoni vertikali tiġi mmudellata bħala varjabbli indipendenti; normalment tirriżulta minħabba differenzi fil-piżijiet u l-proċeduri operattivi tal-inġenji tal-ajru li jittieħdu f'kunsiderazzjoni meta tiġi pproċessata minn qabel id-dejta dwar it-traffiku mdaħħla.
▼M6
2.7.13.
Tiswir tas-segmenti tat-trajettorja tat-titjira
Kull trajettorja tat-titjira trid tiġi definita minn sett ta’ koordinati tas-segmenti (nodi) u parametri tat-titjira. Il-punt tal-bidu jingħata sabiex jiġu stabbiliti l-koordinati tas-segmenti tat-trajettorja tal-art. Imbagħad jiġi kkalkulat il-profil tat-titjira, filwaqt li ta’ min ifakkar li għal sett partikolari ta’ passi proċedurali, il-profil jiddependi mit-trajettorja tal-art; eż. bl-istess forza propulsiva u veloċità, ir-rata tat-tlugħ tal-inġenju tal-ajru hija inqas f’liwjiet milli f’titjira dritta. L-Imbagħad issir subsegmentazzjoni għall-inġenju tal-ajru fuq ir-runway (tidwir fuq l-art għall-qtugħ jew għal-landjar), u għall-inġenju tal-ajru qrib ir-runway (tlugħ inizjali jew avviċinament finali). Imbagħad jenħtieġ li ssir subsegmentazzjoni tas-segmenti fl-ajru b’veloċitajiet ferm differenti fil-punti tat-tluq u tat-tmiem tagħhom. Il-koordinati bidimensjonali tas-segmenti tat-trajettorja tal-art (
16
) jiġu determinati u magħquda mal-profil bidimensjonali tat-titjira sabiex jiġu determinati s-segmenti tridimensjonali tat-trajettorja tat-titjira. Fl-aħħar nett, punti tat-trajettorja tat-titjira li jkunu qrib wisq ta’ xulxin jitneħħew.
Profil tat-titjira
Il-parametri li jiddeskrivu kull segment tal-profil tat-titjira fil-bidu (suffiss 1) u fit-tmiem (suffiss 2) tas-segment huma:
|
s1, s2
|
id-distanza tul it-trajettorja tal-art,
|
|
z1, z2
|
l-għoli tal-ajruplan,
|
|
V1
, V2
|
il-veloċità fuq l-art,
|
|
P1
, P2
|
il-parametru tal-potenza b’rabta mal-istorbju (li jaqbel ma’ dak li għalih huma ddefiniti l-kurvi tal-NPD), u
|
|
ε1, ε 2
|
l-angolu ta’ inklinazzjoni laterali.
|
Biex jinbena profil tat-titjira minn sett ta’ passi proċedurali (sinteżi tar-rotta tat-titjira), is-segmenti jinbnew f’sekwenza biex jinkisbu l-kundizzjonijiet meħtieġa fil-punti tat-tmiem. Il-parametri tal-punt tat-tmiem għal kull segment isiru l-parametri tal-punt tal-bidu għas-segment li jmiss. Fi kwalunkwe kalkolu tas-segment, il-parametri jkunu magħrufin mill-bidu; il-kundizzjonijiet meħtieġa fit-tmiem huma speċifikati mill-passi proċedurali. Il-passi nfushom huma definiti jew mill-elementi prestabbiliti tal-ANP jew mill-utent (eż. minn manwali tat-titjir tal-inġenju tal-ajru). Il-kundizzjonijiet tat-tmiem normalment ikunu l-għoli u l-veloċità; il-kompitu ta’ bini tal-profil huwa biex tiġi determinata d-distanza tat-trajettorja koperta fl-ilħuq ta’ dawk il-kundizzjonijiet. Il-parametri mhux definiti jiġu determinati bil-kalkoli tal-prestazzjoni tat-titjira deskritti fl-Appendiċi B.
Jekk it-trajettorja tal-art tkun dritta, il-punti ta’ profil u l-parametri tat-titjira assoċjati jistgħu jiġu determinati indipendentement mit-trajettorja tal-art (l-angolu ta’ inklinazzjoni laterali huwa dejjem żero). Madankollu, it-trajettorji tal-art rari jkunu dritti; normalment jinkorporaw liwjiet u, sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati, dawn għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi determinat profil tat-titjira bidimensjonali, billi meta jkun hemm bżonn is-segmenti tal-profil jinqasmu f’nodi tat-trajettorja tal-art biex jiddaħħlu l-bidliet fl-angolu ta’ inklinazzjoni laterali. Bħala regola, it-tul tas-segment li jmiss ma jkunx magħruf mill-bidu nett u jiġi kkalkulat b’mod provviżorju bis-suppożizzjoni li ma jkunx hemm tibdil fl-angolu ta’ inklinazzjoni laterali. Jekk imbagħad jinstab li s-segment provviżorju jestendi tul nodu wieħed jew iktar tat-trajettorja tal-art, bl-ewwel wieħed f’s, jiġifieri s1
< s < s2
, is-segment jiġi tronkat f’s, u l-parametri hemmhekk jiġu kkalkulati permezz ta’ interpolazzjoni (ara aktar ’l isfel). Dawn isiru l-parametri tal-punt tat-tmiem tas-segment attwali u l-parametri tal-punt tal-bidu ta’ segment ġdid - li xorta jkollu l-istess kundizzjonijiet tat-tmiem fil-mira. Jekk ma jkunx hemm nodu ta’ intervent tat-trajettorja tal-art is-segment provviżorju jiġi kkonfermat.
Jekk l-effetti tal-liwjiet fuq il-profil tat-titjira jkollhom jiġu injorati, tiġi adottata s-soluzzjoni ta’ segment uniku f’titjira dritta għalkemm l-informazzjoni dwar l-angolu ta’ inklinazzjoni laterali tinżamm għal użu sussegwenti.
Kemm jekk l-effetti tal-liwja jiġu mmudellati bis-sħiħ kif ukoll jekk le, kull trajettorja tat-titjira tridimensjonali tiġi ġġenerata permezz tal-amalgamazzjoni tal-profil tat-titjira bidimensjonali tagħha mat-trajettorja tal-art bidimensjonali tagħha. Ir-riżultat huwa sekwenza ta’ settijiet ta’ koordinati (x,y,z), li kull wieħed huwa jew nodu tat-trajettorja tal-art segmentata, nodu tal-profil tat-titjira jew it-tnejn li huma, u l-punti ta’ profil jkunu akkumpanjati mill-valuri tal-għoli korrispondenti z, il-veloċità fuq l-art V, l-angolu ta’ inklinazzjoni laterali ε u l-potenza tal-magna P. Għal punt fuq trajettorja (x,y) li jaqa’ bejn il-punti tat-tmiem ta’ segment ta’ profil tat-titjira, il-parametri tat-titjira jiġu interpolati kif ġej:
|
z = z1 + f ·(z2 – z1)
|
(2.7.3)
|
|
[EUR-Lex]
|
(2.7.4)
|
|
ε = ε1 + f · (ε2 - ε1)
|
(2.7.5)
|
|
[EUR-Lex]
|
(2.7.6)
|
fejn
|
f = (s - s1)/(s2 - s1)
|
(2.7.7)
|
Għandu jiġi nnotat illi filwaqt li huwa preżunt li z u ε ivarjaw b’mod lineari mad-distanza, huwa preżunt li V u P ivarjaw b’mod lineari maż-żmien (jiġifieri aċċellerazzjoni kostanti (
17
)).
Meta s-segmenti tal-profil tat-titjira jitqabblu mad-data mir-radar (analiżi tat-trajettorja tat-titjira) id-distanzi, l-għoli, il-veloċitajiet u l-angoli ta’ inklinazzjoni laterali tal-punt tat-tmiem jiġu determinati direttament mid-data; huma biss il-parametri tal-potenza li jridu jiġu kkalkulati billi jintużaw l-ekwazzjonijiet tal-prestazzjoni. Peress li l-koordinati tat-trajettorja tal-art u tal-profil tat-titjira jistgħu jitqabblu kif xieraq ukoll, normalment dan ikun pjuttost sempliċi.
Tidwir fuq l-art għall-qtugħ
Waqt li jkun qed jinqata’ mill-art, meta inġenju tal-ajru jaċċellera bejn il-punt ta’ rilaxx tal-brejkijiet (magħruf ukoll bħala l-Bidu tat-Tidwir SOR) u l-punt tal-qtugħ mill-art, il-veloċità tinbidel b’mod drammatiku tul distanza ta’ 1 500 sa 2 500 m, minn żero għal bejn madwar 80 u 100 m/s.
B’hekk, it-tidwir għall-qtugħ jinqasam f’segmenti b’tulijiet varjabbli li matulhom il-veloċità tal-inġenju tal-ajru tinbidel b’inkrement speċifiku ΔV ta’ mhux aktar minn 10 m/s (madwar 20kt). Għalkemm fil-fatt tvarja matul it-tidwir għall-qtugħ, suppożizzjoni ta’ aċċellerazzjoni kostanti hija adegwata għal dan il-għan. F’dan il-każ, għall-fażi tal-qtugħ, V1 hija l-veloċità inizjali, V2 hija l-veloċità tal-qtugħ, nTO hija l-għadd ta’ segmenti tal-qtugħ u sTO hija d-distanza tal-qtugħ ekwivalenti. Għal distanza tal-qtugħ ekwivalenti sTO
(ara l-Appendiċi B) u l-veloċità tal-qtugħ V1 u l-veloċità tal-qtugħ VTO
, l-għadd nTO
ta’ segmenti għat-tidwir fuq l-art huwa
|
nTO
= int (1 + (V
TO
- V1) /10)
|
(2.7.8)
|
u għalhekk il-bidla fil-veloċità tul segment hija
u l-ħin Δt f’kull segment huwa (b’suppożizzjoni ta’ aċċellerazzjoni kostanti)
Imbagħad, it-tul sTO,k ta’ segment k (1 ≤ k ≤ nTO) tat-tidwir tal-qtugħ huwa:
Eżempju: Għal distanza tal-qtugħ sTO
= 1 600 m, V1=0m/s u V2
= 75 m/s, dan iwassal għal nTO
= 8 segmenti b’tulijiet li jvarjaw bejn 25 u 375 metru (ara l-Illustrazzjoni 2.7.g):
[EUR-Lex]
Illustrazzjoni 2.7.g
Segmentazzjoni ta’ tidwir għall-qtugħ (eżempju għal 8 segmenti)
B’mod simili għat-tibdil fil-veloċità, il-forza propulsiva ta’ inġenju tal-ajru tinbidel ma’ kull segment permezz ta’ inkrement kostanti ΔP, ikkalkulat hekk
|
ΔP = (PTO - Pinit) / nTO
|
(2.7.12)
|
fejn PTO
u P
init
rispettivament jiddeżinjaw il-forza propulsiva tal-inġenju tal-ajru fil-punt tal-qtugħ mill-art u l-forza propulsiva tal-inġenju tal-ajru fil-bidu tat-tidwir għall-qtugħ.
L-użu ta’ dan l-inkrement kostanti fil-forza propulsiva (minflok l-użu tal-ekwazzjoni tal-forma kwadratika 2.7.6) għandu l-għan li jkun konsistenti mar-relazzjoni lineari bejn il-forza propulsiva u l-veloċità fil-każ ta’ inġenju tal-ajru b’magna ġett.
Nota importanti: L-ekwazzjonijiet u l-eżempju ta’ hawn fuq jassumu b’mod impliċitu li l-veloċità inizjali tal-inġenju tal-ajru fil-bidu tal-fażi tal-qtugħ mill-art hija żero. Din tikkorrispondi għas-sitwazzjoni komuni fejn l-inġenju tal-ajru jibda jdur fuq l-art u jaċċellera mill-punt tar-rilaxx tal-brejk. Madankollu, hemm ukoll sitwazzjonijiet fejn l-inġenju tal-ajru jista’ jibda jaċċellera mill-veloċità tat-taxiing tiegħu, mingħajr ma jieqaf fil-limitu tar-runway. F’dak il-każ ta’ veloċità inizjali mhux ta’ żero Vinit,, jenħtieġ li jintużaw l-ekwazzjonijiet “ġeneralizzati” li ġejjin minflok l-ekwazzjonijiet 2.7.8, 2.7.9. 2.7.10 u 2.7.11.
F’dan il-każ, għall-fażi tal-qtugħ mill-art, V1
hija l-veloċità inizjali Vinit
, V2
hija l-veloċità tal-qtugħ mill-art VTO
, n huwa n-numru tas-segment tal-qtugħ nTO
, s hija d-distanza tal-qtugħ ekwivalenti sTO
u sk
huwa t-tul sTO,k
tas-segment k (1[Simbolu]k[Simbolu]n).
It-tidwir fuq l-art għal-landjar
Għalkemm it-tidwir fuq l-art għal-landjar huwa essenzjalment l-oppost tat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ, għandu jittieħed kont speċjali ta’
—
il-forza propulsiva invertita li kultant tiġi applikata għad-deċelerazzjoni tal-inġenju tal-ajru u
—
l-ajruplani li jitilqu mir-runway wara d-deċelerazzjoni (inġenji tal-ajru li jitilqu mir-runway ma jibqgħux jikkontribwixxu għall-istorbju tal-ajru peress li l-istorbju mit-taxiing jiġi injorat).
Għall-kuntrarju tad-distanza tat-tidwir għall-qtugħ, li tinkiseb mill-parametri tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru, id-distanza tal-waqfien sstop
(jiġifieri d-distanza mit-touchdown sal-punt li fih l-inġenju tal-ajru jitlaq mir-runway) mhijiex purament speċifika għall-inġenju tal-ajru. Minkejja li distanza minima tal-waqfien tista’ tiġi stmata mill-massa u mill-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru (u l-forza propulsiva invertita disponibbli), id-distanza tal-waqfien reali tiddependi wkoll fuq il-pożizzjoni tat-taxiways, fuq is-sitwazzjoni tat-traffiku, u fuq ir-regolamenti speċifiċi tal-ajruporti dwar l-użu ta’ forza propulsiva invertita.
L-użu ta’ forza propulsiva invertita mhuwiex proċedura standard - tiġi applikata biss jekk id-deċelerazzjoni meħtieġa ma tistax tinkiseb bl-użu tal-brejkijiet tar-roti. (Il-forza propulsiva invertita tista’ tkun ta’ xkiel eċċezzjonali peress li bidla rapida fil-potenza tal-magna minn aċċellerazzjoni minima għal rivers tipproduċi tifqigħa f’daqqa ta’ storbju.)
Madankollu, ħafna mir-runways jintużaw għat-tluq kif ukoll għal-landjar b’tali mod li l-forza propulsiva invertita għandha effett żgħir ħafna fuq il-kontorni tal-istorbju peress li l-enerġija akustika totali fil-viċinanza tar-runway hija ddominata mill-istorbju prodott mill-operazzjonijiet ta’ qtugħ. Il-kontribuzzjonijiet tal-forza propulsiva invertita għall-kontorni jistgħu jkunu sinifikanti biss meta l-użu tar-runway ikun limitat għal operazzjonijiet ta’ llandjar.
Fiżikament, l-istorbju mill-forza propulsiva invertita huwa proċess ferm kumpless iżda minħabba s-sinifikanza relattivament żgħira tiegħu għall-kontorni tal-istorbju fl-arja, jista’ jiġi mmudellat b’mod issimplifikat - billi l-bidla rapida fil-potenza tal-magna tittieħed f’kunsiderazzjoni permezz ta’ segmentazzjoni xierqa.
