+ANNESS III METODI TAL-ASSESSJAR GĦALL-EFFETTI TA’ ĦSARA
|
ANNESS III METODI TAL-ASSESSJAR GĦALL-EFFETTI TA’ ĦSARA
ANNESS III
METODI TAL-ASSESSJAR GĦALL-EFFETTI TA’ ĦSARA
(Imsemmija fl-Artikolu 6(3))
1.
Sett ta’ effetti ta’ ħsara
Għall-finijiet tal-valutazzjoni ta’ effetti ta’ ħsara għandu jitqies dan li ġej:
—
il-mard tal-qalb iskemiku (IHD) li jikkorrispondi mal-kodiċijiet BA40 sa BA6Z tal-klassifikazzjoni internazzjonali ICD-11 stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;
—
disturb kbir waqt l-irqad (HSD).
2.
Kalkolu tal-effetti ta’ ħsara
L-effetti ta’ ħsara għandhom jiġu kkalkulati permezz ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
—
ir-riskju relattiv (RR) ta’ effett ta’ ħsara ddefinit bħala
—
ir-riskju assolut (AR) ta’ effett ta’ ħsara ddefinit bħala
2.1.
IHD
Għall-kalkolu tal-RR, fir-rigward tal-effett ta’ ħsara tal-IHD u fir-rigward tar-rata ta’ inċidenza (i)„ għandhom jintużaw ir-relazzjonijiet ta’ doża-effett li ġejjin:
[EUR-Lex]
għall-ħsejjes fit-toroq.
2.2.
HA
Għall-kalkolu tal-AR, fir-rigward tal-effett ta’ ħsara tal-HA, għandhom jintużaw ir-relazzjonijiet ta’ doża-effett li ġejjin:
għall-ħsejjes fit-toroq;
għall-ħsejjes mill-ferroviji:
għall-ħsejjes mill-inġenji tal-ajru.
2.3.
HSD
Għall-kalkolu tal-AR, fir-rigward tal-effett ta’ ħsara tal-HSD għandhom jintużaw ir-relazzjonijiet ta’ doża-effett li ġejjin:
għall-ħsejjes fit-toroq;
għall-ħsejjes mill-ferroviji:
għall-ħsejjes mill-inġenji tal-ajru.
3.
Valutazzjoni ta’ effetti ta’ ħsara
|
3.1.
|
L-espożizzjoni tal-popolazzjoni għandha tiġi vvalutata indipendentement għal kull sors ta’ ħsejjes u effett ta’ ħsara. Fejn l-istess persuni jiġu simultanjament esposti għal sorsi differenti ta’ ħsejjes, l-effetti ta’ ħsara ma jistgħux — b’mod ġenerali — jiġu akkumulati. Madankollu, dawk l-effetti jistgħu jitqabblu sabiex tiġi vvalutata l-importanza relattiva ta’ kull ħoss.
|
|
3.2.
|
Valutazzjoni għall-IHD
|
3.2.1.
|
Għall-IHD fil-każ ta’ ħsejjes mill-ferroviji u mill-inġenji tal-ajru, il-popolazzjoni esposta ’l fuq mil-livelli adegwati ta’ Lden hija stmata li hija soġġetta għal riskju akbar ta’ IHD, filwaqt li n-numru eżatt N ta’ każijiet tal-IHD ma jistax jiġi kkalkulat.
|
|
3.2.2.
