+REGOLAMENT (UE) Nru 598/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Suġġett, għanijiet u kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
------+Artikolu 1 3
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
------+Artikolu 2 (1)
------+Artikolu 2 (2)
------+Artikolu 2 (3)
------+Artikolu 2 (4)
------+Artikolu 2 (5)
------+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 3 Awtoritajiet kompetenti
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
---+Artikolu 4 Dritt ta’ appell
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
---+Artikolu 5 Regoli ġenerali dwar il-ġestjoni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 5 4
------+Artikolu 5 5
------+Artikolu 5 6
---+Artikolu 6 Regoli dwar l-istima tal-istorbju
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
------+Artikolu 6 3
------+Artikolu 6 4
---+Artikolu 7 Informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-istorbju
------+Artikolu 7 1
------+Artikolu 7 2
------+Artikolu 7 3
------+Artikolu 7 4
------+Artikolu 7 5
------+Artikolu 7 6
---+Artikolu 8 Regoli dwar l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi
------+Artikolu 8 1
------+Artikolu 8 2
------+Artikolu 8 3
------+Artikolu 8 4
---+Artikolu 9 Pajjiżi li qed jiżviluppaw
------+Artikolu 9 1
------+Artikolu 9 2
---+Artikolu 10 Eżenzjoniji għal operazzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru ta’ natura eċċezzjonali
------+Artikolu 10 2
------+Artikolu 10 (a)
------+Artikolu 10 (b)
---+Artikolu 11 Atti delegati
------+Artikolu 11 (a)
------+Artikolu 11 (b)
------+Artikolu 11 2
---+Artikolu 12 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 12 1
------+Artikolu 12 2
------+Artikolu 12 3
------+Artikolu 12 4
------+Artikolu 12 5
---+Artikolu 13 Informazzjoni u reviżjoni
------+Artikolu 13 2
------+Artikolu 13 3
---+Artikolu 14 Restrizzjonijiet fuq l-operat eżistenti
---+Artikolu 15 Tħassir
---+Artikolu 16 Dispożizzjonijiet transizzjonali
---+Artikolu 17 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I
------+1. L-impatt tal-istorbju tat-traffiku tal-ajru ser jiġi deskritti, mill-anqas, f’termini …
------+2. Jistgħu jintużaw indikaturi addizzjonali tal-istorbju li għandhom bażi oġġettiva.
------+1. Inventarju attwali
---------+1.1. Deskrizzjoni tal-ajruport, inkluża l-informazzjoni dwar id-daqs tiegħu, il-lok, l-inħawi …
---------+1.2. Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe objettiv ambjentali għall-ajruport u l-kuntest nazzjonali. Din ser …
---------+1.3. Id-dettalji tal-profili tal-istorbju għas-snin preċedenti rilevanti - inkluża valutazzjoni …
---------+1.4. Deskrizzjoni tal-miżuri eżistenti u ppjanati biex jiġi ġestit l-istorbju tal-inġenji tal-ajru …
------+2. Previżjoni mingħajr miżuri ġodda
---------+2.1. Deskrizzjonijiet tal-iżviluppi fl-ajruporti, jekk ikun hemm, li diġà ġew approvati u ppjanat …
---------+2.2. Fil-każ tal-estensjoni tal-kapaċità tal-ajruporti, il-benefiċċji li jirriżultaw jekk dik …
---------+2.3. Deskrizzjoni tal-effett fuq il-klima tal-istorbju mingħajr miżuri ulterjuri, u ta’ dawk …
---------+2.4. Profili tal-istorbju mbassra - inkluża stima tal-għadd ta’ nies li x’ aktarx ikunu affettwati …
---------+2.5. Evalwazzjoni tal-konsegwenzi u l-ispejjeż possibbli talli ma titteħidx azzjoni sabiex …
------+3. Valutazzjoni ta’ miżuri addizzjonali
---------+3.1. Deskrizzjoni tal-miżuri addizjonali disponibbli u indikazzjoni tar-raġunijiet ewlenin …
---------+3.2. Ħarsa ġenerali lejn l-effetti ambjentali u kompetittivi possibli tal-miżuri proposti fuq …
---------+3.3. Raġunijiet għall-għażla tal-alternattiva preferuta.
---------+3.4. Sommarju mhux tekniku.
---+ANNESS II
English - European Union - Environment - Aviation -