Huwa ċar li l-immudellar tat-tidwir fuq l-art għal-landjar huwa inqas sempliċi meta mqabbel ma’ storbju tat-tidwir għall-qtugħ. Is-suppożizzjonijiet simplifikati li ġejjin għall-immudellar huma rrakkomandati għall-użu ġenerali, meta ma jkunx hemm informazzjoni dettaljata disponibbli (ara l-Illustrazzjoni 2.7.h.1).
[EUR-Lex]
Illustrazzjoni 2.7.h.1
Immudellar tat-tidwir fuq l-art għal-landjar
L-inġenju tal-ajru jaqsam il-limitu tal-inżul (li għandu l-koordinati s = 0 tul it-trajettorja tal-art ta’ avviċinament) f’altitudni ta’ 50 pied, u mbagħad ikompli jinżel fuq it-trajettorja tal-inżul tiegħu sakemm jillandja fuq ir-runway. Għal trajettorja ta’ nżul ta’ 3°, il-punt tat-touchdown huwa ta’ 291 m lil hinn mil-limitu tal-landjar (kif muri fl-Illustrazzjoni 2.7.h.1). Imbagħad l-inġenju tal-ajru jiddeċellera tul distanza tal-waqfien sstop
- li l-valuri speċifiċi għall-inġenju tal-ajru huma mogħtija fil-bażi tad-data tal-ANP - mill-veloċità tal-avviċinament finali Vfinal
għal 15 m/s. Minħabba t-tibdil rapidu fil-veloċità tul dan is-segment, dan jenħtieġ li jiġi subsegmentat bl-istess mod bħat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ (jew għal segmenti fl-ajru b’tibdil rapidu fil-veloċità), billi jintużaw l-ekwazzjonijiet ġeneralizzati 2.7.13 (peress li l-veloċità tax-taxiing mhijiex żero). It-tibdil fil-potenza tal-magna mill-potenza tal-avviċinament finali fit-touchdown għal parametru tal-potenza tal-forza propulsiva invertita Prev
tul distanza 0,1•sstop
, imbagħad jonqos għal 10 % tal-potenza massima disponibbli tul id-90 fil-mija li jifdal tad-distanza tal-waqfien. Sa tmiem ir-runway (f’s = -s
RWY) il-veloċità tal-inġenju tal-ajru tibqa’ kostanti.
Attwalment il-kurvi tal-NPD għall-forza propulsiva invertita mhumiex inklużi fid-bażi tad-data tal-ANP, u għaldaqstant hemm bżonn li jintużaw il-kurvi konvenzjonali għall-immudellar ta’ dan l-effett. Tipikament, il-potenza tal-forza propulsiva invertita Prev
hija ta’ madwar 20 % tal-parametru tal-potenza sħiħa u din hija rrakkomandata meta ma jkunx hemm informazzjoni operattiva disponibbli. Madankollu, t-tendenza hi li f’parametru tal-potenza partikolari, il-forza propulsiva invertita tiġġenera ħafna iktar storbju milli forza propulsiva ’l quddiem u għandu jiġi applikat inkrement ΔL għal-livell ta’ event derivat mill-NPD, li jiżdied minn żero għal valur ΔLrev
(5dB hija r-rakkomandazzjoni provviżorja (
18
)) tul 0,1•sstop
u mbagħad jonqos b’mod lineari għal żero tul il-bqija tad-distanza tal-waqfien.
Segmentazzjoni tas-segmenti tat-tlugħ inizjali u tal-avviċinament finali
Il-ġeometrija bejn is-segment u r-riċevitur tinbidel rapidament tul is-segmenti tal-ajru tat-tlugħ inizjali u tal-avviċinament finali, b’mod partikolari fir-rigward tal-punti ta’ osservazzjoni mal-ġenb tat-trajettorja tat-titjira, fejn anke l-angolu ta’ elevazzjoni (l-angolu beta) jinbidel rapidament meta l-inġenju tal-ajru jitla’ jew jinżel minn ġo dawn is-segmenti inizjali/finali. It-tqabbil ma’ kalkoli ta’ segment żgħar ħafna juri li l-użu ta’ segment tal-ajru uniku (jew ta’ għadd limitat ta’ segmenti) tat-tlugħ jew tal-avviċinament taħt ċertu għoli (relattiv għar-runway) iwassal għal approssimazzjoni fqira tal-istorbju fuq in-naħa tat-trajettorja tat-titjira għal metrija integrata. Dan huwa minħabba l-applikazzjoni ta’ aġġustament uniku ta’ attenwazzjoni laterali fuq kull segment, li jikkorrispondi għal valur uniku tal-angolu tal-elevazzjoni speċifiku għal kull segment, filwaqt li t-tibdil rapidu ta’ dan il-parametru jwassal għal varjazzjonijiet sinifikanti fl-effett ta’ attenwazzjoni laterali tul kull segment. L-akkuratezza tal-kalkolu tittejjeb permezz ta’ subsegmentazzjoni tas-segmenti tal-ajru tat-tlugħ inizjali u dawk tal-aħħar avviċinament. L-għadd ta’ subsegmenti u t-tul ta’ kull wieħed minnhom jiddeterminaw il-“granularità” tal-bidla fl-attenwazzjoni laterali li se tittieħed f’kunsiderazzjoni. Meta wieħed josserva l-espressjoni tal-attenwazzjoni laterali totali għal inġenji tal-ajru b’magni mmuntati fil-fuselaġġ, jista’ jintwera li għal bidla ta’ limitazzjoni fl-attenwazzjoni laterali ta’ 1.5 dB għal kull subsegment, is-segmenti tal-ajru tat-tlugħ u tal-approssimazzjoni f’għoli li ma jaqbiżx l-1 289,6 m (4 231 pied) ’il fuq mir-runway jenħtieġ li jiġu subsegmentati abbażi tas-sett ta’ valuri tal-għoli li ġej:
z = {18.9, 41.5, 68.3, 102.1, 147.5, 214.9, 334.9, 609.6, 1 289,6 } metru, jew
z = {62, 136, 224, 335, 484, 705, 1 099 , 2 000 , 4 231 } pied
Għal kull segment oriġinali ta’ inqas minn 1 289,6 m (4 231 pied), l-għoli ta’ hawn fuq jiġi implimentat billi jiġi identifikat liema għoli fis-sett ta’ hawn fuq jqarreb l-aktar l-għoli tal-punt tat-tmiem oriġinali (għal segment tat-tlugħ) jew l-għoli tal-punt tal-bidu (għal segment tal-avviċinament). Imbagħad, l-għoli proprju tas-subsegmenti zi, jiġi kkalkulat bl-użu ta’:
zi = ze [z’i / z’N] (i = k..N)
fejn:
|
ze
|
huwa l-għoli tal-punt tat-tmiem tas-segment oriġinali (it-tlugħ) jew l-għoli tal-punt tal-bidu (avviċinament)
|
|
z’i
|
huwa l-membru numru i tas-sett ta’ valuri tal-għoli elenkati hawn fuq
|
|
z’N
|
huwa l-eqreb għoli mis-sett ta’ valuri tal-għoli elenkati hawn fuq għall-għoli ze
|
|
k
|
jindika l-indiċi tal-ewwel membru tas-sett ta’ valuri tal-għoli li għalihom iż-zk
ikkalkulat huwa ferm akbar mill-għoli tal-punt tat-tmiem tas-segment tat-tlugħ oriġinali preċedenti jew mill-għoli tal-punt tal-bidu tas-segment tal-avviċinament oriġinali li jmiss li se jiġi sottosegmentat.
Fil-każ speċifiku ta’ segment tat-tlugħ inizjali jew ta’ segment tal-aħħar avviċinament, k = 1, iżda fil-każ aktar ġenerali ta’ segmenti fl-arja li mhumiex konnessi mar-runway, k ikun akbar minn 1.
|
Eżempju għal segment tat-tlugħ inizjali:
Jekk l-għoli tal-punt ta’ tmiem tas-segment oriġinali huwa ze = 304.8 m, allura mis-sett ta’ valuri tal-għoli, 214.9 m < ze < 334.9 m u l-eqreb għoli mis-sett sa ze huwa z’7 = 334.9 m. Imbagħad, l-għoli tal-punti tat-tmiem tas-subsegmenti jiġi kkomputat hekk:
zi = 304,8 [z’i / 334,9] għal i = 1 sa 7
(filwaqt li jiġi nnotat li f’dak il-każ k =1, peress li dan huwa segment tat-tlugħ inizjali)
B’hekk z1 ikun ta’ 17,2 m u z2 ikun ta’ 37,8 m, eċċ.
Segmentazzjoni ta’ segmenti fl-ajru
Għal segmenti fl-ajru meta jkun hemm tibdil sinifikanti fil-veloċità tul segment, dan għandu jiġi suddiviż bħal fil-każ tat-tidwir fuq l-art, jiġifieri
|
nseg = int (1 + |V2 - V1|/10)
|
(2.7.14)
|
fejn V1 u V2 huma l-veloċitajiet tal-bidu u tat-tmiem tas-segment rispettivament. Il-parametri tas-subsegmenti korrispondenti jiġu kkalkulati b’mod simili bħat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ, billi jintużaw l-ekwazzjonijiet 2.7.9 sa 2.7.11.
Trajettorja tal-art
Trajettorja tal-art, kemm jekk trajettorja taċ-ċentru jew subtrajettorja dispersa, hija definita minn serje ta’ koordinati (x,y) fil-pjan tal-art (eż. minn informazzjoni mir-radar) jew minn sekwenza ta’ kmandi vettorjali li jiddeskrivu segmenti dritti u arki ċirkolari (liwjiet b’raġġ definit r u tibdil fid-direzzjoni Δξ).
Għall-immudellar tas-segmentazzjoni, ark huwa rappreżentat minn sekwenza ta’ segmenti dritti mdaħħlin f’subarki. Għalkemm ma jidhrux espliċitament fis-segmenti tat-trajettorja tal-art, l-inklinazzjoni laterali tal-inġenju tal-ajru matul il-liwjiet tinfluwenza d-definizzjoni tagħhom. L-Appendiċi B4 jispjega kif jiġu kkalkulati l-angoli ta’ inklinazzjoni laterali waqt liwja kostanti iżda ovvjament dawn ma jiġux effettivament applikati jew jitneħħew f’daqqa. Mhuwiex prestabbilit kif wieħed għandu jieħu ħsieb tranżizzjonijiet bejn titjira dritta u f’liwja, jew bejn liwja u oħra li tiġi eżatt warajha. Bħala regola, id-dettalji, li jitħallew f’idejn l-utent (ara t-Taqsima 2.7.11), x’aktarx għandhom effett negliġibbli fuq il-kontorni finali; ir-rekwiżit huwa li primarjament jiġu evitati inkonsistenzi kbar fit-tmiem tal-liwja u dan jista’ jinkiseb b’mod sempliċi billi, pereżempju, jiddaħħlu segmenti ta’ tranżizzjoni qosra li matulhom l-angolu ta’ inklinazzjoni laterali jinbidel b’mod lineari mad-distanza. Sempliċiment fil-każ speċjali fejn liwja partikolari jista’ jkollha effett dominanti fuq il-kontorni finali jkun hemm bżonn li tiġi mmudellata d-dinamika tat-transizzjoni b’mod iktar realistiku, sabiex l-angolu ta’ inklinazzjoni laterali jiġi relatat ma’ tipi partikolari ta’ inġenji tal-ajru u sabiex jiġu adottati rati ta’ tidwir xierqa. Hawnhekk huwa biżżejjed li jiġi ddikjarat li s-subarki tat-tmiem Δξtrans f’kull liwja huma dettati mir-rekwiżiti dwar it-tibdil fl-angolu ta’ inklinazzjoni laterali. Il-bqija tal-ark b’tibdil fil-gradi tad-direzzjoni Δξ - 2·Δξtrans tinqasam f’subarki nsub
skont l-ekwazzjoni:
|
nsub = int (1 + (Δξ – 2•Δξ
trans
) / 10
|
(2.7.15)
|
fejn int(x) hija funzjoni li tirritorna l-parti intiġer ta’ x. Imbagħad il-bidla fid-direzzjoni Δξ
sub
ta’ kull subark tinħadem hekk
|
Δξ = (ξ-2•Δξ
trans
) / nsub
|
(2.7.16)
|
fejn nsub
trid tkun kbira biżżejjed biex jiġi żgurat li Δξ
sub
≤ 10 gradi. Is-segmentazzjoni ta’ ark (esklużi s-subsegmenti ta’ tranżizzjoni ta’ tmiem) hija murija fl-Illustrazzjoni 2.7.h.2
(
19
).
[EUR-Lex]
Illustrazzjoni 2.7.h.2
Tiswir tas-segmenti tar-rotta tat-titjira li jaqsmu liwja f’segmenti ta’ tul Δs (dehra superjuri fil-pjan orizzontali, dehra inferjuri fil-pjan vertikali)
Ladarba s-segmenti tat-trajettorja tal-art ikunu ġew stabbiliti fil-pjan x-y, is-segmenti tal-profil tat-titjira (fil-pjan s-z) jiġu sovrapposti sabiex jiġu prodotti s-segmenti tridimensjonali (x, y, z) tat-trajettorja.
It-trajettorja tal-art jenħtieġ li dejjem testendi mir-runway u lil hinn mill-medda tal-grilja ta’ kalkolu. Dan jista’ jinkiseb, jekk ikun hemm bżonn, billi jiżdied segment dritt ta’ tul xieraq mal-aħħar segment tat-trajettorja tal-art.
It-tul totali tal-profil tat-titjira, ladarba jingħaqad mat-trajettorja tal-art, irid jestendi wkoll mir-runway u lil hinn mill-medda tal-grilja ta’ kalkolu. Dan jista’ jinkiseb, jekk ikun meħtieġ, billi jiżdied punt ta’ profil ieħor:
—
sat-tmiem ta’ profil tat-tluq b’valuri tal-veloċità u tal-forza propulsiva ugwali għal dawk tal-aħħar punt tal-profil tat-tluq, u l-għoli estrapolat b’mod lineari mill-aħħar punt tal-profil u dak ta’ qabel tal-aħħar; jew
—
sal-bidu ta’ profil tal-wasla b’valur tal-veloċità u tal-forza propulsiva ugwali għal dak tal-punt tal-profil tal-ewwel wasla, u l-għoli estrapolat b’mod lineari lura mill-punti tal-ewwel u tat-tieni profili.
Aġġustamenti fis-segmentazzjoni ta’ segmenti fl-ajru
Wara li s-segmenti tat-trajettorja tat-titjira 3-D ikunu nkisbu skont il-proċedura deskritta fit-Taqsima 2.7.13, jistgħu jkunu meħtieġa aġġustamenti ulterjuri tas-segmentazzjoni sabiex jitneħħew il-punti tat-trajettorja tat-titjira li huma qrib wisq ta’ xulxin.
Meta l-punti kontigwi jkunu inqas minn 10 metri minn xulxin, u meta l-veloċitajiet u l-forzi propulsivi assoċjati jkunu l-istess, wieħed mill-punti jenħtieġ li jiġi eliminat.
▼M2
2.7.14.
Kalkolu tal-istorbju għal event wieħed
Il-qofol tal-proċess ta' mmudellar, deskritt hawnhekk bis-sħiħ, huwa l-kalkolu tal-livell ta' storbju ta' event mill-informazzjoni tar-rotta tat-titjira deskritta fis-sezzjonijiet 2.7.7 sa 2.7.13.
2.7.15.
Metrija ta' event wieħed
Il-ħoss iġġenerat minn moviment tal-inġenju tal-ajru fil-post tal-osservatur jingħata bħala “livell ta' ħoss (jew storbju) ta' event wieħed”, kwantità li hija indikatur tal-impatt tiegħu fuq in-nies. Il-ħoss riċevut jitkejjel f'termini ta' storbju billi tintuża skala bażika ta' deċibel L(t) li tapplika ponderazzjoni tal-frekwenza (jew filtru) biex timita l-karatteristika ta' smigħ tal-bniedem. L-iskala tal-ikbar importanza fl-immudellar tal-kontorni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru hija l-livell ta' pressjoni tal-ħoss ponderat A, LA
.