|
Għall-IHD fil-każ ta’ ħsejjes fit-toroq, il-proporzjon ta’ każijiet tal-effett ta’ ħsara speċifiku fil-popolazzjoni esposta għal RR ikkalkulata li ġiet ikkawżata minn ħsejjes ambjentali jiġi dderivat, għas-sors ta’ ħsejjes x (toroq), effett ta ħsara y (IHD) u għall-inċidenza i bi:
[EUR-Lex]
Fejn:
—
PAFx,y
hija l-frazzjoni li tista’ tiġi attribwita lill-popolazzjoni,
—
is-sett ta’ baned ta’ ħsejjes j huwa magħmul minn baned singoli mifruxa fuq massimu ta’ 5 dB (eż.: 50-51 dB, 51-52 dB, 52-53 dB, eċċ. jew 50-54 dB, 55-59 dB, 60-64 dB, eċċ.),
—
pj
huwa l-proporzjon tal-popolazzjoni totali P fiż-żona vvalutata li hija esposta għall-banda ta’ espożizzjoni j, li hija assoċjata ma’ RR speċifiku ta’ effett ta’ ħsara speċifiku RRj,x,y
. L- RRj,x,y
jiġi kkalkulat billi jiġu applikati l-formuli deskritti fil-punt 2 ta’ dan l-Anness, u jintuża l-valur ċentrali ta’ kull banda ta’ ħsejjes (eż.: skont id-disponibbiltà tad-data, f’50,5 dB għall-banda ta’ ħsejjes definita bejn 50–51 dB, jew 52 dB għall-banda ta’ ħsejjes 50–54 dB).
|
|
3.2.3.
|
Għall-IHD fil-każ ta’ ħsejjes fit-toroq, in-numru totali N tal-każijiet ta’ IHD (persuni affettwati mill-effett ta’ ħsara y; in-numru ta’ każijiet attribwibbli) minħabba s-sors x allura huwa:
Nx,y
= PAFx,y,i
* Iy
* P (Formula 11)
għat-toroq.
Fejn:
—
PAFx,y,i
huwa kkalkulat għall-inċidenza i,
—
Iy hija r-rata ta’ inċidenza tal-IHD fiż-żona li tkun qed tiġi vvalutata, li tista’ tinkiseb mill-istatistika dwar is-saħħa għar-reġjun jew għall-pajjiż fejn tinsab iż-żona li qed tiġi kkunsidrata,
—
P hija l-popolazzjoni totali taż-żona li qed tiġi vvalutata (is-somma tal-popolazzjoni fil-baned ta’ ħsejjes differenti).
|
|
|
3.3.
|
Fir-rigward tal-
HA u tal-HSD fil-każ ta’ ħsejjes fit-toroq, ħsejjes mill-ferroviji, u ħsejjes mill-inġenji tal-ajru, in-numru totali N ta’ persuni affettwati mill-effett ta’ ħsara y
(numru ta’ każijiet attribwibbli) dovut għas-sors x, għal kull kombinazzjoni tas-sorsi ta’ ħsejjes x (toroq, ferroviji jew inġenji tal-ajru) u għal kull effett ta’ ħsara y (HA, HSD), allura huwa:
[EUR-Lex]
Fejn:
—
ARx,y
huwa r-risku assolut (AR) tal-effett ta’ ħsara rilevanti (HA, HSD), u huwa kkalkulat billi jiġu applikati l-formuli stabbiliti fil-punt 2 ta’ dan l-Anness, u jintuża l-valur ċentrali ta’ kull banda ta’ ħsejjes (eż.: skont id-disponibbiltà tad-data, f’50,5 dB għall-banda ta’ ħsejjes definita bejn 50–51 dB, jew 52 dB għall-banda ta’ ħsejjes 50–54 dB),
—
nj
huwa n-numru ta’ persuni esposti għall-banda ta’ espożizzjoni j.
|
4.
Reviżjonijiet futuri
Ir-relazzjonijiet ta’ doża-effett introdotti bir-reviżjonijiet futuri ta’ dan l-Anness għandhom jikkonċernaw b’mod partikolari:
—
ir-relazzjoni bejn dwejjaq u L den, għal ħsejjes industrijali,
—
ir-relazzjoni bejn id-disturb tal-irqad u Lnight għal ħsejjes industrijali.
Jekk meħtieġ, relazzjonijiet speċifiċi ta’ doża-effett għandhom ikunu preżentati għal:
—
abitazzjonijiet b’insulazzjoni speċjali kontra l-ħsejjes kif definiti fl-Anness VI,
—
abitazzjonijiet b’ faċċata kwieta kif definiti fl-Anness VI,
—
klimi differenti/kulturi differenti,
—
gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni,
—
it-tonalità tal-ħsejjes industrijali,
—
il-ħsejjes industrijali impulsivi u każijiet speċjali oħrajn.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.07.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0049
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|