REGOLAMENT (UE) Nru 598/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE

REGOLAMENT (UE) Nru 598/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ April 2014

dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Objettiv ewlieni tal-politika komuni dwar it-trasport huwa l-iżvilupp sostenibbli. Dan jeħtieġ metodu integrat bil-għan li jiżgura kemm il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ trasport tal-Unjoni kif ukoll il-protezzjoni tal-ambjent.

(2)

L-iżvilupp sostenibbli tat-trasport bl-ajru jeħtieġ l-introduzzjoni ta’ miżuri maħsuba biex jitnaqqas l-impatt tal-istorbju mill-inġenji tal-ajru fl-ajruporti tal-Unjoni. Dawn il-miżuri għandhom itejbu l-ambjent tal-istorbju fl-ajruporti tal-Unjoni kollha sabiex tinżamm jew tiżdied il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini ġirien u titrawwem il-kompattibbiltà bejn l-attivitajiet tal-avjazzjoni u ż-żoni residenzjali, b’mod partikolari fir-rigward tat-titjiriet billejl.

(3)

Ir-Riżoluzzjoni A33/7 tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) tintroduċi l-kunċett ta’ “Approċċ Bilanċjat” għall-ġestjoni tal-istorbju (Approċċ Bilanċjat) u tistabbilixxi metodu koerenti li jindirizza l-istorbju mill-inġenji tal-ajru. L-Approċċ Bilanċjat għandu jibqa’ l-pedament tar-regolamentazzjoni tal-istorbju għall-avjazzjoni bħala industrija globali. L-Approċċ Bilanċjat jirrikonoxxi l-valur ta’, u ma jippreġudikax, obbligi legali rilevanti, ftehimiet eżistenti, liġijiet attwali u politiki stabbiliti. L-inkorporazzjoni tar-regoli internazzjonali tal-Approċċ Bilanċjat f’dan ir-Regolament għandha tnaqqas sostanzjalment ir-riskju ta’ disputi internazzjonali fil-każ li trasportaturi ta’ pajjiżi terzi jiġu affettwati minn restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju.

(4)

Wara t-tneħħija tal-inġenji tal-ajru li jagħmlu l-aktar storbju skont id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), huwa meħtieġ aġġornament ta’ kif jintużaw miżuri ta’ restrizzjoni operattiva biex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jindirizzaw l-inġenji tal-ajru li attwalment jagħmlu l-aktar storbju sabiex jitjieb l-ambjent tal-istorbju fl-ajruporti tal-Unjoni fi ħdan il-qafas internazzjonali ta’ Approċċ Bilanċjat.

(5)

Ir-rapport mill-Kummissjoni tal-15 ta’ Frar 2008 intitolat “Restrizzjonijiet Operattivi tal-Istorbju fl-Ajruporti tal-UE” indika l-ħtieġa li tkun iċċarata, fit-test tad-Direttiva 2002/30/KE, l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet u d-drittijiet u l-obbligi preċiżi tal-partijiet interessati matul il-proċess tal-istima tal-istorbju sabiex jiġi ggarantit li jittieħdu miżuri kost-effettivi sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ tnaqqis tal-istorbju għal kull ajruport.