L-iktar metrija li spiss tintuża biex jiġu koperti eventi sħaħ hija l-'livelli ta' espożizzjoni akustika (jew għall-istorbju) ta' event wieħed', LE
, li tkopri l-enerġija tal-ħoss kollha (jew ħafna minnha) fl-eventi. Il-kunsiderazzjoni tal-integrazzjoni tal-ħin li dan jinvolvi toħloq il-kumplikazzjonijiet tal-immudellar tas-segmentazzjoni (jew simulazzjoni). Huwa iktar sempliċi li tiġi mmudellata metrija alternattiva Lmax
li hija l-livell istantanju massimu li jseħħ matul l-event; madankollu huwa LE
li huwa l-blokka bażika għall-bini ta' ħafna mill-iktar indiċijiet moderni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru u fil-ġejjieni l-mudelli prattiċi jistgħu jkunu mistennijin jinkorporaw kemm Lmax
kif ukoll LE
. Kwalunkwe metrija minnhom tista' titkejjel fuq skali differenti tal-istorbju; f'dan id-dokument huwa kkunsidrat biss il-livell ta' pressjoni tal-ħoss ponderat A. Simbolikament, l-iskala normalment tiġi indikata billi jiġi estiż is-suffiss tal-metrija, jiġifieri LAE
, LAmax
.
Il-livell ta' espożizzjoni akustika (jew storbju) ta' event wieħed huwa espress eżatt bħala
fejn t
0 tirrappreżenta ħin ta' referenza. L-intervall ta' integrazzjoni [t1,t2] jintgħażel biex jiġi żgurat li huwa kopert (kważi) il-ħoss sinifikanti kollu fl-event. Spiss, il-limiti t1
u t2
jintgħażlu biex ikopru l-perjodu li fih il-livell L(t) jaqa' fi ħdan 10 dB tal-Lmax
. Dan il-perjodu huwa magħruf bħala l-ħin ta' “inqas minn 10-dB”. Il-livelli ta' espożizzjoni akustika (storbju) miġburin f'tabella fid-database tal-ANP huma valuri inqas minn 10-dB (
20
).
Għal immudellar tal-kontorni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru, l-applikazzjoni ewlenija tal-ekwazzjoni 2.7.17 hija l-metrija standard Livell ta' Espożizzjoni Akustika LAE
(akronimu SEL):
L-ekwazzjonijiet tal-livell ta' espożizzjoni ta' hawn fuq jistgħu jintużaw biex jiġu stabbiliti l-livelli tal-event meta tkun magħrufa l-istorja sħiħa tal-ħin ta' L(t). Fil-metodoloġija rrakkomandata għall-immudellar tal-istorbju, mhumiex iddefiniti tali rekords ta' ħin; il-livelli ta' espożizzjoni tal-event huma kkalkolati billi jingħaddu l-valuri tas-segment, il-livelli tal-event parzjali li kull wieħed minnhom jiddefinixxi l-kontribuzzjoni minn segment uniku finit tar-rotta tat-titjira.
▼M6
2.7.16.
Stabbiliment tal-livelli tal-event mid-data NPD
Is-sors ewlieni tad-data dwar l-istorbju tal-inġenji tal-ajru huwa l-bażi tad-data internazzjonali dwar il-Prestazzjoni u l-Istorbju tal-Inġenji tal-Ajru (ANP). Din tippreżenta f’forma tabulari Lmax
u LE
bħala funzjonijiet tad-distanza ta’ propagazzjoni d - għal tipi speċifiċi ta’ inġenji tal-ajru, varjanti, konfigurazzjonijiet tat-titjir (avviċinament, tluq, parametri tal-flaps), u parametri tal-potenza P. Jittrattaw titjir kostanti b’veloċitajiet ta’ referenza speċifiċi Vref
tul trajettorja tat-titjira dritta nozzjonalment infinita (
21
).
Il-mod kif jiġu speċifikati l-valuri tal-varjabbli indipendenti P u d huwa deskritt iktar ’il quddiem. F’look-up waħda, b’valuri tal-input P u d, il-valuri tal-output meħtieġa huma l-livelli bażi
Lmax(P,d) u/jew LE
∞(P,d) (applikabbli għal trajettorja tat-titjira infinita). Sakemm il-valuri ma jinzertawx tabulati għal P u/jew għal d bl-eżatt, ġeneralment ikun hemm bżonn li l-livell jew il-livelli tal-istorbju ta’ event jiġu stmati permezz ta’ interpolazzjoni. Bejn parametri tal-potenza tabulari tintuża interpolazzjoni lineari, filwaqt li bejn distanzi tabulari tintuża interpolazzjoni logaritmika (ara l-Illustrazzjoni 2.7.i).
[EUR-Lex]
Illustrazzjoni 2.7.i
Interpolazzjoni fil-kurvi ta’ storbju-potenza-distanza
Jekk Pi
u Pi+
1 huma l-valuri tal-potenza tal-magna li għalihom id-data dwar il-livell tal-istorbju kontra d-distanza hija tabulata, il-livell tal-istorbju L(P) f’distanza partikolari għal potenza intermedja P, bejn Pi
u Pi+
1,tingħata hekk:
Jekk, f’xi parametru tal-potenza, di
u di+
1 huma distanzi li għalihom id-data dwar l-istorbju hija tabulari, il-livell tal-istorbju L(d) għal distanza intermedja d, bejn di
u di+
1 tingħata hekk
Bl-użu tal-ekwazzjonijiet (2.7.19) u (2.7.20), jista’ jinkiseb livell ta’ storbju L(P,d) għal kwalunkwe parametru tal-potenza P u kwalunkwe distanza d li jaqgħu fi ħdan l-envelopp tal-bażi tad-data tal-NPD.
Għal distanzi d li jaqgħu barra l-envelopp tal-NPD, tintuża l-ekwazzjoni 2.7.20 biex issir estrapolazzjoni mill-aħħar żewġ valuri, jiġifieri ’l ġewwa minn L(d1) u L(d2) jew ’il barra minn L(dI-1) u L(dI) fejn I huwa l-għadd totali ta’ punti tal-NPD fuq il-kurva. B’hekk
’Il ġewwa:
’Il barra:
Peress li, fuq distanzi qosra d, il-livelli tal-istorbju jiżdiedu malajr ħafna bi tnaqqis fid-distanza ta’ propagazzjoni, huwa rrakkomandat li jiġi impost limitu inferjuri ta’ 30 m fuq d, jiġifieri d = max(d, 30 m).
Aġġustament tal-impedenza tad-data NPD standard
Id-data NPD ipprovduta fil-bażi tad-data tal-ANP hija normalizzata għal kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza (temperatura ta’ 25 °C u pressjoni ta’ 101.325 kPa). Qabel ma jiġi applikat il-metodu ta’ interpolazzjoni/estrapolazzjoni deskritt qabel, għandu jiġi applikat aġġustament tal-impedenza akustika għal dik id-data NPD standard.
L-impedenza akustika hija relatata mal-propagazzjoni tal-mewġ tal-ħoss f’midjum akustiku, u hija definita bħala l-prodott tad-densità tal-arja u l-veloċità akustika. Għal intensità tal-ħoss partikolari (potenza għal kull żona unitarja) perċepita minn distanza speċifika mis-sors, il-pressjoni akustika assoċjata (użata biex jiġu definiti l-metriċi SEL u LAmax) tiddependi fuq l-impedenza akustika tal-arja fil-post tal-kejl. Hija funzjoni tat-temperatura, il-pressjoni atmosferika (u indirettament l-altitudni). Għaldaqstant hemm bżonn li tiġi aġġustata d-data NPD standard tal-bażi tad-data tal-ANP sabiex jittieħed kont tat-temperatura u tal-kundizzjonijiet tal-pressjoni proprji fil-punt riċeventi, li ġeneralment ikunu differenti mill-kundizzjonijiet normalizzati tad-data tal-ANP.
L-aġġustament tal-impedenza li jrid jiġi applikat għal-livelli standard tal-NPD jinkiseb kif ġej:
fejn:
|
Δ
Impedance
|
Aġġustament tal-impedenza għall-kundizzjonijiet atmosferiċi attwali fil-punt riċeventi (dB)
|
|
ρ·c
|
Impedenza akustika (sekondi • newton/m3) tal-arja fl-elevazzjoni tal-ajrudrom (409,81 li hija l-impedenza tal-arja assoċjata mal-kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza tad-data NPD fil-bażi tad-data tal-ANP).
|
L-impedenza ρ·c tiġi kkalkulata kif ġej:
|
δ
|
p/po, il-proporzjon tal-pressjoni tal-arja ambjentali fl-altitudni tal-osservatur għall-pressjoni tal-arja standard fil-livell medju tal-baħar: p0
= 101,325 kPa (jew 1 013,25 mb)
|
|
θ
|
(T + 273.15)/(T0 + 273.15) il-proporzjon tat-temperatura tal-arja fl-altitudni tal-osservatur għat-temperatura tal-arja standard fil-livell medju tal-baħar: T0
= 15,0 °C
|
L-aġġustament tal-impedenza akustika normalment ikun inqas minn ftit deċimi ta’ dB. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi nnotat li f’kundizzjonijiet atmosferiċi standard (p0
= 101,325 kPa u T0
= 15,0 °C), l-aġġustament tal-impedenza huwa inqas minn 0,1 dB (0,074 dB). Madankollu, meta jkun hemm varjazzjoni importanti fit-temperatura u fil-pressjoni atmosferika relattivi għall-kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza tad-data NPD, l-aġġustament jista’ jkun iktar sostanzjali.
▼M2
2.7.17.
Espressjonijiet ġenerali
Livell ta' event tas-segment Lseg
Il-valuri tas-segment huma stabbiliti billi jiġu applikati aġġustamenti għall-valuri bażi (passaġġ infinit) miksubin mid-dejta NPD. Il-livell ta' storbju massimu minn segment wieħed tar-rotta tat-titjira Lmax,seg
jista' jinkiseb b'mod ġenerali b'dan il-mod
u l-kontribuzzjoni minn segment wieħed tar-rotta tat-titjira għal LE
b'dan il-mod
It-'termini ta' korrezzjoni' fl-ekwazzjonijiet 2.7.25 u 2.7.26 — li huma deskritti f'dettall fis-sezzjoni 2.7.19 — jagħtu kont lill-effetti li ġejjin:
|
Δ
V
|
Korrezzjoni tad-durata: id-dejta NPD hija relatata ma' veloċità tat-titjira ta' referenza. Din taġġusta l-livelli ta' espożizzjoni għal veloċitajiet mhux ta' referenza. (Mhijiex applikata għal Lmax,seg
.)
|
|
Δ
I
(φ)
|
Effett tal-installazzjoni: jiddeskrivi varjazzjoni fid-direttività laterali dovuta għall-ilqugħ, ir-refrazzjoni u r-riflessjoni kkaġunati mill-qafas u l-magni tal-inġenju tal-ajru u l-kampijiet tal-fluss tal-madwar.
|
|
Λ(β,)
|
Attenwazzjoni laterali: sinifikanti għall-propagazzjoni tal-ħoss f'angoli baxxi għall-art, din tirrappreżenta l-interazzjoni bejn il-mewġ tal-ħoss dirett u rifless (effett tal-art) u għall-effetti ta' nuqqas ta' uniformitajiet atmosferiċi (primarjament ikkaġunati mill-art) li jirrifrattaw il-mewġ tal-ħoss hekk kif jivjaġġaw lejn l-osservatur maġenb ir-rotta tat-titjira.
|
|
Δ
F
|
Korrezzjoni tas-segment finit (frazzjoni tal-ħoss): tirrappreżenta t-tul finit tas-segment li ovvjament jikkontribwixxi inqas esponiment għall-istorbju minn dak infinit. Hija applikata biss għal metrija tal-esponiment.
|
Jekk is-segment huwa parti mit-tidwir fuq l-art għall-qtugħ jew il-landjar u l-osservatur jinsab wara s-segment ikkonċernat, jittieħdu passi speċjali biex tiġi rrappreżentata d-direzzjonalità evidenti tal-istorbju tal-magna ġett li hija osservata wara inġenju tal-ajru lest għall-qtugħ. Dawn il-passi speċjali jirriżultaw b'mod partikolari fl-użu ta' forma partikolari tal-istorbju għal-livell ta' esponiment:
|
Δ′
F
|
Forma partikolari tal-Korrezzjoni tas-segment
|
|
Δ
SOR
|
Korrezzjoni tad-direttività: tagħti kont lid-direzzjonalità evidenti tal-istorbju tal-magna ġett wara s-segment tat-tidwir fuq l-art
|
It-trattament speċifiku tas-segmenti ta' tidwir fuq l-art huwa deskritt fis-sezzjoni 2.7.19.
Is-sezzjonijiet ta' hawn taħt jiddeskrivu l-kalkolu tal-livelli ta' storbju tas-segment.
Livell ta' storbju tal-event L ta' moviment tal-inġenju tal-ajru
Il-livell massimu
Lmax
huwa sempliċiment l-ikbar wieħed mill-valuri tas-segment Lmax,seg (ara l-ekwazzjonijiet 2.7.25 u 2.7.27)
|
Lmax
= max(Lmax,seg
)
|
(2.7.29)
|
fejn kull valur tas-segment huwa stabbilit mid-dejta NPD tal-inġenju tal-ajru għall-potenza P u d-distanza d. Dawn il-parametri u t-termini tal-modifikatur ΔI (φ) u Λ(β,) huma spjegati hawn taħt.
Il-livell ta' espożizzjoni
LE huwa kkalkolat bħala s-somma f'deċibel tal-kontribuzzjonijiet LE,seg minn kull segment sinifikanti għall-istorbju tar-rotta tat-titjira tiegħu; jiġifieri
Is-somma tipproċedi pass, pass tul is-segmenti tar-rotta tat-titjira.
Il-bqija ta' dan il-kapitlu jirrigwarda l-istabbiliment tal-livelli ta' storbju tas-segment Lmax,seg
u LE,seg
.
2.7.18.
Parametri tas-segment tar-rotta tat-titjira
Il-potenza P, u d-distanza d, li għalihom il-livelli bażi Lmax,seg(P,d) u LE∞(P,d) huma interpolati mit-tabelli NPD, huma stabbiliti mill-parametri ġeometriċi u operattivi li jiddefinixxu s-segment. Kif isir dan huwa spjegat hawn taħt bl-għajnuna tal-illustrazzjonijiet tal-pjan li jinkludi s-segment u l-osservatur.
Parametri ġeometriċi
Il-Figuri 2.7.j sa 2.7.l juru l-ġeometriji tas-sors-riċevitur meta l-osservatur O jkun (a) wara, (b) maġenb u (c) quddiem is-segment S1S2
fejn id-direzzjoni tat-titjira hija minn S1
sa S2
. F'dawn id-dijagrammi
|
O
|
huwa l-pożizzjoni tal-osservatur
|
|
S1
, S2
|
huma l-bidu u t-tmiem tas-segment
|
|
Sp
|
huwa l-punt tal-eqreb avviċinament perpendikolari għall-osservatur fuq is-segment jew l-estensjoni tiegħu
|
|
d
1,
d
2
|
huma d-distanzi bejn il-bidu, it-tmiem tas-segment u l-osservatur
|
|
ds
|
hija l-iqsar distanza bejn l-osservatur u s-segment
|
|
dp
|
hija d-distanza perpendikolari bejn l-osservatur u s-segment estiż (distanza oblika minima)
|
|
λ
|
huwa t-tul tas-segment tar-rotta tat-titjira
|
|
q
|
hija d-distanza minn S1
sa Sp
(negattiva jekk il-pożizzjoni tal-osservatur hija wara s-segment)
|
Figura 2.7.j
Ġeometrija tas-segment tar-rotta tat-titjira għall-osservatur wara s-segment
[EUR-Lex]
Figura 2.7.k
Ġeometrija tas-segment tar-rotta tat-titjira għall-osservatur maġenb is-segment
[EUR-Lex]
Figura 2.7.l
Ġeometrija tas-segment tar-rotta tat-titjira għall-osservatur quddiem is-segment
[EUR-Lex]
Is-segment tar-rotta tat-titjira huwa rrappreżentat minn linja skurata u solida. Il-linja ttikkjata tirrappreżenta l-estensjoni tar-rotta tat-titjira li tibqa' sejra għall-infinit fiż-żewġ direzzjonijiet. Għal segmenti fl-ajru, meta l-metrija tal-avveniment tkun livell ta' espożizzjoni LE
, il-parametru tad-distanza tal-NPD d huwa d-disanza dp
bejn Sp
u l-osservatur, imsejħa d-distanza oblika minima (jiġifieri d-distanza perpendikolari mill-osservatur sas-segment jew l-estensjoni tiegħu, fi kliem ieħor sar-rotta tat-titjira infinita (ipotetika) li s-segment jitqies parti minnha).
Madankollu, għal metrija tal-livell ta' espożizzjoni fejn il-pożizzjonijiet tal-osservaturi jkunu wara s-segmenti tal-art tul it-tidwir għall-qtugħ u l-pożizzjonijiet quddiem is-segmenti fuq l-art matul it-tidwir għal-landjar, il-parametru tad-distanza tal-NPD d isir id-distanza ds
, l-iqsar distanza mill-osservatur sas-segment (jiġifieri l-istess bħal għal metrija tal-livell massimu).
Għal metrija tal-livell massimu, il-parametru tad-distanza tal-NPD d huwa ds
, l-iqsar distanza mill-osservatur sas-segment.
▼M6
Potenza tas-segment P
Id-data tabulari NPD tiddeskrivi l-istorbju ta’ inġenju tal-ajru f’titjira dritta kostanti fuq trajettorja ta’ titjira infinita, jiġifieri b’potenza tal-magna kostanti P. Il-metodoloġija rakkomandata taqsam it-trajettorji tat-titjir proprji, li matulhom il-veloċità u d-direzzjoni jvarjaw, f’għadd ta’ segmenti finiti, li mbagħad kull wieħed minnhom jittieħed bħala parti minn trajettorja tat-titjira uniformi u infinita li għaliha d-data NPD hija valida. Iżda l-metodoloġija tipprovdi għal bidliet fil-potenza tul segment; din titqies li tinbidel kwadratikament skont id-distanza minn P1
fil-bidu tagħha sa P2
fit-tmiem tagħha. Għalhekk hemm bżonn li jiġi definit valur kostanti ekwivalenti tas-segment P. Dan jitqies li huwa l-valur fil-punt fuq is-segment li huwa l-eqreb għall-osservatur. Jekk l-osservatur ikun maġenb is-segment (Illustrazzjoni 2.7.k), dan jinkiseb b’interpolazzjoni kif mogħti mill-ekwazzjoni 2.7.8 bejn il-valuri ta’ tmiem, jiġifieri
Jekk l-osservatur ikun qiegħed wara jew quddiem is-segment, huwa dak fl-eqreb punt ta’ tmiem, P1
jew P2
.
▼M2
2.7.19.
Termini ta' korrezzjoni tal-livell ta' Event tas-segment
Id-dejta NPD tiddefinixxi livelli ta' event ta' storbju bħala funzjoni tad-distanza perpendikolarment taħt rotta f'livell dritt idealizzata ta' tul infinit li matulha l-inġenju tal-ajru jtir b'potenza kostanti b'veloċità ta' referenza fissa (
22
). B'hekk, il-livell ta' event interpolat mit-tabella tal-NPD għal parametru speċifiku tal-potenza u distanza oblika speċifika huwa deskritt bħala livell bażi. Japplika għal rotta tat-titjira infinita u jrid jiġi kkoreġut sabiex jagħti kont lill-effetti ta' (1) veloċità mhux ta' referenza, (2) installazzjoni tal-magna (direttività laterali), (3) attenwazzjoni laterali, (4) tul tas-segment finit u (5) direttività lonġitudinali wara l-bidu tat-tidwir mal-qtugħ — ara l-ekwazzjonijiet 2.7.25 u 2.7.26.
▼M6
Il-korrezzjoni tad-durata ΔV (Livelli ta’ esponiment LE biss)
Din il-korrezzjoni (
23
) tieħu kont tal-bidla fil-livelli ta’ esponiment jekk il-veloċità fuq l-art attwali tas-segment hija differenti mill-veloċità ta’ referenza Vref
tal-inġenju tal-ajru li magħha hija relatata d-data NPD bażika.
Bħall-potenza tal-magna, il-veloċità tvarja tul is-segment tat-trajettorja tat-titjira (minn VT1 sa VT2, li huma l-output tal-veloċitajiet mill-Appendiċi B jew minn profil tat-titjira kkalkulat minn qabel).
Għal segmenti fl-ajru, Vseg
hija l-veloċità tas-segment fl-eqreb punt ta’ avviċinament, S, interpolata bejn il-valuri tal-punt tat-tmiem tas-segment filwaqt li jiġi supponut li tvarja kwadratikament mal-ħin; jiġifieri jekk l-osservatur huwa maġenb is-segment:
▼M2
Jekk l-osservatur qiegħed wara jew quddiem is-segment, dan huwa dak fl-eqreb punt ta' tmiem, V1
jew V2
.
Għas-segmenti tar-runway (partijiet mit-tidwir fuq l-art għall-qtugħ jew il-landjar li għalihom γ = 0) Vseg
titqies li hija sempliċiment il-medja tal-veloċitajiet tal-bidu u tat-tmiem tas-segment; jiġifieri
|
V
seg = (V
1 + V
2)/2
|
►M6
(2.7.33) ◄
|
Fi kwalunkwe każ, il-korrezzjoni tad-durata addittiva tiġi kkalkolata hekk
|
ΔV
= 10 · lg(Vref/Vseg
)
|
►M6
(2.7.34) ◄
|
Ġeometrija tal-propagazzjoni ta' ħoss
►M6
Illustrazzjoni 2.7.m
◄ turi l-ġeometrija bażika fil-pjan normali għar-rotta tat-titjira tal-inġenju tal-ajru. Il-linja tal-art hija l-intersezzjoni tal-pjan normali u l-pjan livell tal-art. (Jekk ir-rotta tat-titjira hija f'livell, il-linja tal-art hija dehra ta' tmiem tal-pjan tal-art.) L-inġenju tal-ajru jxaqleb 'il ġewwa f'angolu ε imkejjel kontra l-arloġġ fuq l-assi tat-tidwir tiegħu (jiġifieri l-ġewnaħ tal-lemin 'il fuq). Għaldaqstant huwa pożittiv għal dawriet fuq ix-xellug u negattiv għal dawriet fuq il-lemin.
Figura 2.7.m
L-angoli tal-osservatur tal-inġenju tal-ajru fil-pjan normali għar-rotta tat-titjira
[EUR-Lex]
—
L-
angolu ta' elevazzjoni β (bejn 0 u 90°) bejn il-passaġġ dirett tal-propagazzjoni ta' ħoss u l-linja (
24
) tal-art livell jiddetermina, flimkien mal-inklinazzjoni tar-rotta tat-titjira u l-ispostament laterali tal-osservatur mit-trajjettorja tal-art, l-attenwazzjoni laterali.
—
L-angolu ta' dipressjoni φ bejn il-pjan tal-ġewnaħ u l-passaġġ ta' propagazzjoni, jistabbilixxi l-effetti tal-installazzjoni tal-magna. Fir-rigward tal-konvenzjoni għall-angolu ta' inklinazzjoni laterali φ = β ± ε bis-sinjal pożittiv għall-osservatur fuq il-lemin u negattiv għall-osservaturi fuq ix-xellug.
Korrezzjoni tal-installazzjoni tal-magna ΔI
Inġenju tal-ajru f'titjira huwa sors ta' storbju kumpless. Mhux talli s-sorsi tal-magni (u l-qafas tal-inġenju tal-ajru) huma kumplessi fl-oriġini, iżda anki l-konfigurazzjoni tal-qafas tal-inġenju tal-ajru, b'mod partikolari l-pożizzjoni tal-magni, jinfluwenzaw il-mudelli tar-radjazzjoni tal-istorbju tul il-proċessi ta' riflessjoni, rifrazzjoni u tifrix mis-superfiċji solidi u l-kampijiet tal-flussi ajrudinamiċi. Dan jirriżulta f'direzzjonalità mhux uniformi tal-ħoss radjat lateralment fuq l-assi tat-tidwir tal-inġenju tal-ajru, hawnhekk imsejħa direttività laterali.
Hemm differenzi sinifikanti fid-direttività laterali bejn inġenji tal-ajru b'magni mmuntati fil-fuselaġġ u dawk immuntati taħt il-ġwienaħ u dawn huma rrappreżentati fl-espressjoni li ġejja:
fejn Δ
I
(φ) hija l-korrezzjoni, f'dB, fl-angolu ta' dipressjoni φ (ara l-Figura 2.7.m) u
▼M6
|
a = 0,00384,
|
b = 0,0621,
|
c = 0,8786
|
għal magni mmuntati taħt il-ġwienaħ u
|
(2.7.36)
|
|
a = 0,1225,
|
b = 0,3290,
|
c = 1
|
għal magni mmuntati fil-fuselaġġ.
|
(2.7.37)
|
▼M2
Għal inġenji tal-ajru bl-iskrun, il-varjazzjonijiet fid-direttività huma negliġibbli u għal dawn jista' jiġi supponut li
Il-Figura 2.7.n turi l-varjazzjoni ta' Δ
I
(φ) fuq l-assi tat-tidwir tal-inġenju tal-ajru għat-tliet installazzjonijiet tal-magni. Dawn ir-relazzjonijiet empiriċi ġew derivati mill-SAE minn kejliet sperimentali li jsiru primarjament taħt il-ġewnaħ. Sakemm tiġi analizzata d-dejta ta' fuq il-ġewnaħ, huwa rrakkomandat li għal φ negattiv, ΔI(φ) = ΔI(0) għall-installazzjonijiet kollha.
Figura 2.7.n
Direttività laterali tal-effetti tal-installazzjoni
[EUR-Lex]
Huwa supponut li Δ
I
(φ) hija bidimensjonali; jiġifieri ma tiddependix minn xi parametru ieħor — u b'mod partikolari li ma tvarjax mad-distanza lonġitudinali tal-osservatur mill-inġenju tal-ajru. Dan ifisser li l-angolu ta' elevazzjoni β għal Δ
I
(φ) huwa definit bħala β = tan– 1(z/
). Dan isir għall-konvenjenza tal-immudellar sakemm ikun hemm fehim aħjar tal-mekkaniżmi; fil-verità, l-effetti tal-installazzjoni jridu jkunu sostanzjalment tridimensjonali. Minkejja dan, mudell bidimensjonali huwa ġġustifikat mill-fatt li l-livelli ta' event għandhom it-tendenza li jkunu ddominati minn storbju radjat lejn il-ġenb mill-eqreb segment.
Attenwazzjoni laterali Λ(β,) (rotta tat-titjira infinita)
Il-livelli ta' event tal-NPD miġburin f'tabella huma relatati ma' titjiriet f'livell kostanti u ġeneralment huma bbażati fuq kejliet li jsiru 1.2m fuq art livellata ratba taħt l-inġenju tal-ajru; il-parametru tad-distanza effettivament hija l-għoli mis-superfiċje. Kwalunkwe effett tas-superfiċje fuq livelli ta' storbju ta' event taħt l-inġenju tal-ajru, li jista' jikkaġuna li l-livelli mniżżlin fit-tabella jvarjaw mill-valuri tal-kamp liberu (
25
), huwa supponut li huwa inerenti fid-dejta (jiġifieri fil-forma tar-relazzjonijiet tal-livell vs. id-distanza).
Fuq il-ġenb tar-rotta tat-titjira, il-parametru tad-distanza huwa d-distanza oblika minima — it-tul tan-normal mir-riċevitur sar-rotta tat-titjira. Fi kwalunkwe pożizzjoni laterali, ġeneralment il-livell ta' storbju ser ikun inqas milli fl-istess distanza eżatt taħt l-inġenju tal-ajru. Minbarra d-direttività laterali jew l-'effetti tal-installazzjoni' deskritti hawn fuq dan huwa dovut għal attenwazzjoni laterali eċċessiva li twassal sabiex il-livell ta' pressjoni tal-ħoss jinżel b'rata iktar mgħaġġla mad-distanza milli kif indikat mill-kurvi tal-NPD. Metodu preċedenti użat spiss għall-immudellar tal-propagazzjoni laterali tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru ġie żviluppat mis-Society of Automotive Engineers (SAE) fl-AIR-1751 u l-algoritmi deskritti iktar 'il quddiem huma bbażati fuq titjib li llum tirrakkomanda l-SAE, AIR-5662. L-attenwazzjoni laterali hija effett ta' riflessjoni, dovut għall-interferenza bejn ħoss radjat direttament u dak li jirrifletti mis-superfiċje. Tiddependi mill-għamla tas-superfiċje u tista' tikkaġuna tnaqqis sinifikanti fil-livelli ta' pressjoni tal-ħoss osservati f'angoli ta' elevazzjoni baxxi. Hija affettwata ħafna wkoll mir-rifrazzjoni tal-ħoss, kostanti u mhux kostanti, ikkaġunata mir-riħ u l-gradjenti tat-temperatura u t-turbolenza li huma stess huma attribwibbli għall-preżenza tas-superfiċje (
26
). Il-mekkaniżmu tar-riflessjoni tas-superfiċje huwa mifhum sew u, għal kundizzjonijiet atmosferiċi u tas-superfiċje uniformi, jista' jiġi deskritt teoretikament b'ċerta preċiżjoni. Madankollu, nuqqasijiet ta' uniformità atmosferiċi u tas-superfiċje — li mhumiex emendabbli għal analiżi teorika sempliċi — għandhom effett profond fuq l-effett ta' riflessjoni, b'tendenza li “jifirxuh” għal angoli ta' elevazzjoni ogħla; b'hekk, it-teorija għandha applikabbiltà limitata. Il-ħidma tal-SAE biex tiżviluppa fehim aħjar dwar l-effetti tas-superfiċje għadha għaddejja u hija mistennija twassal għal mudelli aħjar. Sakemm jiġu żviluppati, hija rrakkomandata l-metodoloġija li ġejja, deskritta fl-AIR-5662, għall-kalkolu tal-attenwazzjoni laterali. Hija limitata għall-każ ta' propagazzjoni ta' ħoss fuq art livell ratba li hija xierqa għall-maġġor parti tal-ajruporti ċivili. Għadhom qed jiġu żviluppati aġġustamenti li jqisu l-effetti ta' superfiċje iebsa tal-art (jew, akustikament ekwivalenti, l-ilma).
Il-metodoloġija hija mibnija fuq il-korp sostanzjali ta' dejta sperimentali dwar il-propagazzjoni ta' ħoss mill-inġenji tal-ajru b'magni mmuntati fil-fuselaġġ f'titjira dritta (bla dawriet), kostanti u livell oriġinarjament irrapportata fl-AIR-1751. Is-suppożizzjoni li, għal titjira f'livell, l-attenwazzjoni mill-arja għall-art tiddependi fuq (i) l-angolu ta' elevazzjoni β imkejjel fil-pjan vertikali u (ii) l-ispostament laterali mit-trajjettorja tal-art tal-inġenju tal-ajru , id-dejta ġiet analizzata biex tinkiseb funzjoni empirika għall-aġġustament laterali totali Λ
T
(β,) (= il-livell ta' event laterali neqes il-livell tal-istess distanza taħt l-inġenju tal-ajru).