(6)

L-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi mill-Istati Membri fl-ajruporti tal-Unjoni abbażi ta’ każijiet individwali, filwaqt li tillimita l-kapaċità, tista’ tikkontribwixxi għat-titjib tal-klima tal-istorbju fl-ajruporti kollha. Madankollu, hemm il-possibilità li ssir distorta l-kompetizzjoni jew jinħoloq xkiel għall-effiċjenza ġenerali tan-netwerk tal-avjazzjoni tal-Unjoni minħabba l-użu ineffiċjenti tal-kapaċità eżistenti. Billi l-objettiv speċifiku, ta’ tnaqqis ta’ storbju, ta’ dan ir-Regolament ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, pjuttost, permezz ta’ regoli armonizzati tal-proċess għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi bħala parti mill-proċess ta’ ġestjoni tal-istorbju, jinkiseb iżjed fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. Tali metodu armonizzat ma jimponix objettivi ta’ kwalità tal-istorbju, li jibqgħu derivanti mid-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jew minn regoli jew leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni f’kull Stat Membru, u ma jippreġudikawx is-selezzjoni konkreta tal-miżuri.

(7)

Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-Istati Membri fejn hemm ajruport b’aktar minn 50 000 movimenti ta’ inġenji tal-ajru ċivili kull sena kalendarja u meta l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju tkun qed tiġi kkunsidrata f’tali ajruport.

(8)

Dan ir-Regolament għandu japplika għal inġenji tal-ajru involuti fl-avjazzjoni ċivili. M’għandux japplika għall-inġenji tal-ajru bħal inġenji tal-ajru militari u inġenji tal-ajru waqt operazzjonijiet doganali, tal-pulizija u tat-tifi tan-nar. Barra minn hekk, għandhom jingħataw eżenzjoni minn dan ir-Regolament diversi operazzjonijiet ta’ natura eċċezzjonali, bħal titjiriet għal raġunijiet umanitarji urġenti, jew ta’ tiftix u salvataġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, assistenza medika u assistenza f’każijiet ta’ diżastru.

(9)

Filwaqt li għandhom isiru stimi tal-istorbju fuq bażi regolari f’konformità mad-Direttiva 2002/49/KE, dawn l-istimi għandhom iwasslu biss għal miżuri addizzjonali ta’ tnaqqis tal-istorbju jekk il-kombinazzjoni attwali tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-istorbju ma tiksibx l-objettivi tat-tnaqqis tal-istorbju, b’kont meħud tal-iżvilupp mistenni tal-ajruport. Għall-ajruporti fejn ġiet identifikata problema tal-istorbju, għandhom jiġu identifikati miżuri addizzjonali ta’ tnaqqis tal-istorbju skont il-metodoloġija tal-Approċċ Bilanċjat. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni wiesgħa tal-Approċċ Bilanċjat fl-Unjoni, l-użu tiegħu hu rakkomandat kull meta jkun ikkunsidrat adegwat mill-Istat Membru individwali konċernat, anke lil hinn mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju għandhom jiġu introdotti biss meta miżuri oħra tal-Approċċ Bilanċjat ma jkunux suffiċjenti biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi għat-tnaqqis tal-istorbju.

(10)

Filwaqt li analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tipprovdi indikazzjoni tal-effetti totali fuq il-benesseri ekonomiku billi tqabbel l-ispejjeż u l-benefiċċji kollha, valutazzjoni tal-kosteffettività tiffoka fuq il-ksib ta’ objettiv stabbilit bl-aktar mod kosteffettivi, u b’hekk teħieġ tqabbil tal-ispejjeż biss. Dan ir-Regolament m’għandux jipprevjeni lill-Istati Membri mill-jużaw l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji fejn ikun il-każ.

(11)

L-importanza tal-aspetti tas-saħħa għandha tiġi rikonoxxuta fir-rigward tal-problemi ta’ storbju, u għalhekk huwa importanti li dawk l-aspetti jittieħdu inkonsiderazzjoni b’mod konsistenti fl-ajruporti kollha meta tittieħed deċiżjoni dwar l-objettivi ta’ tnaqqis tal-istorbju, b’kont meħud tal-eżistenza ta’ regoli komuni tal-Unjoni f’dan il-qasam. Għalhekk, l-aspetti tas-saħħa għandhom jiġu valutati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-evalwazzjoni tal-effetti tal-istorbju.