Peress li t-terminu Λ
T
(β,) ta kont lid-direttività laterali kif ukoll l-attenwazzjoni laterali, din tal-aħħar tista' tiġi estratta bi tnaqqis. B'deskrizzjoni tad-direttività laterali bl-ekwazzjoni 2.7.37, bil-koeffiċjenti tal-immuntar fil-fuselaġġ u b'φ sostitwit ma' β (kif xieraq għal titjira mingħajr dawriet), l-attenwazzjoni laterali ssir:
fejn β u jitkejlu kif muri fil-Figura 2.7.m fi pjan normali għar-rotta tat-titjira infinita li, għal titjira f'livell, hija vertikali wkoll.
Għalkemm Λ(β,) tista' tiġi kkalkolata direttament billi tintuża l-ekwazzjoni 2.7.39 b'Λ
T
(β,) meħuda mill-AIR-1751, hija rrakkomandata relazzjoni iktar effiċjenti. Din hija l-approssimazzjoni empirika li ġejja adattata mill-AIR-5662:
fejn Γ() hija fattur tad-distanza miksub hekk
u Λ(β) hija l-attenwazzjoni laterali mill-arja għall-art fuq distanza twila miksuba hekk
|
Λ(β) = 1,137 – 0,0229β + 9,72 · exp(– 0,142β)
|
għal 0° ≤ β ≤ 50°
|
(2.7.43)
|
|
Λ(β) = 0
|
għal 50° ≤ β ≤ 90°
|
(2.7.44)
|
L-espressjoni għal attenwazzjoni laterali Λ(β,), l-ekwazzjoni 2.7.40, li hija supponuta li tibqa' valida għall-inġenji tal-ajru kollha, l-inġenji tal-ajru bl-iskrun kif ukoll il-ġettijiet bl-immuntar fil-fuselaġġ u taħt il-ġwienaħ, tintwera b'mod grafiku fil-Figura 2.7.o.
F'ċerti ċirkustanzi (bl-art), huwa possibbli li β ikun inqas minn żero. F'dan il-każijiet huwa rrakkomandat li Λ(β) = 10,57.
Figura 2.7.o
Varjazzjoni tal-attenwazzjoni laterali Λ(β,) b'angolu ta' elevazzjoni u distanza
[EUR-Lex]
Attenwazzjoni laterali tas-segment finit
L-ekwazzjonijiet 2.7.41 sa 2.7.44 jiddeskrivu l-attenwazzjoni laterali Λ(β,) tal-ħoss li jasal għand l-osservatur minn ajruplan f'titjira kostanti tul rotta tat-titjira infinita f'livell. Meta dawn jiġu applikati għal segmenti b'passaġġi finiti li mhumiex f'livell, l-attenwazzjoni trid tiġi kkalkolata għal passaġġ f'livell ekwivalenti — peress li ġeneralment l-eqreb punt fuq estensjoni sempliċi tas-segment inklinat (li f'xi punt jgħaddi mis-superfiċje tal-art) ma jrendix angolu ta' elevazzjoni xieraq β.
Id-determinazzjoni tal-attenwazzjoni laterali għal segmenti finiti tvarja sew għall-metrija ta' Lmax
u LE
. Il-livelli massimi tas-segmenti Lmax
huma stabbiliti mid-dejta NPD bħala funzjoni tad-distanza ta' propagazzjoni d mill-eqreb punt fuq is-segment; ma hemm bżonn ta' ebda korrezzjoni biex jingħata kont lid-dimensjonijiet tas-segment. Bl-istess mod, l-attenwazzjoni laterali ta' Lmax
hija supponuta li tiddependi biss mill-angolu ta' elevazzjoni tal-istess punt u d-distanza fuq l-art għalih. B'hekk, huma meħtieġa l-koordinati ta' dak il-punt biss. Iżda għal LE
, il-proċess huwa iktar ikkumplikat.
Il-livell bażi ta' event LE(P,d) li huwa stabbilit mid-dejta NPD, anki jekk għal parametri tas-segment finit, xorta waħda japplika għal rotta tat-titjira infinita. Il-livell ta' espożizzjoni tal-event minn segment, LE,seg
, ovvjament huwa inqas mil-livell bażi — bl-ammont tal-korrezzjoni tas-segment finit iddefinit iktar tard fis-sezzjoni 2.7.19. Dik il-korrezzjoni, funzjoni tal-ġeometrija tat-triangoli OS1S2 fil-Figuri 2.7.j sa 2.7.l, tiddefinixxi xi proporzjon mill-enerġija tal-istorbju riċevuta mill-passaġġ infinit totali f'O jkun ġej mis-segment; l-istess korrezzjoni tapplika, irrilevanti jekk hemmx xi attenwazzjoni laterali. Iżda kwalunkwe attenwazzjoni laterali għandha tiġi kkalkolata għar-rotta tat-titjira infinita, jiġifieri bħala funzjoni tal-ispostament u l-elevazzjoni tagħha, u mhux dawk tas-segment finit.
Iż-żieda tal-korrezzjonijiet Δ
V
u Δ
I
, u t-tnaqqis tal-attenwazzjoni laterali Λ(β,) mil-livell bażi tal-NPD jipprovdi l-livell ta' storbju aġġustat tal-event għal titjira dritta ekwivalenti f'livell fuq passaġġ dritt infinit biswit. Iżda s-segmenti proprji tar-rotta tat-titjira li qed jiġu mmudellati, dawk li jaffettwaw il-kontorni tal-istorbju, rari jkunu f'livell; normalment l-inġenji tal-ajru jkunu qed jitilgħu jew jinżlu.
Il-Figura 2.7.p turi segment tat-tluq S1S2
— l-inġenju tal-ajru qed jitla' b'angolu γ — iżda l-kunsiderazzjonijiet jibqgħu ferm simili għal wasla. Ma tintweriex il-bqija tar-rotta tat-titjira “reali”; huwa biżżejjed li jiġi ddikjarat li S1S2
jirrappreżenta biss sehem mill-passaġġ sħiħ (li b'mod ġenerali ser ikollu kurvi). F'dan il-każ, l-osservatur O huwa maġenb is-segment, u fuq ix-xellug tiegħu. L-inġenju tal-ajru huwa mxaqleb 'il ġewwa (kontra l-arloġġ fuq ir-rotta tat-titjira) f'angolu ε għall-assi orizzontali laterali. L-angolu ta' dipressjoni φ mill-pjan tal-ġewnaħ, li l-effett tal-installazzjoni Δ
I
huwa funzjoni tiegħu (Ekwazzjoni 2.7.39), jinstab fil-pjan normali għar-rotta tat-titjira li fih huwa ddefinit ε. B'hekk φ = β – ε fejn β = tan– 1(h/) u hija d-distanza perpendikolari OR mill-osservatur għat-trajjettorja tal-art; jiġifieri l-ispostament laterali tal-osservatur; jiġifieri l-ispostament laterali tal-osservatur (
27
). L-eqreb punt ta' avviċinament tal-ajruplan għall-osservatur, S, huwa definit mill-OS perpendikolari, bit-tul (distanza oblika) dp
. It-triangolu OS1S2
jaqbel mal-Figura 2.7.k, il-ġeometrija għall-kalkolu tal-korrezzjoni tas-segment Δ
F
.
Figura 2.7.p
Segment maġenb l-osservatur
[EUR-Lex]
▼M6
Sabiex tiġi kkalkulata l-attenwazzjoni laterali bl-użu tal-ekwazzjoni (2.7.40) (fejn β jitkejjel fi pjan vertikali), hija rakkomandata trajettorja ta’ titjira livellata u estiża. Trajettorja ta’ titjira livellata estiża hija definita fil-pjan vertikali li tgħaddi minn S1S2
u bl-istess distanza perpendikolari oblika dp
mill-osservatur. Din tiġi viżwalizzata bit-tidwir tat-trijanglu ORS, u t-trajettorja tat-titjira mehmuża miegħu f’OR (ara l-Illustrazzjoni 2.7p) mill-angolu γ biex b’hekk jiġi fformat it-trijanglu ORS’. L-angolu ta’ elevazzjoni ta’ din it-trajettorja livellata ekwivalenti (issa fi pjan vertikali) huwa β = tan-1(h/ℓ ) (ℓ ma jinbidilx). F’dan il-każ, għal osservatur maġenb, l-angolu β u l-attenwazzjoni laterali riżultanti Λ(β, ) huma l-istess għall-metriċi LE
u Lmax
.
L-Illustrazzjoni 2.7.r turi s-sitwazzjoni meta l-punt ta’ osservazzjoni O ikun wara s-segment finit, u mhux maġenbu. Hawnhekk is-segment huwa osservat bħala parti iktar distanti ta’ passaġġ infinit; perpendikolari jista’ jiġi ddisinjat biss sal-punt Sp
fuq l-estensjoni tiegħu. It-trijanglu OS1S2
jaqbel mal-Illustrazzjoni 2.7.j li tiddefinixxi l-korrezzjoni tas-segment Δ
F
. Iżda f’dan il-każ il-parametri għall-attenwazzjoni u d-direttività laterali huma inqas ovvji.
[EUR-Lex]
Illustrazzjoni 2.7.r
Osservatur wara s-segment
Għal metrija tal-livell massimu, il-parametru tad-distanza tal-NPD jittieħed bħala l-iqsar distanza sas-segment, jiġifieri d = d
1. Għal metrija tal-livell ta’ esponiment, hija l-iqsar distanza dp
minn O sa Sp
fuq it-trajettorja tat-titjira estiża; jiġifieri l-livell interpolat mit-tabella dwar l-NPD huwa LE
∞ (P
1, dp
).
Il-parametri ġeometriċi għall-attenwazzjoni laterali jvarjaw ukoll għall-kalkoli tal-livelli massimi u ta’ esponiment. Għall-metrija tal-livell massimu l-aġġustament Λ(β, ℓ) jingħata bl-ekwazzjoni 2.7.40 b’β = β1 = sin-1 (z
1
/d
1) u [EUR-Lex] fejn β1 u d1
huma definiti mit-trijanglu OC1S1
fil-pjan vertikali minn ġo O u S1
.
Meta tiġi kkalkulata l-attenwazzjoni laterali għas-segmenti fl-ajru biss u għall-metrija tal-livell ta’ esponiment, ℓ tibqa’ l-iqsar spostament laterali mill-estensjoni tas-segment (OC). Iżda sabiex jiġi definit valur xieraq ta’ β għal darb’oħra hemm bżonn li tiġi viżwalizzata trajettorja ta’ titjira livellata ekwivalenti (infinita) li minnha s-segment jista’ jitqies parti. Din tgħaddi minn S1', għoli h mis-superfiċje, fejn h huwa l-istess tul bħal RS1
il-perpendikolari mit-trajettorja tal-art sas-segment. Dan huwa ekwivalenti għar-rotazzjoni tat-trajettorja tat-titjira estiża proprja mill-angolu γ fil-punt R (ara l-Illustrazzjoni 2.7.q). Sakemm R ikun fuq il-perpendikolari għal S1
, il-punt fuq is-segment l-eqreb għal O, it-tiswir tat-trajettorja livellata ekwivalenti huwa l-istess bħal meta O jkun maġenb is-segment.
L-eqreb punt ta’ avviċinament tat-trajettorja livellata ekwivalenti għall-osservatur O huwa f’S’, b’distanza oblika d, b’tali mod li t-trijanglu OCS’ b’hekk ifformat fil-pjan vertikali jiddefinixxi l-angolu ta’ elevazzjoniβ = cos
-1( ℓ/d). Għalkemm din it-trasformazzjoni tista’ tidher pjuttost kumplessa, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-ġeometrija bażika tas-sors (definita minn d1
, d2
u φ) ma tinbidilx, il-ħoss li jivvjaġġa mis-segment lejn l-osservatur huwa sempliċiment dak li kien ikun kieku t-titjira sħiħa tul is-segment inklinat estiż b’mod infinit (li għall-finijiet ta’ mmudellar is-segment jagħmel parti minnu) kien ikun f’veloċità V u P1
kostanti. Min-naħa l-oħra, l-attenwazzjoni laterali tal-ħoss mis-segment riċevuta mill-osservatur mhijiex relatata ma’ β
p
, l-angolu ta’ elevazzjoni tat-trajettorja estiża, iżda ma’ β, dak tat-trajettorja livellata ekwivalenti.
Ta min ifakkar li, kif stipulat għall-finijiet ta’ mmudellar, l-effett tal-installazzjoni tal-magna Δ
I
huwa bidimensjonali, l-angolu ta’ dipressjoni definittiv φ xorta jitkejjel lateralment mill-pjan tal-ġewnaħ tal-inġenju tal-ajru (il-livell bażi tal-event għadu dak iġġenerat mill-inġenju tal-ajru meta jaqsam it-trajettorja tat-titjira infinita rappreżentata mis-segment estiż). B’hekk l-angolu ta’ dipressjoni jiġi determinat fl-eqreb punt ta’ avviċinament, jiġifieri φ = β
p
– ε fejn β
p
huwa l-angolu SpOC.
Il-każ ta’ osservatur quddiem is-segment mhuwiex deskritt separatament; huwa evidenti li essenzjalment dan huwa l-istess bħall-każ meta l-osservatur ikun wara.
Madankollu, għall-metrija tal-livell ta’ esponiment fejn il-pożizzjonijiet tal-osservatur ikunu wara s-segmenti tal-art matul it-tidwir għall-qtugħ u quddiem is-segmenti tal-art matul it-tidwir għal-landjar, il-valur ta’ β isir l-istess bħal dak għall-metrija tal-livell massimu.
Għal pożizzjonijiet wara s-segmenti tat-tidwir għall-qtugħ:
Għal pożizzjonijiet quddiem is-segmenti tat-tidwir għal-landjar:
Ir-raġuni għall-użu ta’ dawn l-espressjonijiet partikolari hija relatata mal-applikazzjoni tal-funzjoni tad-direttività tal-bidu tat-tidwir wara s-segmenti tat-tidwir għall-qtugħ u suppożizzjoni ta’ direttività semi-ċirkolari quddiem is-segmenti tat-tidwir għal-landjar.
Il-korrezzjoni tas-segment finit Δ
F (Livelli ta’ esponiment LE biss)
Il-livell aġġustat tal-esponiment akustiku fil-linja bażi jirrigwarda inġenju tal-ajru f’titjira kontinwa, dritta, livellata (għalkemm b’angolu ta’ inklinazzjoni laterali ε li huwa inkonsistenti ma’ titjira dritta). L-applikazzjoni tal-korrezzjoni tas-segment
finit (negattiva) Δ
F
= 10•lg(F), fejn F hija l-frazzjoni ta’ enerġija, tkompli taġġusta l-livell għal dak li kien ikun kieku l-inġenju tal-ajru qasam is-segment finit biss (jew li kieku kien kompletament sieket għall-bqija tat-trajettorja tat-titjira infinita).
It-terminu frazzjoni tal-enerġija jippermetti li jittieħed kont tad-direttività lonġitudinali distinta tal-istorbju mill-inġenju tal-ajru u l-angolu ffurmat mis-segment fil-pożizzjoni tal-osservatur. Għalkemm il-proċessi li jikkawżaw id-direzzjonalità huma kumplessi ħafna, l-istudji wrew li l-kontorni riżultanti huma pjuttost insensittivi għall-karatteristiċi direzzjonali preċiżi supponuti. L-espressjoni għal Δ
F
hawn taħt hija bbażata fuq mudell dipolari ta’ 90-grad tar-raba potenza (fourth-power) tar-radjazzjoni akustika. Is-suppożizzjoni hi li mhijiex affettwata mill-attenwazzjoni u mid-direttività laterali. Il-mod kif tinkiseb din il-korrezzjoni huwa deskritt fid-dettall fl-Appendiċi E.