(12)

L-istimi tal-istorbju għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u miżurabbli komuni għall-Istati Membri kollha and għandhom jibnu fuq l-informazzjoni eżistenti disponibbli, bħall-informazzjoni li tirriżulta mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali informazzjoni tkun affidabbli, li tkun miksuba b’mod trasparenti u li tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti u partijiet interessati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-għodod ta’ monitoraġġ li huma meħtieġa.

(13)

L-awtorità kompetenti responsabbli għall-adozzjoni ta’ miżuri dwar restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju għandha tkun indipendenti minn kwalunkwe organizzazzjoni involuta fl-operat tal-ajruport jew it-trasport bl-ajru, is-servizzi li jipprovdu n-navigazzjoni bl-ajru, jew li tirrappreżenta l-interessi ta’ dawn u tar-residenti li jgħixu fl-inħawi tal-ajruport. Dan ma għandux jinftiehem li l-Istati Membri huma meħtieġa jimmodifikaw l-istrutturi amministrattivi jew proċeduri deċiżjonali tagħhom.

(14)

Huwa rikonoxxut li l-Istati Membri ddeċidew dwar restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali msejsa fuq metodi marbuta mal-istorbju rikonoxxuti fuq livell nazzjonali, li, sa issa, jistgħu ma jkunux totalment konsistenti mal-metodu kif deskritt fid-Dokument 29 tar-Rapport awtorevoli tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili intitolat “Il-Metodu Standard ta’ Komputazzjoni ta’ Profili tal-Istorbju madwar l-Ajruporti Ċivili” (Dok 29 tal-ECAC) u lanqas ma jużaw l-informazzjoni rikonoxxuta internazzjonalment dwar il-prestazzjoni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru. Madankollu, l-effiċjenzja u l-effettività ta’ restrizzjoni operattiva relatata mal-istorbju għandhom jiġu valutati f’konformità mal-metodi preskritti fid-Dok 29 tal-ECAC tal-Approċċ Bilanċjat. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jadattaw l-istimi tagħhom tar-restrizzjonijiet operattivi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali biex ikun f’konformità sħiħa mad-Dok 29 tal-ECAC.

(15)

Għandha tiġi introdotta definizzjoni ġdida u usa’ ta’ restrizzjonijiet operattivi kif imqabbla mad-Direttiva 2002/30/KE sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji u kapaċitajiet operattivi ġodda ta’ inġenji tal-ajru u tagħmir tal-art. L-applikazzjoni tagħha m’għandhiex twassal għal dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri operattivi li jistgħu jtaffu immedjatament l-impatt tal-istorbju mingħajr ma tiġi sostanzjalment affettwata l-kapaċità operattiva ta’ ajruport. Tali miżura, għalhekk, m’għandhiex titqies li qed tikkostitwixxi restrizzjoni operattiva ġdida.

(16)

Iċ-ċentralizzazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-istorbju se tnaqqas sostanzjalment il-piż amministrattiv kemm għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru kif ukoll għall-operaturi tal-ajruporti. Tali informazzjoni hija attwalment ipprovduta u ġestita fil-livell tal-ajruport individwali. Dik id-data teħtieġ titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru u tal-operaturi tal-ajruporti għal finijiet operattivi. Huwa importanti li jintuża l-bank tad-data tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (‘l-Aġenzija’) li jikkonċerna ċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-istorbju bħala għodda ta’ validazzjoni mad-data tal-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni tal-Ajru (Eurocontrol) dwar titjiriet individwali. Tali data bħalissa hija diġà sistematikament mitluba għal finijiet ta’ ġestjoni ċentrali tal-flussi, iżda fil-preżent mhix disponibbli għall-Kummissjoni jew l-Aġenzija, u jeħtieġ li tiġi speċifikata għall-fini ta’ dan ir-Regolament u għar-regolazzjoni tal-prestazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Aċċess tajjeb għal data validata ta’ mudellar, iddeterminata f’konformità ma’ proċessi u l-aħjar prattiki rikonoxxuti internazzjonalment, għandu jtejjeb il-kwalità tal-immappjar ta’ profili tal-istorbju ta’ ajruporti individwali biex jiġu appoġġati deċiżjonijiet ta’ politika.