Il-frazzjoni tal-enerġija F hija funzjoni tat-trijanglu tal-“osservazzjoni”
OS1S2
definit fl-Illustrazzjonijiet 2.7.j sa 2.7.l b’tali mod li:
Fejn
[EUR-Lex]; [EUR-Lex]; [EUR-Lex] ; [EUR-Lex]
fejn dλ hija magħrufa bħala d-“distanza skalata” (ara l-Appendiċi E) u Vref = 270,05 pied/s (għall-veloċità ta’ referenza ta’ 160 knot). Ta min jinnota li Lmax(P, dp) huwa l-livell massimu, mid-data NPD, għad-distanza perpendikolari dp
, MHUX is-segment Lmax
. Huwa rrakkomandat li jiġi applikat limitu iktar baxx ta’ -150 dB għal Δ
F.
Fil-każ partikolari ta’ punti ta’ osservazzjoni sitwati fuq in-naħa ta’ wara ta’ kull segment tat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ, tintuża forma mnaqqsa tal-frazzjoni tal-istorbju espressa fl-Ekwazzjoni 2.7.45, li tikkorrispondi għall-każ speċifiku ta’ q = 0.
Din hija espressa bħala [EUR-Lex]fejn “d” jiċċara l-użu tagħha għal operazzjonijiet ta’ tluq, u jinħadem hekk:
fejn α2 = λ / dλ.
Din il-forma partikolari tal-frazzjoni tal-ħoss tintuża flimkien mal-funzjoni tad-direttività tal-bidu tat-tidwir, li l-applikazzjoni tagħha hija spjegata aktar fit-taqsima ta’ hawn taħt.
Fil-każ partikolari ta’ pożizzjonijiet ta’ osservazzjoni li jinsabu quddiem kull segment tat-tidwir fuq l-art għal-landjar, tintuża forma mnaqqsa tal-frazzjoni tal-istorbju espressa fl-ekwazzjoni 2.7.45, li tikkorrispondi għall-każ speċifiku ta’ q = λ. Din hija espressa bħala Δ’F,a fejn “a”’ tiċċara l-użu tagħha għal operazzjonijiet ta’ wasliet, u tiġi kkalkulata bħala:
fejn α1 = -λ / dλ.
L-użu ta’ din il-forma, mingħajr l-applikazzjoni ta’ ebda aġġustament ulterjuri tad-direttività orizzontali (għall-kuntrarju ta’ pożizzjonijiet li jinsabu wara s-segmenti tat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ – ara t-taqsima dwar id-direttività tal-bidu tat-tidwir), impliċitament jassumi direttività orizzontali semiċirkolari quddiem is-segmenti tat-tidwir fuq l-art għal-landjar.
Il-funzjoni tad-direttività tal-bidu tat-tidwir Δ
SOR
L-istorbju tal-inġenji tal-ajru – speċjalment ta’ inġenji tal-ajru bil-ġett mgħammra b’magni ta’ proporzjon ta’ by-pass inferjuri – juri karatteristika ta’ radjazzjoni b’lobi fl-ark posterjuri, tipika ta’ storbju tal-egżost tal-ġett. Din il-karatteristika hija aktar evidenti aktar ma tiżdied il-veloċità tal-ġett u aktar ma tonqos il-veloċità tal-inġenju tal-ajru. Dan huwa ta’ importanza partikolari għal punti ta’ osservazzjoni wara l-bidu tat-tidwir, meta jkunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet. Dan l-effett jitqies minn funzjoni tad-direttività Δ
SOR
.
Il-funzjoni Δ
SOR
ġiet derivata minn diversi kampanji ta’ kejl tal-istorbju li użaw mikrofoni adegwatament pożizzjonati wara u maġenb l-SOR tal-inġenji tal-ajru ġett telqin.
L-Illustrazzjoni 2.7.r turi l-ġeometrija rilevanti. L-angolu ażimut ψ bejn l-assi lonġitudinali tal-inġenju tal-ajru u l-vettur tal-punt ta’ osservazzjoni huwa definit minn
Id-distanza relattiva q hija negattiva (ara l-Illustrazzjoni 2.7.j) b’tali mod li ψ ivarja bejn 90° relattiv għall-inġenju tal-ajru miexi ’l quddiem, u 180° fid-direzzjoni opposta.
[EUR-Lex]
Illustrazzjoni 2.7.r
Ġeometrija tal-osservatur tal-inġenju tal-ajru għal stima tal-korrezzjoni tad-direttività
Il-funzjoni Δ
SOR
tirrappreżenta l-varjazzjoni tal-istorbju ġenerali li joħroġ mit-tidwir fuq l-art għall-qtugħ imkejjel wara l-bidu tat-tidwir, b’mod relattiv għall-istorbju globali mit-tidwir fuq l-art għall-qtugħ imkejjel min-naħa tal-SOR, fl-istess distanza:
LTGR(dSOR, ψ) = LTGR(dSOR,90°) +ΔSOR(dSOR,ψ)(2.7.48)
fejn LTGR
(dSOR
,90°) huwa l-livell ta’ storbju ġenerali tat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ fid-distanza tal-punt dSOR
maġenb l-SOR. L-ΔSOR jiġi implimentat bħala aġġustament għal-livell tal-istorbju minn segment wieħed tat-trajettorja tat-titjira (eż. Lmax,seg jew LE,seg), kif deskritt fl-ekwazzjoni 2.7.28.
Il-funzjoni tad-direttività SOR, f’deċibel, għal inġenji tal-ajru b’ġett li jaħdmu b’turbofann tingħata permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:
Għal 90° ≤ Ψ < 180° allura:
Il-funzjoni tad-direttività tal-SOR, f’deċibel, għal inġenji tal-ajru li jaħdmu b’turboprop tingħata bl-ekwazzjoni li ġejja:
Għal 90° ≤ Ψ < 180° allura:
Jekk id-distanza dSOR
taqbeż id-distanza normalizzanti dSOR,0
, il-korrezzjoni tad-direttività tiġi mmultiplikata b’fattur ta’ korrezzjoni biex jittieħed kont tal-fatt li d-direttività ssir inqas evidenti fuq distanzi ikbar mill-inġenju tal-ajru; jiġifieri
Id-distanza normalizzanti dSOR,0
hija ta’ 762 m (2 500 pied).
Il-funzjoni Δ
SOR
deskritta hawn fuq tkopri l-aktar l-effett evidenti tad-direttività tal-porzjon inizjali tat-tidwir għall-qtugħ f’pożizzjonijiet wara l-SOR (għaliex huwa l-eqreb għar-riċevituri, bl-akbar proporzjon bejn il-veloċità tal-ġett u l-veloċità tal-inġenju tal-ajru). Madankollu, l-użu tal-Δ
SOR
hekk stabbilit huwa “ġeneralizzat” għal pożizzjonijiet wara kull segment tat-tidwir fuq l-art individwali għall-qtugħ, u b’hekk mhux biss wara l-punt tal-bidu tat-tidwir (fil-każ ta’ qtugħ). L-Δ
SOR stabbilit ma jiġix applikat għal pożizzjonijiet quddiem segmenti individwali tat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ, u lanqas ma jiġi applikat għal pożizzjonijiet wara jew quddiem segmenti individwali tat-tidwir fuq l-art għal-landjar.
Il-parametri dSOR
u Ψ jiġu kkalkulati b’rabta mal-bidu ta’ kull segment individwali ta’ tidwir fuq l-art. Il-livell ta’ event LSEG
għal pożizzjoni wara segment partikolari tat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ jew għal-landjar jiġi kkalkulat għall-konformità mal-formaliżmu tal-funzjoni Δ
SOR
: essenzjalment jiġi kkalkulat għall-punt ta’ referenza li jinsab maġenb il-punt tal-bidu tas-segment, fl-istess distanza dSOR
bħall-punt proprju, u jkompli jiġi aġġustat bil-funzjoni Δ
SOR
biex jinkiseb il-livell tal-event fil-punt proprju.
Nota: Il-formuli (2.7.53), (2.7.54) u (2.7.55) tneħħew fl-aħħar emenda ta’ dan l-Anness.
▼M2
Trattamenti Speċifiċi tas-Segmenti tat-Tidwir fuq l-Art, inkluża l-funzjoni tad-direttività tal-bidu tat-tidwir ΔSOR
Fil-każ ta' segmenti tat-tidwir fuq l-art, kemm għall-qtugħ kif ukoll għal-landjar, huma applikati trattamenti speċifiċi, li huma deskritti hawn taħt.
Il-funzjoni tad-direttività tal-bidu tat-tidwir ΔSOR
L-istorbju tal-inġenji tal-ajru bil-ġett — speċjalment dawk mgħammrin b'magni ta' proporzjon ta' by-pass inqas — juri mudell ta' radjazzjoni b'lobu fl-arkata li sejra lura, li hija karatteristika tal-istorbju tal-egżost tal-ġett. Dan il-mudell jidher iktar aktar ma togħla l-veloċità tal-ġett u iktar ma tkun baxxa l-veloċità tal-inġenju tal-ajru. Dan huwa ta' importanza speċjali għal postijiet tal-osservaturi li jinsabu wara l-bidu tat-tidwir, meta jkunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet. Dan l-effett jingħata kont permezz ta' funzjoni tad-direttività Δ
SOR
.
Il-funzjoni Δ
SOR
ġiet derivata minn bosta kampanji ta' kejl tal-istorbju billi ntużaw mikrofoni mqegħdin b'mod adegwat wara u maġenb l-SOR tal-inġenju tal-ajru ġett tielaq.
Il-Figura 2.7.r turi l-ġeometrija rilevanti. L-angolu tal-ażimut ψ bejn l-assi lonġitudinali tal-inġenju tal-ajru u l-vettur għall-osservatur huwa definit minn
Id-distanza relattiva q hija negattiva (ara l-Figura 2.7.j) b'tali mod li ψ ivarja minn 0° fid-direzzjoni tad-direzzjoni 'l quddiem tal-inġenju tal-ajru sa 180° fid-direzzjoni opposta.
Figura 2.7.r
Ġeometrija tal-osservatur tal-inġenju tal-ajru fuq l-art għal stima tal-korrezzjoni tad-direttività
[EUR-Lex]
Il-funzjoni Δ
SOR
tirrappreżenta l-varjazzjoni tal-istorbju ġenerali li joħroġ mit-tidwir fuq l-art għall-qtugħ imkejjel wara l-bidu tat-tidwir, b'mod relattiv għall-istorbju ġenerali mit-tidwir fuq l-art għall-qtugħ imkejjel min-naħa tal-SOR, fl-istess distanza:
|
LTGR(dSOR,ψ) = LTGR(dSOR,90°) + ΔSOR(dSOR,ψ)
|
(2.7.48)
|
fejn LTGR
(dSOR
,90°) huwa l-livell ta' storbju ġenerali tat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ iġġenerat mis-segmenti kollha tat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ fid-distanza tal-punt dSOR
maġenb l-SOR. F'distanzi dSOR
inqas minn distanza normalizzanti dSOR,0
, il-funzjoni tad-direttività tal-SOR tinkiseb permezz ta'
Jekk id-distanza dSOR
taqbeż id-distanza normalizzanti dSOR,0
, il-korrezzjoni tad-direttività tiġi mmoltiplikata b'fattur ta' korrezzjoni li jagħti kont lill-fatt li d-direttività tinħass inqas fuq distanzi ikbar mill-inġenju tal-ajru; jiġifieri
Id-distanza normalizzanti dSOR,0
hija ta' 762 m (2 500 ft).
Trattament tar-riċevituri li jinsabu wara kull segment ta' tidwir fuq l-art għall-qtugħ u l-landjar
Il-funzjoni Δ
SOR
deskritta hawn fuq tkopri l-iktar l-effett maħsus tad-direttività tas-sehem inizjali tat-tidwir għall-qtugħ fil-postijiet li jinsabu wara l-SOR (għaliex huwa l-eqreb għar-riċevituri, bl-ikbar proporzjon ta' veloċità tal-ġett għall-veloċità tal-inġenju tal-ajru). Madankollu, l-użu tal-hekk stabbilita Δ
SOR
huwa “ġġeneralizzat” għal pożizzjonijiet wara kull segment tat-tidwir fuq l-art individwali — kemm għall-qtugħ kif ukoll għal-landjar –, u b'hekk mhux biss wara l-punt tal-Bidu tat-Tidwir (fil-każ tal-qtugħ).
Il-parametri dS
u ψ huma kkalkolati b'rabta mal-bidu ta' kull segment tat-tidwir fuq l-art individwali.
Il-livell tal-event Lseg
għal post wara segment tat-tidwir fuq l-art partikolari għall-qtugħ jew il-landjar huwa kkalkolat biex jikkonforma mal-formaliżmu tal-funzjoni Δ
SOR
: essenzjalment huwa kkalkolat għall-punt ta' referenza li jinsab maġenb il-punt tal-bidu tas-segment, fl-istess distanza dS
bħall-punt proprju, u jkompli jiġi aġġustat b'Δ
SOR
biex jinkiseb il-livell tal-event fil-punt proprju.
Dan ifisser li t-termini ta' korrezzjoni differenti fl-ekwazzjonijiet ta' hawn taħt għandhom jużaw il-parametri ġeometriċi li jikkorrispondu għal dan il-punt ta' referenza li jinsab maġenb il-punt ta' bidu
|
Lmax,seg = Lmax(P,d = ds) + ΔI(φ) – Λ(β,l = ds) + ΔSOR
|
(2.7.53)
|
|
LE,seg = LE,∞(P,d = ds) + ΔV + ΔI(φ) – Λ(β,l = ds) + Δ′F + ΔSOR
|
(2.7.54)
|
fejn Δ′
F
hija l-forma mnaqqsa tal-frazzjoni tal-istorbju espressa fl-ekwazzjoni (2.7.46) għall-każ ta' q = 0 (peress li l-punt ta' referenza jinsab maġenb il-punt ta' bidu) u filwaqt li jitfakkar li dλ għandha tiġi kkalkolata billi tintuża dS
(u mhux dp
):
2.7.20.
Il-livell ta' storbju ta' event L ta' moviment ta' inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali
Il-metodu deskritt fis-sezzjoni 2.7.19 huwa applikabbli għal inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali b'magna bl-iskrun meta jiġu ttrattati bħala inġenji tal-ajru bl-iskrun fir-rigward tal-effetti tal-installazzjoni tal-magna.
Id-database tal-ANP tinkludi entrati għal bosta inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali. Filwaqt li spiss dawn ikunu l-iktar inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali komuni operattivi, jista' jkun hemm okkażjonijiet li fihom ikun xieraq li tintuża dejta addizzjonali.
Meta l-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali speċifiċi la ma jkunux magħrufin u lanqas ma jkunu fid-database tal-ANP, huwa rrakkomandat li tintuża d-dejta iktar ġenerika tal-inġenji tal-ajru, GASEPF u GASEPV rispettivament. Dawn is-settijiet ta' dejta jirrappreżentaw inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali żgħar b'magna żgħira li għandhom skrun b'inċidenza fissa u dawk b'inċidenza varjabbli rispettivament. It-tabelli tal-entrati huma ppreżentati fl-anness I (tabelli I-11 I-17)
2.7.21.
Metodu għall-Kalkolu tal-Istorbju tal-Ħelikopter
Għall-kalkolu tal-istorbju tal-ħelikopter, jista' jintuża l-istess metodu ta' kalkolu użat għal inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi (spjegat fis-sezzjoni 2.7.14), diment li l-ħelikopters jiġu ttrattati bħala inġenji tal-ajru bl-iskrun u ma jiġux applikati l-effetti tal-installazzjoni tal-magna assoċjati ma' inġenji tal-ajru ġett. It-tabelli tal-entrati għal żewġ settijiet ta' dejta differenti huma ppreżentati fl-Anness I (tabelli I-18 I-27).
2.7.22.
Storbju assoċjat ma' Operazzjonijiet ta' Ttestjar tal-Magna (Run-Up), taxiing u unitajiet ta' potenza awżiljarja
F'dawn il-każijiet li fihom jitqies li jridu jiġu mmudellati l-istorbju assoċjat mal-ittestjar tal-magna u l-unitajiet ta' potenza awżiljarja, dawn jiġu mmudellati skont il-kapitlu dwar l-istorbju industrijali. Għad li normalment dan ma jkunx il-każ, l-istorbju mit-testijiet tal-magna tal-inġenji tal-ajru (kultant imsejħin “run-ups tal-magna”) fl-ajruporti jistgħu jikkontribwixxu għall-impatti tal-istorbju. Normalment jitwettqu għal skopijiet ta' inġinerija sabiex tiġi vverifikata l-prestazzjoni tal-magna, filwaqt li l-inġenji tal-ajru jiġu pożizzjonati f'żona sikura lil hinn minn bini, inġenji tal-ajru, movimenti veikolari u/jew tal-persunal sabiex tiġi evitata kwalunkwe ħsara relatata mal-blast tal-ġett.
Għal raġunijiet ta' sikurezza u kontroll tal-istorbju addizzjonali, l-ajruporti, b'mod partikolari dawk b'faċilitajiet ta' manutenzjoni li jistgħu jwasslu għal testijiet spissi tal-magni, jistgħu jinstallaw l-hekk imsejħin “noise pens”, interkjużuri b'rażżani tal-ħoss bi 3 naħat iddiżinjati b'mod speċjali għad-devjazzjoni u d-dissipazzjoni tal-blast u l-istorbju tal-ġettijiet. L-investigazzjoni tal-impatt tal-istorbju tat-tali faċilitajiet, li jista' jkompli jiġi attenwat u jitnaqqas bl-użu ta' imbankmenti addizzjonali jew ċnut sostanzjali li jostakolaw storbju, titwettaq l-aħjar billi n-noise pen tiġi ttrattata bħala sors ta' storbju industrijali u jintuża mudell xieraq ta' propagazzjoni ta' storbju u ħoss.
2.7.23.
Kalkolu tal-livelli kumulattivi
Is-Sezzjonijiet 2.7.14 sa 2.7.19 jiddeskrivu l-kalkolu tal-livell ta' ħoss u tal-istorbju ta' event ta' moviment wieħed tal-inġenju tal-ajru f'post wieħed tal-osservatur. L-espożizzjoni totali għall-istorbju fil-post hija kkalkolata billi jingħaddu l-livelli tal-event tal-movimenti kollha tal-inġenji tal-ajru li huma sinifikanti għall-istorbju, jiġifieri l-movimenti kollha, f'direzzjoni 'l ġewwa jew 'il barra, li jinfluwenzaw il-livell kumulattiv.
2.7.24.
Livelli ekwivalenti ta' pressjoni tal-ħoss ponderat
Il-livelli ekwivalenti ta' pressjoni tal-ħoss ponderat għall-ħin, li jagħtu kont lill-enerġija sinifikanti riċevuta kollha tal-ħoss, għandhom jinkisbu b'mod ġeneriku mill-formula
L-għadd isir għall-eventi ta' storbju N kollha matul il-perjodu ta' żmien T
0 li għalih japplika l-indiċi tal-istorbju. LE,i
huwa l-livell ta' espożizzjoni għall-istorbju ta' event wieħed tal-event ta' storbju numru i. gi
huwa l-fattur ta' ponderazzjoni dipendenti fuq il-ħin tal-ġurnata (normalment iddefinit mill-perjodi ta' jum, filgħaxija u lejl). Effettivament, gi
huwa moltiplikatur għan-numru ta' titjiriet li jseħħu matul il-perjodi speċifiċi. Il-kostanti C jista' jkollu tifsiriet differenti (kostanti normalizzanti, aġġustament staġjonali, eċċ.).
L-użu tar-relazzjoni
[EUR-Lex]
fejn Δi hija l-ponderazzjoni f'deċibel għall-perjodu numru i, l-ekwazzjoni 2.7.56 tista' tiġi mmodifikata sabiex issir hekk
jiġifieri l-ponderazzjoni tal-ħin tal-ġurnata jintwera permezz ta' kumpens tal-livell addittiv.
2.7.25.
In-numru ponderat ta' operazzjonijiet
Il-livell kumulattiv ta' storbju huwa stmat billi jingħaddu l-kontribuzzjonijiet mit-tipi jew il-kategoriji differenti kollha ta' inġenji tal-ajru li jużaw ir-rotot tat-titjira differenti li jsawru x-xenarju tal-ajruport.
Biex jiġi deskritt dan il-proċess ta' għadd, huma introdotti s-sottoskritti li ġejjin:
|
i
|
l-indiċi għat-tip jew kategoriji ta' inġenju tal-ajru
|
|
j
|
l-indiċi għat-trajjettorja jew is-subtrajjettorja tat-titjira (jekk huma ddefiniti subtrajjettorji)
|
|
k
|
l-indiċi għas-segment tat-trajjettorja tat-titjira
|
Ħafna indiċijiet tal-istorbju — speċjalment il-livelli ekwivalenti ta' pressjoni tal-ħoss — jinkludu l-fatturi ta' ponderazzjoni tal-ħin tal-ġurnata gi
fid-definizzjoni tagħhom (ekwazzjoni 2.7.56 u 2.7.57).
Il-proċess tal-għadd jista' jiġi ssimplifikat billi jiddaħħal “numru ponderat ta' operazzjonijiet”
|
Mij
= (gday · Nij,day + gevening · Nij,evening + gnight · Nij,night
)
|
(2.7.58)
|
Il-valuri Nij
jirrappreżentaw in-numri ta' operazzjonijiet tat-tip/kategorija tal-inġenji tal-ajru i fuq it-trajjettorja (jew subtrajjettorja) j matul il-perjodu tal-ġurnata, filgħaxija u billejl rispettivament (
28
).
Mill-ekwazzjoni (2.7.57) il-livell ta' pressjoni tal-ħoss kumulattiv ekwivalenti (ġeneriku) Leq
fil-punt ta' osservazzjoni (x,y) huwa
T
0 huwa l-perjodu ta' żmien ta' referenza. Minbarra l-fatturi ta' ponderazzjoni gi
jiddependi wkoll fuq id-definizzjoni speċifika tal-indiċi ponderat użat (eż. LDEN
). LE,ijk
hija l-kontribuzzjoni tal-livell ta' storbju ta' event wieħed mis-segment k tat-trajjettorja jew subtrajjettorja j għal operazzjoni ta' inġenju tal-ajru tal-kategorija i. L-istima ta' LE,ijk
hija deskritta f'dettall fis-sezzjonijiet 2.7.14 sa 2.7.19.
2.7.26.
Kalkolu standard tal-grilja u rfinar
Meta l-kontorni tal-istorbju jinkisbu permezz ta' interpolazzjoni bejn il-valuri tal-indiċi f'punti tal-grilja bi spazju rettangolari, il-preċiżjoni tagħhom tiddependi fuq l-għażla tal-ispazjar tal-grilja (jew id-daqs tax-xibka) ΔG
, speċjalment fi ħdan iċ-ċelloli fejn il-gradjenti l-kbar fid-distribuzzjoni spazjali tal-indiċi jikkaġunaw kurvatura dejqa tal-kontorni (ara l-Figura 2.7.s). L-iżbalji fl-interpolazzjoni jitnaqqsu b'tidjiq tal-ispazjar tal-grilja, iżda peress li dan iżid in-numru ta' punti tal-grilja, hekk ukoll jiżdied il-ħin tal-kalkolu. L-ottimizzazzjoni tax-xibka tal-grilja regolari tinvolvi l-ibbilanċjar tal-preċiżjoni tal-immudellar u l-ħin operattiv.
Figura 2.7.s
Grilja standard u rfinar tal-grilja
[EUR-Lex]
Titjib ċar fl-effiċjenza tal-kalkolu li jforni riżultati iktar preċiżi huwa li tintuża grilja irregolari biex tiġi rfinata l-interpolazzjoni fiċ-ċelloli kritiċi. It-teknika, murija fil-Figura 2.7.s, hija li x-xibka tiddejjaq lokalment, biex il-parti l-kbira tal-grilja tibqa' kif inhi. Dan malajr isir u jinkiseb billi jittieħdu l-passi li ġejjin:
1.
Definizzjoni tad-differenza tal-limitu ta' rfinar ΔLR
għall-indiċi tal-istorbju.
2.
Kalkolu tal-grilja bażika għal spazjar ΔG
.
3.
Kontroll tad-differenzi ΔL tal-valuri tal-indiċi bejn in-nodi tal-grilja biswit.
4.
Jekk hemm xi differenzi ΔL > ΔLR,
definizzjoni ta' grilja ġdida bi spazjar ΔG
/2 u stima tal-livelli għan-nodi l-ġodda bil-mod li ġej:
| Jekk |
|
|
ΔL ≤ ΔLR
|
| ikkalkila l-valur il ġdid |
|
|
b'interpolazzjoni lineari minn dawk biswit
|
|
ΔL > ΔLR
|
kompletament mill-ġdid mid-deta mdaħħla bażika
|
5.
Ripetizzjoni tal-passi 1–4 sakemm id-differenzi kollha jkunu inqas mid-differenza limitu.
6.
Stima tal-kontorni b'interpolazzjoni lineari.
Jekk il-medda ta' valuri tal-indiċi trid tiġi aggregata ma' oħrajn (eż. meta jiġu kkalkolati indiċijiet ponderati bl-għadd ta' kontorni separati għal matul il-jum, filgħaxija u billejl), trid tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-grilji separati huma l-istess.
2.7.27.
Użu ta' grilji mdawrin
F'ħafna każijiet prattiċi, il-vera forma ta' kontorn tal-istorbju għandha t-tendenza li tkun simmettrika fuq trajjettorja tal-art. Madankollu, jekk id-direzzjoni ta' din it-trajjettorja ma tkunx allinjata mal-grilja tal-kalkolu, dan jista' jirriżulta f'forma asimmetrika tal-kontorn.
Figura 2.7.t
Użu ta' grilja mdawra
[EUR-Lex]
Mod sempliċi biex jiġi evitat dan l-effett huwa li titnaqqas il-grilja. Madankollu dan iżid il-ħin ta' kalkolu. Soluzzjoni iktar eleganti hija r-rotazzjoni tal-grilja ta' kalkolu sabiex id-direzzjoni tagħha ssir parallela għat-trajjettorji ewlenin tal-art (jiġifieri normalment paralleli għar-runway ewlenija). Il-Figura 2.7.t turi l-effett ta' rotazzjoni tal-grilja bħal din fuq il-forma tal-kontorn.
2.7.28.
Traċċar tal-kontorni
Algoritmu ferm effiċjenti fil-ħin li jelimina l-ħtieġa ta' kalkolu ta' medda sħiħa ta' grilja ta' valuri tal-indiċi askapitu ta' kumplessità ftit ikbar fil-kalkolu huwa li jiġi ttraċċat il-passaġġ tal-kontorn, punt, punt. Din l-għażla teħtieġ li jittieħdu u jiġu ripetuti żewġ passi bażiċi (ara l-Figura 2.7.u):
Figura 2.7.u
Kunċett ta' algoritmu ta' traċċar
[EUR-Lex]
L-ewwel pass huwa li jinstab l-ewwel punt P1
fuq il-kontorn. Dan isir billi jiġu kkalkolati l-livelli tal-indiċi tal-istorbju L fi stadji ekwidistanti tul “raġġ ta' tiftix” li huwa mistenni jaqsam il-kontorn meħtieġ tal-livell LC
. Meta jinqasam il-kontorn, id-differenza δ = LC – L tibdel is-sinjal. Jekk iseħħ hekk, il-wisa' tal-istadju tul ir-raġġ tonqos bin-nofs u d-direzzjoni tat-tiftix titreġġa' lura. Dan isir sakemm δ issir inqas minn limitu ta' preċiżjoni predefinita.
It-tieni pass, li jibqa' jiġi ripetut sakemm il-kontorn jiġi definit kif suppost, huwa li jinstab il-punt li jmiss fuq il-kontorn LC
— li huwa f'distanza speċifika tal-linja dritta speċifikata r mill-punt attwali. Matul l-istadji angolari konsekuttivi, il-livelli tal-indiċi u d-differenzi δ huma kkalkolati fi tmiem il-vetturi li jiddeskrivu arkata b'raġġ r. Billi b'mod simili jitnaqqsu bin-nofs u jitreġġgħu lura ż-żidiet, din id-darba fid-direzzjonijiet tal-vettur, il-punt ta' kontorn li jmiss jiġi stabbilit fi ħdan preċiżjoni predefinita.
Figura 2.7.v
Parametri ġeometriċi li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-algoritmu tat-traċċar
[EUR-Lex]
Għandhom jiġu imposti ċerti restrizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-kontorn huwa stmat bi grad suffiċjenti ta' preċiżjoni (ara l-Figura .2.7.v):
1.
It-tul tal-korda Δc (id-distanza bejn iż-żewġ punti ta' kontorn) għandu jkun fi ħdan intervall [Δcmin, Δcmax
], eż. [10 m, 200 m].
2.
Il-proporzjon tat-tul bejn iż-żewġ kordi biswit xulxin ta' tul Δcn
u Δcn + 1
għandu jkun limitat, eż. 0,5 < Δcn
/Δcn + 1
< 2.
3.
Jekk it-tul tal-korda joqgħod tajjeb mal-kurvatura tal-kontorn, għandha tiġi ssodisfata l-kundizzjoni li ġejja:
Φn
· max(Δcn – 1
, Δcn
) ≤ ε(ε≈ 15 m)
fejn f
n
hija d-differenza fid-direzzjonijiet tal-kordi.
L-esperjenza b'dan l-algoritmu għallmet li, bħala medja, iridu jiġu kkalkolati bejn 2 u 3 valuri tal-indiċi biex jiġi stabbilit punt ta' kontorn bi preċiżjoni ta' iktar minn 0,01 dB.
Speċjalment meta jridu jiġi kkalkolati kontorni kbar, dan l-algoritmu jħaffef il-ħin tal-kalkolu b'mod drammatiku. Madankollu, ta' min jinnota li l-implimentazzjoni tiegħu teħtieġ esperjenza, speċjalment meta kontorn jiġi disaggregat f'taqsimiet separati.
▼M6
2.8.
Esponiment għall-istorbju
Determinazzjoni taż-żona esposta għall-istorbju
Il-valutazzjoni taż-żona esposta għall-istorbju hija bbażata fuq punti ta’ valutazzjoni tal-istorbju f’4 m ± 0,2 ’il fuq mill-art, li jikkorrispondu għall-punti riċeventi kif definiti f’2.5, 2.6 u 2.7, ikkalkulati fuq grilja għal sorsi individwali.
Il-punti tal-grilja li jinsabu ġewwa binjiet għandhom jiġu assenjati riżultat tal-livell tal-istorbju billi jiġu assenjati l-punti riċeventi tal-istorbju fil-qrib l-aktar silenzjużi barra l-binjiet, ħlief għall-istorbju mill-inġenji tal-ajru fejn il-kalkolu jsir mingħajr ma titqies il-preżenza ta’ binjiet u f’liema każ jintuża direttament il-punt riċevitur tal-istorbju li jinsab f’bini.