(17)

Sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux mixtieqa għas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-kapaċità u l-kompetizzjoni tal-ajruporti, il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-awtorità kompetenti rilevanti jekk tqis li l-proċess segwit għall-introduzzjoni tar-restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha teżamina n-notifika tal-Kummissjoni u għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħha qabel ma ddaħħal ir-restrizzjonijiet operattivi.

(18)

Sabiex jittieħed kont tal-Approċċ Bilanċjat, għandha tkun prevista l-possibbiltà ta’ eżenzjonijiet f’ċirkostanzi speċjali għal operaturi minn pajjiżi terzi li qed jiżviluppaw, li mingħajrhom tali operaturi jġarrbu diffikultajiet bla bżonn. Fejn issir referenza għal “pajjiżi li qed jiżviluppaw”, din għandha tinftiehem fid-dawl ta’ dan il-kuntest tal-avjazzjoni u fis-sens li ma tinkludix il-pajjiżi kollha li, fil-komunità internazzjonali, x’aktarx jissejħu bħala tali. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li kwalunkwe tali eżenzjoni tkun kompatibbli mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

(19)

Sabiex jiġi rifless il-progress teknoloġiku kontinwu fit-teknoloġiji tal-magni u l-oqsfa tal-inġenji tal-ajru u l-metodi użati għall-immappjar tal-profil tal-istorbju, is-setgħa biex jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġornament regolari tal-istandards tal-istorbju għall-inġenji tal-ajru msemmija f’dan ir-Regolament u r-referenza għall-metodi ta’ ċertifikazzjoni assoċjati, b’kont meħud, fejn ikun il-każ, tal-bidliet fid-dokumenti rilevanti tal-ICAO, u l-aġġornament tar-referenza għall-metodu tal-komputazzjoni tal-profili tal-istorbju, b’kont meħud, fejn ikun il-każ, tal-bidliet fid-dokumenti rilevanti tal-ICAO. Barra minn hekk, għandhom ukoll jitqiesu l-bidliet għad-Dok. 29 tal-ECAC għall-aġġornamenti tekniċi permezz tal-atti delegati, fejn ikun il-każ. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell espert. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(20)

Filwaqt li dan ir-Regolament jirrikjedi stima regolari tas-sitwazzjoni tal-istorbju fl-ajruporti, tali stima ma tinvolvix neċessarjament l-adozzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi ġodda relatati mal-istorbju jew ir-reviżjoni ta’ dawk eżistenti. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jeħtieġx ir-reviżjoni tar-restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju diġà stabbiliti fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, inklużi dawk li jirriżultaw minn deċiżjonijiet tal-qorti jew proċessi ta’ medjazzjoni lokali. L-emendamenti tekniċi minuri fir-rigward ta’ miżuri mingħajr implikazzjonijiet sostantivi għall-kapaċità jew operat m’għandhomx ikunu kkunsidrati bħala restrizzjonijiet operattivi ġodda relatati mal-istorbju.

(21)

Fejn il-proċess ta’ konsultazzjoni preċedenti għall-adozzjoni ta’ restrizzjoni operattiva relatati mal-istorbju kien varat taħt id-Direttiva 2002/30/KE u għadu sejjer fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, huwa kunsiljabbli li li d-deċiżjoni finali titħalla tittieħed f’konformità mad-Direttiva 2002/30/KE sabiex tippreserva l-progress li diġà nkiseb f’dak il-proċess.