Skont ir-riżoluzzjoni tal-grilja, l-erja korrispondenti tiġi assenjata għal kull punt ta’ kalkolu fil-grilja. Pereżempju, fil-każ ta’ grilja ta’ 10 m x 10 m, kull punt ta’ valutazzjoni jirrappreżenta żona ta’ 100 metru kwadru li hija esposta għal-livell tal-istorbju kkalkulat.
Assenjazzjoni ta’ punti ta’ valutazzjoni tal-istorbju lil binjiet li ma jkunx fihom abitazzjonijiet
Il-valutazzjoni tal-esponiment tal-binjiet li ma fihomx abitazzjonijiet bħal pereżempju skejjel u sptarijiet għall-istorbju hija bbażata fuq punti ta’ valutazzjoni tal-istorbju ta’ 4 ± 0,2 m ’il fuq mill-art, li jikkorrispondu għall-punti riċeventi kif definiti f’2.5, 2.6 u 2.7
Għall-valutazzjoni tal-binjiet li ma jkunx fihom abitazzjonijiet u li jkunu esposti għall-istorbju tal-inġenji tal-ajru, kull bini huwa assoċjat mal-punt tar-riċevitur tal-istorbju l-aktar storbjuż li jinsab fil-bini nnifsu jew, jekk ma jkunx preżenti, fil-grilja ta’ madwar il-bini.
Għall-valutazzjoni tal-binjiet li ma jkunx fihom abitazzjonijiet u li jkunu esposti għal sorsi ta’ storbju bbażati fuq l-art, il-punti riċeventi jitqiegħdu madwar 0,1 m quddiem il-faċċata tal-bini. Ir-riflessjonijiet mill-faċċata li tkun qed tiġi kkunsidrata għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu. Il-bini mbagħad jiġi assoċjat mal-punt riċeventi l-aktar storbjuż fuq il-faċċati tiegħu.
Determinazzjoni tal-abitazzjonijiet u tal-abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet esposti għall-istorbju
Għall-valutazzjoni tal-esponiment ta’ abitazzjonijiet u ta’ abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet għall-istorbju, għandhom jitqiesu biss binjiet residenzjali. L-ebda abitazzjoni jew abitant ma għandu jiġi assenjat lil binjiet oħra mingħajr użu residenzjali bħal binjiet li jintużaw esklussivament bħala skejjel, sptarijiet, uffiċċji jew fabbriki. L-assenjazzjoni tal-abitazzjonijiet u tal-abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet għall-binjiet residenzjali għandha tkun ibbażata fuq l-aħħar data uffiċjali (skont ir-regolamenti rilevanti tal-Istati Membri).
L-għadd ta’ abitazzjonijiet u abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet f’binjiet residenzjali huma parametri intermedji importanti għall-istima tal-esponiment għall-istorbju. Sfortunatament, data dwar dawn il-parametri mhux dejjem tkun disponibbli. Hawn taħt, huwa speċifikat kif dawn il-parametri jistgħu jinkisbu minn data aktar faċilment disponibbli.
Is-simboli użati f’dawn li ġejjin huma:
BA = l-erja bażi tal-bini
DFS = l-ispazju tal-art tal-abitazzjoni
DUFS = l-ispazju tal-art tal-unità tal-abitazzjoni
H = l-għoli tal-bini
FSI = l-ispazju tal-art tal-abitazzjoni għal kull abitant li jgħix f’abitazzjoni
Dw = l-għadd ta’ abitazzjonijiet
Inh = l-għadd ta’ abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet
NF = l-għadd ta’ sulari
V = = il-volum ta’ binjiet residenzjali
Għall-kalkolu tal-għadd ta’ abitazzjonijiet u ta’ abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet, għandhom jintużaw il-proċedura tal-Każ 1 jew inkella l-proċedura tal-Każ 2 li ġejjin, skont id-disponibbiltà tad-data.
Każ 1: id-data dwar l-għadd ta’ abitazzjonijiet u ta’ abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet hija disponibbli
1A:
L-għadd ta’ abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet huwa magħruf jew ġie stmat abbażi tal-għadd ta’ unitajiet ta’ abitazzjoni. F’dan il-każ l-għadd ta’ abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet għal bini partikolari huwa s-somma tal-għadd ta’ abitanti fl-unitajiet ta’ abitazzjoni kollha fil-bini:
1B:
L-għadd ta’ abitazzjonijiet jew abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet huwa magħruf biss għal entitajiet akbar minn binja, eż. żoni ta’ enumerazzjoni, blokok fi bliet, f’distretti jew saħansitra muniċipalità sħiħa. F’dan il-każ l-għadd ta’ abitazzjonijiet u ta’ abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet f’bini jiġi stmat abbażi tal-volum tal-bini:
L-indiċi “total” hawnhekk jirreferi għall-entità rispettiva kkunsidrata. Il-volum tal-bini jiġi kkalkulat bil-multiplikazzjoni tal-erja tal-bażi tiegħu u l-għoli tiegħu:
|
Vbuilding = BAbuilding
x Hbuilding
|
(2.8.3)
|
Jekk l-għoli tal-bini ma jkunx magħruf, għandu jiġi stmat abbażi tal-għadd ta’ sulari NFbuilding
, billi jiġi supponut għoli medju ta’ 3 m kull sular:
|
Hbuilding = NFbuilding
x 3m
|
(2.8.4)
|
Jekk lanqas l-għadd ta’ sulari ma jkun magħruf, għandu jintuża valur prestabbilit għall-għadd ta’ sulari, rappreżentattiv għad-distrett jew għall-borough. Il-volum totali ta’ binjiet residenzjali fl-entità kkunsidrata Vtotal
jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-volumi tal-binjiet residenzjali kollha fl-entità:
(2.8.5)
Każ 2: ma hemm l-ebda data disponibbli dwar l-għadd ta’ abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet
F’dan il-każ, l-għadd ta’ abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet jiġi stmat abbażi tal-ispazju medju tal-art tal-abitazzjoni għal kull abitant f’FSI. Jekk dan il-parametru ma jkunx magħruf, għandu jintuża valur prestabbilit.
2A:
L-ispazju tal-art tal-abitazzjoni huwa magħruf abbażi tal-unitajiet ta’ abitazzjoni.
F’dan il-każ l-għadd ta’ abitanti f’kull unità ta’ abitazzjoni huwa stmat kif ġej:
L-għadd totali ta’ abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet għall-bini partikolari issa jista’ jiġi stmat bħal fil-Każ 1A.
2B:
L-ispazju tal-art tal-abitazzjoni huwa magħruf għall-binja sħiħa, jiġifieri s-somma tal-ispazji tal-art tal-abitazzjoni tal-unitajiet ta’ abitazzjoni kollha fil-bini hija magħrufa.
F’dan il-każ, l-għadd ta’ abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet huwa stmat kif ġej:
2C:
L-ispazju tal-art tal-abitazzjoni huwa magħruf biss għal entitajiet akbar minn bini, eż. żoni ta’ enumerazzjoni, blokok tal-bliet, f’distretti jew saħansitra muniċipalità sħiħa.
F’dan il-każ l-għadd ta’ abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet għal bini partikolari jiġi stmat abbażi tal-volum tal-bini kif deskritt fil-Każ 1B u l-għadd totali ta’ abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet jiġi stmat kif ġej:
2D:
L-ispazju tal-art tal-abitazzjoni mhuwiex magħruf.
F’dan il-każ l-għadd ta’ abitanti għal bini partikolari jiġi stmat kif deskritt fil-Każ 2B u l-ispazju tal-art tal-abitazzjoni jiġi stmat kif ġej:
(2.8.9)
|
DFSbuilding = BAbuilding
x 0,8 x NFbuilding
|
(2.8.9)
|
Il-fattur 0,8 huwa l-fattur ta’ konverżjoni erja tal-art gross → spazju tal-art tal-abitazzjoni. Jekk ikun magħruf li hemm fattur differenti li jirrappreżenta l-erja, dan għandu jintuża minflok u jiġi ddokumentat b’mod ċar. Jekk l-għadd ta’ sulari tal-bini ma jkunx magħruf, għandu jiġi stmat abbażi tal-għoli tal-bini, Hbuilding
, li tipikament jirriżulta f’numru mhux sħiħ ta’ sulari:
Jekk la l-għoli tal-bini u lanqas l-għadd ta’ sulari ma jkun magħruf, għandu jintuża valur prestabbilit għall-għadd ta’ sulari li jirrappreżenta d-distrett jew il-borough.
Assenjazzjoni ta’ punti ta’ valutazzjoni tal-istorbju lill-abitazzjonijiet u lill-abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet
Il-valutazzjoni tal-esponiment tal-abitazzjonijiet, u tal-abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet, għall-istorbju hija bbażata fuq punti ta’ valutazzjoni tal-istorbju ta’ 4 ± 0,2 m ’il fuq mill-art, li jikkorrispondu għall-punti riċeventi kif definit f’2.5, 2.6 u 2.7.
Għall-kalkolu tal-għadd ta’ abitazzjonijiet u abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet għall-istorbju mill-inġenji tal-ajru, l-abitazzjonijiet u l-abitanti kollha f’bini huma assoċjati mal-punt riċeventi tal-istorbju l-aktar storbjuż li jaqa’ fl-abitazzjoni nnifsha jew, jekk mhux preżenti, fuq il-grilja ta’ madwar il-bini.
Għall-kalkolu tal-għadd ta’ abitazzjonijiet u abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet għal sorsi ta’ storbju bbażati fuq l-art, il-punti riċeventi jitqiegħdu madwar 0,1 m quddiem il-faċċati ta’ binjiet residenzjali. Ir-riflessjonijiet mill-faċċata li tkun qed tiġi kkunsidrata għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu. Biex jiġu lokalizzati l-punti riċeventi għandhom jintużaw il-proċedura tal-Każ 1 jew inkella l-proċedura tal-Każ 2 li ġejjin.
Każ 1: faċċati maqsuma f’intervalli regolari fuq kull faċċata
[EUR-Lex]
Illustrazzjoni 2.8.a
Eżempju tal-pożizzjoni ta’ punti riċeventi madwar bini skont il-proċedura tal-Każ 1
(a)
Is-segmenti b’tul ta’ iktar minn 5 m jinqasmu f’intervalli regolari tal-itwal tul possibbli, iżda ta’ mhux aktar minn 5 m. Il-punti riċeventi jitqiegħdu fin-nofs kull intervall regolari.
(b)
Is-segmenti li jifdal ta’ iktar minn 2,5 m huma rappreżentati minn punt riċeventi wieħed fin-nofs ta’ kull segment.
(c)
Is-segmenti biswit li jifdal b’tul totali ta’ aktar minn 5 m jitqiesu bħala oġġetti polilinja b’mod simili kif deskritt f’a) u b).
Każ 2: faċċati maqsuma f’distanza stabbilita mill-bidu tal-poligonu
[EUR-Lex]
Illustrazzjoni 2.8.b
Eżempju tal-pożizzjoni ta’ punti riċeventi madwar bini skont il-proċedura tat-Tieni Każ
(a)
Il-faċċati jiġu kkunsidrati separatament jew jinqasmu kull 5 m mill-pożizzjoni tal-bidu lil hinn, bil-pożizzjoni tar-riċevitur imqiegħda f’nofs id-distanza mill-faċċata jew mis-segment ta’ 5 m
(b)
Is-sezzjoni li jifdal għandha l-punt riċeventi tagħha fil-punt tan-nofs tagħha.
Assenjazzjoni ta’ abitazzjonijiet u ta’ abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet għall-punti riċeventi
Fejn ikun hemm informazzjoni disponibbli dwar il-lokazzjoni ta’ abitazzjonijiet fi ħdan l-impronti tal-bini, dik l-akkomodazzjoni u l-abitanti tagħha jiġu assenjati lill-punt riċeventi fl-aktar faċċata esposta ta’ dik l-akkomodazzjoni. Pereżempju, għal djar li ma jmissux ma’ bini ieħor, għal djar li kważi maqtugħa għalihom u terrace houses, jew appartamenti, fejn id-diviżjoni interna tal-bini tkun magħrufa, jew għal binjiet b’daqs tal-art li jindika abitazzjoni waħda f’kull pjan; jew għal binjiet b’daqs tal-art u għoli li jindikaw abitazzjoni waħda f’kull bini.
Meta ma jkunx hemm informazzjoni disponibbli dwar il-lokazzjoni tal-abitazzjonijiet fl-impronti tal-bini kif spjegat hawn fuq, għandu jintuża wieħed miż-żewġ metodi li ġejjin, skont kif ikun xieraq, fuq bażi ta’ bini bini sabiex jiġi stmat l-esponiment għall-istorbju tal-abitazzjonijiet u tal-abitanti fil-binjiet.
a)
L-informazzjoni disponibbli turi li l-abitazzjonijiet huma rranġati f’bini ta’ appartamenti b’tali mod li għandhom faċċata waħda esposta għall-istorbju
F’dan il-każ, l-allokazzjoni tal-għadd ta’ abitazzjonijiet u ta’ abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet għall-punti riċeventi għandha tkun ippeżata skont it-tul tal-faċċata rappreżentata skont il-proċedura tal-Każ 1 jew tal-Każ 2, sabiex is-somma tal-punti riċeventi kollha tirrappreżenta l-għadd totali ta’ abitazzjonijiet u ta’ abitanti assenjati għall-bini.
b)
L-informazzjoni disponibbli turi li l-abitazzjonijiet huma rranġati f’bini ta’ appartamenti b’tali mod li għandhom aktar minn faċċata waħda esposta għall-istorbju, jew ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar l-ammont ta’ faċċati tal-abitazzjonijiet esposti għall-istorbju.
F’dan il-każ, għal kull bini, is-sett ta’ pożizzjonijiet ta’ riċevituri assoċjati għandu jinqasam f’nofs ta’ isfel u nofs ta’ fuq abbażi tal-valur medjan (
29
) tal-livelli ta’ valutazzjoni kkalkulati għal kull bini.
Fil-każ ta’ għadd fard ta’ punti riċeventi, il-proċedura tiġi applikata u tiġi eskluża l-pożizzjoni tar-riċevitur bl-iktar livell baxx ta’ storbju.Għal kull punt riċeventi fin-nofs ta’ fuq tas-sett tad-data, l-għadd ta’ abitazzjonijiet, u l-abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet, għandhom jiġu distribwiti b’mod ugwali, sabiex is-somma tal-punti riċeventi kollha fin-nofs ta’ fuq tas-sett tad-data tirrappreżenta l-għadd totali ta’ abitazzjonijiet u abitanti. L-ebda abitazzjonijiet jew abitanti li jgħixu f’abitazzjonijiet ma jiġu assenjati għar-riċevituri fin-nofs ta’ isfel tas-sett tad-data
(
30
).
▼M2
3. DEJTA MDAĦĦLA
Id-dejta mdaħħla li trid tintuża kif xieraq b'rabta mal-metodi deskritti hawn fuq tingħata fl-Appendiċi F sal-Appendiċi I.
F'każijiet li fihom id-dejta mdaħħla pprovduta fl-Appendiċi F sal-Appendiċi I ma tkunx applikabbli jew tikkaġuna devjazzjonijiet mill-valur veru li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ippreżentati fi 2.1.2 u 2.6.2, jistgħu jintużaw valuri oħrajn, diment li l-valuri użati u l-metodoloġija użata biex jinkisbu jkunu ddokumentati biżżejjed, inkluż billi tintwera l-idoneità tagħhom. Din l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni pubblika.
4. METODI TA' KEJL
F'każijiet li, għal xi raġuni, isir xi kejl fihom, dawn għandhom ikunu konformi mal-prinċipji li jirregolaw il-kejliet medji fit-tul stipulati fl-ISO 1996-1:2003 u l-ISO 1996-2:2007 jew, għall-istorbju tal-inġenji tal-ajru, l-ISO 20906:2009.