(22)

Fid-dawl tal-ħtieġa tal-applikazzjoni konsistenti tal-metodu ta’ stima tal-istorbju fi ħdan is-suq tal-avjazzjoni tal-Unjoni, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tar-restrizzjonijiet operattivi tal-istorbju.

(23)

Id-Direttiva 2002/30/KE għandha għaldaqstant titħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ April 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS

Artikolu 1 Suġġett, għanijiet u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 3 Awtoritajiet kompetenti
Artikolu 4 Dritt ta’ appell
Artikolu 5 Regoli ġenerali dwar il-ġestjoni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru
Artikolu 6 Regoli dwar l-istima tal-istorbju
Artikolu 7 Informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-istorbju
Artikolu 8 Regoli dwar l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi
Artikolu 9 Pajjiżi li qed jiżviluppaw
Artikolu 10 Eżenzjoniji għal operazzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru ta’ natura eċċezzjonali

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq bażi ta’ każ b’każ, jawtorizzaw operazzjonijiet individwali f’ajruporti taħt ir-responsabbiltà tagħhom fir-rigward ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi li ma setgħux isiru b’mod ieħor abbażi ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11 Atti delegati

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 dwar:

Artikolu 12 Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 13 Informazzjoni u reviżjoni

L-Istati Membri għandhom, meta mitluba, jippreżentaw informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Kummissjoni.

Artikolu 14 Restrizzjonijiet fuq l-operat eżistenti

Artikolu 14

Restrizzjonijiet fuq l-operat eżistenti

Restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju li diġà kienu ddaħħlu qabel it-13 ta’ Ġunju 2016 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jiddeċidux li jirriveduhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15 Tħassir

Artikolu 15

Tħassir

Id-Direttiva 2002/30/KE hija b’dan imħassra b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2016.

Artikolu 16 Dispożizzjonijiet transizzjonali

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet transizzjonali

Minkejja l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament, ir-restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju adottati wara t-13 ta’ Ġunju 2016 jistgħu jiġu adottati f’konformità mad-Direttiva 2002/30/KE fejn il-proċess ta’ konsultazzjoni qabel l-adozzjoni tagħhom kien għaddej f’dik id-data u dment li dawk ir-restrizzjonijiet jiġu adottati mhux aktar tard minn sena wara dik id-data.

Artikolu 17 Dħul fis-seħħ

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta' Ġunju 2016.


(1)   ĠU C 181, 21.6.2012, p. 173.

(2)   ĠU C 277, 13.9.2012, p. 110.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-istadju tal-ewwel qari tal-24 ta’ Marzu 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-istorbju fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 85, 28.3.2002, p. 40).

(5)  Id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) (ĠU L 374, 27.12.2006, p. 1).

(6)  Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 tad-29 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1).

ANNESS I

ANNESS I

ANNESS II

ANNESS II

Valutazzjoni tal-kost-effettività ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju

Il-kost-effettività tar-restrizzjonijiet operattivi previsti relatati mal-istorbju ser tiġi vvalutati b’kont debitu tal-elementi li ġejjin, sa fejn hu possibbli, f’termini kwantifikabbli:

(1)

il-benefiċċju antiċipat marbut mal-istorbju tal-miżuri previsti, issa u fil-futur;

(2)

is-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-avjazzjoni, inkluż ir-riskji għal partijiet terzi;

(3)

il-kapaċità tal-ajruport;

(4)

kwalunkwe effett fuq in-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu kont debitu tal-fatturi li ġejjin:

(1)

is-saħħa u s-sikurezza tar-residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruport;

(2)

is-sostenibbiltà ambjentali, inkluż interdipendenzi bejn l-istorbju u l-emissjonijiet;

(3)

kwalunkwe effett dirett, indirett jew katalittiku fuq l-impjiegi u ekonomiċi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0598
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.